Lil dawk it-tfal kollha li ghada ser jircievu ghall-ewwel darba l-Ewkaristija, j’Alla l-Bambin iberikhom. Awguri tfal.
Programm tal-Festi Solenni u Principali tar-Rabat – Corpus Domini
Is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013
Ftuħ tal-Festi
6.00pm Quddiesa tal-ftuħ tal-Festi ġewwa l-Parroċċa. Janima l-Kor“Salve PaterPaule”. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi biex flimkien nibdew b’nota spiritwali l-festi tagħna. Iqaddes, il-Wisq Rev. Arċipriet, il-Kanonku Louis Suban. Wara ssir ikla għal kulħadd fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2013
5.30pm Quddiesa li fiha ssir l-offerta taż-żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa tal-Imqabba. Iqaddes il-Kan. Onor. George Spiteri.
ll-Ħadd 26 ta’ Mejju 2013
Festa tat-Trinità Qaddisa
9.00am Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina għat-tfal tal-Parroċċa bis-sehem tal-Kor Salve Pater Paule.
lt-Tlieta 28 ta’ Mejju 2013
6.45pm Serata Mużiko-Letterarja fl-okkażjoni tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali fil-Knisja ta’ San Publiju.
L-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2013
L-Ewwel Jum tat-Tridu– Jum il-Fratellanza tas-Ssmu Sagrament
8.30am Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija. Wara jsir it-tifħir ta’ sbiħ il-jum u tibda espożizzjoni Ewkaristika sal-Quddiesa ta’ filgħaxija.
6.00pm Quddiesa Kantata u konċelebrata bl-Għasar bis-sehem tal-Kor Salve Pater Paule. Imexxi u jipprietka, Mons. Salvatore Debrincat. Innu tat-tridu u ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.00pm Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtaletti u kaxxa infernali.
Il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2013
It-Tieni Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet Ċivili tar-Rabat
8.30am Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija. Wara jsir it-tifħir ta’ sbiħ iljum
u tibda espożizzjoni Ewkaristika sal-Quddiesa ta’ filgħaxija.
9.20am Laqgħa Ewkaristika għat-tfal tal-iskola Primarja A “Pawlu Xuereb”.
Imexxi Wisq Rev. Arċipriet Kanonku Louis Suban.
6.00pm Quddiesa Kantata u konċelebrata bl-Għasar bis-sehem tal-Kor Salve
Pater Paule. Imexxi u jipprietka Mons. Salvatore Debrincat. Innu tattridu, ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.00pm Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtaletti u kaxxa infernali.
Il-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013
It-Tielet Jum tat-Tridu – Jum ir-Reliġjużi Nisa
8.30am Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija. Wara jsir it-tifħir ta’ sbiħ iljum
u tibda espożizzjoni Ewkaristika sal-Quddiesa ta’ filgħaxija.
6.00pm Quddiesa Kantata u konċelebrata bl-Għasar bis-sehem tal-Kor Salve Pater Paule. Imexxi u jipprietka Mons. Salvatore Debrincat. Innu tattridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.00pm Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtaletti u kaxxa infernali.
8.30pm Festa Familja fuq iz-Zuntier tal-Knisja.
Is-Sibt 1 ta’ Ġunju 2013
Lejlet il-Festa
8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Wisq Rev. Arċipriet Kan. Louis Suban, mal-Kapitlu bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla. Jieħu sehem il-Kor Salve Pater Paule.
9.00am Ħruq ta’ Kaxxa Spanjola, murtali u murtaletti.
4.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali.
6.00pm Quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Salve Pater Paule.
7.30pm Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Imexxi l-Wisq Rev. Luke Seguna.
8.30pm Il-Banda Cittadina u Popolari Konti Ruġġieru, tibda Marċ minn quddiem il-Każin San Pawl sal-Pjazza tal-Parroċċa fejn tieħu postha għall-Kunċert. Wara tassisti għat-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall.
9.30pm Spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru u kaxxa tal-kulur.
11.30pm Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art miz-Zuntier tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2013
Jum is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu
7.30am Quddiesa għall-Benefatturi ħajjin u mejtin.
9.00am Quddiesa solenni konċelebrata u mmexxija mill-Eċċellenza tiegħu Mons. Charles Scicluna Isqof u Vigarju Ġenerali akkumpanjat mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Wara tibda l-Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament, b’waqfa fil-Knisja tal-Franġiskani Konventwali. Jakkumpanjaw it-tfal tal-Preċett u tal-Iscouts Group.
10.00am Il-Banda Cittadina u Popolari Konti Ruġġieru ddoqq innijiet Sagri waqt il-ħruġ tal-Purċissjoni u tkompli takkumpanja bid-daqq ta’ Innijiet Sagri.
10.30am Murtaletti jakkumpanjaw il-Purċissjoni.
12.00pm Quddiesa letta animata mit-Tiberja Youths.
6.00pm Quddiesa solenni konċelebrata mir-Reverendissmu Kapitlu tal- Kolleġġjata u mmexxija minn Mons. Ġwann Azzopardi. Fiha jsir l-għasar bis-sehem tal-Kor Salve Pater Paule. Wara toħroġ il-Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament, b’waqfiet fil-Knisja tal-Franġiskani Minuri u fil-Knisja tal-Agostinjani. Imexxi l-Purċissjoni l-Kan. Timon Mercieca. Mad-dħul fil-Knisja ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
6.00pm Il-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta tibda marċ minn Triq Sant’Antnin, Santa Marija, Konti Ruġġieru, Ġorġ Borġ Olivier, San Publiju, Santa Marija u Kulleġġ, għall-Pjazza tal-Parroċċa fejn tilqa’ l-Purċissjoni.
