Kienet Sejħa

Kienet sejħa tal-Għaġeb mis-sema
Li qanqlitek biex tħobb bla mistrieħ
Il-Mulej b’dik il-qawwa bil-ħeġġa
Biex tissielet u tirbaħ għalieh.

RIT   Int bagħtejt l-eħrex martitju
Biex ixxerred l-għerf u l-ġid
Int mexxina Pawlu mqaddes
Waqt is-siegħa tat-taqbid

Inti ġrejt b’dik il-ħeġġa qaddisa
Biex iddawal lil bosta artijiet
Qatt ma bżajt mit-theddid u mil-ktajjen
Int xandartu lil Kristu fl-ibliet.

RIT

Kemm il-darba sibt l-għarqa quddiemek
Kemm il-darba ja mqaddes sawtuk
Imma l-qawwa tar-rieda f’imħabbtek
Kienet tgħeleb lil dawk li ħaqqruk.

RIT

Semgħu kelmtek Atene u Korintu
U l-Ibliet fejn xerridt it-twemmin
Ġibt id-Dawl fl-din il-gżira fejn għadhom
Isejħulek missier il Maltin.

RIT

Ġewwa Ruma bil-ħidma qaddisa
Int wettaqtha bħal Kristu bid-demm
Imma d-dawl l-inti xegħlet
Sa ma jiddi fuq l-art bla jintemm.

Top↑