Wara tesegwixxi programm mużikali fuq il-Palk Prinċipali.
7.15pm Il-Banda San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar tilqa’ l-Purċissjoni fi Triq San Pawl, Kantuniera ma’ Triq il-Kbira u wara takkumpanja l-purċissjoni b’innijiet sagri. Wara d-dħul tal-Purċissjoni, l-istess Banda tagħmel marċ brijuż mill-Pjazza sal-Każin San Pawl.
Murtali u murtaletti jakkumpanjaw il-Purċissjoni.
It-Tnejn 9 ta’ Ġunju 2013
9.30am Quddiesa bid-dilka tal-Morda ogranizzata mill-Kummissjoni Djakonija.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 26 TA’ MEJJU 2013
SOLENNITA’ TAT-TRINITA’ QADDISA: IL-MISSIER, L-IBEN U L-ISPIRTU S-SANTU ALLA WIEĦED
1. Għada/Illum il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu Alla Wieħed.
– Fil-Quddiesa tad-9.00am niċċelebraw il-Festa ta’ l-Ewwel Tqarbina lit-Tfal tal-Parroċċa.
Nirriservaw din il-Quddiesa għat-Tfal, għall-Ġenituri u l-Familjari tagħhom.
– Fil-Quddiesa ta’ l-10.30am ikollna l-Koppji li spiċċaw il-Kors ta’ Kana flimkien mal-Ġenituri tagħhom biex jirċievu ċ-Ċertifikat.
2. Matul din il-Ġimgħa jkollna dawn l-attivitajiet:
a) Nhar it-Tlieta fl-4.30pm issir il-Festa ta’ San Piju tal-Pjagi f’San Duminku.
– Fis-6.45pm issir taħdita dwar il-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913 fil-Knisja ta’ San Publiju. Il-Laqgħa tal-Ministri tat-Tqarbin ma ssirx biex il-membri jieħdu sehem f’din il-Laqgħa.
b) Nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa jsir it-Tridu ta’ Corpus Christi. Fid-9.00am tibda l-Espozizzjoni bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum sal-5.00pm. Din tkun attivita’ mill-Għaqdiet. Inħeġġu lil kulħadd biex insibu ħin biex nagħmlu l-Adorazzjoni personali matul il-ġranet tat-Tridu.
– Fis-6.00pm issir Quddiesa Kantata bl-Għasar animata mill-Kor tal-Parroċċa Salve Pater Paule wara ssir iċ-Ċelebrazzjoni tat-Tridu li tagħlaq bil-Barka Sagramentali. Il-Predikatur tat-Tridu ser ikun Mons. Salv. Debrincat, Kanċillier tal-Curia t’Għawdex.
c) Nhar il-Ġimgħa fl-4.00pm t-Terzjarji Karmelitani jkollhom il-Laqgħa fl-Oratorju tal-Parroċċa li tibda bir-Rużarju.
d) Nhar is-Sibt fit-8.30am ssir Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali li fiha jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament lill-Alla.
– Fis-6.00pm Quddiesa Kantata u wara jsir Għasar Solenni u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Majjal Mixwi

Corpus U San Pawl’s Photos
Festa Familja 2013, Nhar il-Gimgha 31 ta’ Mejju, L-ahhar jum ta tridu ta’ Corpus.
Divertiment Garantit, Narawkhom .
Serata Muziko-Letterarja nhar it-Tlieta 28 ta’ Mejju 2013 fil-Knisja ta’ San Publiju fl-okkazjoni tal-100 Anniversarju mic-Celebrazzjonijiet tal-Kungress Ewkaristiku.

Timeline Photos
Serata Muziko-Letterarja nhar it-Tlieta 28 ta’ Mejju 2013 fil-Knisja ta’ San Publiju fl-okkazjoni tal-100 Anniversarju mic-Celebrazzjonijiet tal-Kungress Ewkaristiku.
Il-Ġimgħa d-dieħla niċċelebraw il-Festi Prinċipali tar-Rabat – Il-Festa ta’ Corpus Domini. Nhar it-2 ta’ Ġunju, Jum il-Festa ikun hawn żewġ Purċissjonijiet Solenni, wara l-Quddiesa tad-9am immexxija mill-E.T Mons.Charles Scicluna Isqof u Vigarju Ġenerali u filgħaxja wara l-Quddiesa tas-6pm immexxija minn Mons.Ġwann Azzopardi. Il-Programm dettaljat tal-festa ser jiġi ppublikat fuq din il-paġna dalwaqt.
Nhar il-Hadd li gej fil-Quddiesa tad-9a.m issir l-ewwel tqarbina lit-tfal tal-Parrocca taghna.
Quddies tas-6.00pm illum fl-okkazjoni tal-ftuh tal-Festi, animata mill-grupp ta’ l-Abbatini
Illejla fis-6pm issir Quddiesa li fiha jsir il-ftuh tal-Festi 2013 u ghada fil-5.30pm issir l-offerta taz-Zejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parrocca tal-Imqabba.