Socjeta’ San Pawl

Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru

bnd_3.jpgIl-Banda Konti Ruggieru twaqqfet ufficjalment bil-kuntratt notarili li sar ghand in-nutar Guzeppi Maria Buhagiar nhar il-Hadd 25 ta’ Lulju 1869. Dan il-kuntratt sar bejn is-Surmast Rabti Epifanio Agius u sbatax-il bandist Rabti li kienu kollha midhla ta’ l-Arcikonfraternita’ tas-Santissimu Sagrament u l-Proto-Parrocca ta San Pawl. Fil-fatt dakinhar stess tal-kuntratt sar l-ewwel kuncert. Il-hsieb wara dan it-twaqqif tal-Banda kien sabiex dawn il-bandisti jkollhom post fejn ikomplu jitghallmu il-muzika u jistghu jirrikrejaw irwiehhom, kif ukoll sabiex permezz tal-Banda jkomplu jkabbru l-Festi Principali u Titulari tar-Rabat, Corpus Domini a l-Martirju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

L-ewwel programm muzikali ta-Banda sar f’Settembru ta’ l-istess sena fi Pjazza Saqqajja u ndaqqu bicciet ta’ Petrella, Mercadante, Verdi u Agius. Min dakinhar il-Banda qatt ma harset lura u bdiet tigi mistiedna ddoqq f’hafna festi ta’ l-irhula fil-qrib fosthom Hal Lija, Naxxar, Birkirkara, Mosta, Zebbug u Siggiewi.

Il-Banda Konti Ruggieru matul l-Istorja Glorjuza taghha kellha seba’ surmastrijiet. Fil-fatt wara Epifanio Agius, fl-1878 lahaq is-Surmast Rabti Frangisku Xuereb li kien bandist u wiehed mill-fundaturi ta’ l-istess Banda. Taht dan is-Surmast il-Banda kompliet taghmel progress kbir u kienu bosta l-programmi li wettqet il-Banda. Insibu s-sehem tal-Banda fil-migja tal-Kardinal Lavigerie fl-Imdina fl-1882, fl-1883 meta giet inawgurata l-ferrovija, u fl-1888 fl-Ingress ta’ l-Isqof Pietru Pace fl-Imdina. Fl-1893 is-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru bdiet ticcelebra l-Festa Nazzjonali f’gieh il-Konti Ruggieru.

bnd_2.jpgMatul dawn iz-zminijiet il-Banda kellha bhala Presidenti lis-Sur Antonio Lanfranco (1869-1880), lis-Sur Paolo Falzon (1880-1885), lin-Nutar Michele Luigi Casolani (1885-1887), l-Avukat Agostino Naudi (1887-1893) u l-Baruni Germaniz Massimiliano von Tucher (1893-1914).

Fl-1902 il-Banda ghaddiet taht id-direzzjoni tas-Surmast Antonio E. Agius li dam sa l-1920. F’dan iz-zmien il-Banda kienet tkun mistiedna ddoqq fil-Garden Parties li kien jaghti l-Gvernatur Generali Sir Leslie Rundle fil-Gonna ta’ San Anton u l-Palazz Verdala fil-Buskett. Dan l-istess gvernatur bhala apprezzament irregala lill-Banda Konti Ruggieru bandalora bl-arma tieghu. Fl-1917 giet immwaqqfa s-Socjeta’ Mutuo Soccorso Conte Ruggiero bl-ewwel President taghha jkun il-Konti Alfredo Caruana Gatto li dam sa l-1927 President ukoll tal-Banda Konti Ruggieru.

Is-Surmast Taljan Giuseppe Vitaliti ha d-direzzjoni tal-Banda fl-1920 u dam sa l-1927 meta kellu jirtira lejn l-Italja minhabba sahhtu. Ghall-perjodu qasir il-Banda ghaddiet taht is-Surmast Francesco Bellizzi.

bnd_1.jpgFit-3 ta’ Mejju 1928, waqt Programm Strumentali fil-Gonna ta’ San Anton, il-Banda ghaddiet taht idejn is-Surmast maghruf Vincenzo Ciappara. Huwa dam jidderigi lil din il-Banda sa l-1978. Fil-25 ta’ Jannar 1930 waqt Programm Strumentali fi Pjazza Saqqajja il-Banda zanznet strumentatura gdida. Fl-1944 gie mfakkar il-75 anniversarju mit-twaqqif ufficjali tal-Banda. Taht Ciappara il-Banda Konti Ruggieru hadet sehem attiv fil-Festi Nazzjonali li saru sabiex jitfakkar gheluq id-19 il-Centinarju tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta u fl-1967 sabiex jitfakkar id-19 il-Centinarju tal-Martirju ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl. Fl-1969 gie mfakkar gheluq il-100 sena tal-Banda.

F’Dicembru ta’ l-1974 is-Surmast, illum Professur Joseph Vella inhatar successur ta’ Vincenzo Ciappara, u ghadu s-Surmast Direttur tal-Banda sal-lum. Fl-1990 il-Banda Konti Ruggieru laqghet lill-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Pjazza tal-Proto-Parrocca fir-Rabat u fil-Pjazza tal-Katidral fl-Imdina. Fl-1995 esegwiet Programmi Muzikali gewwa Polverigi, Ancona u Fermigniano fl’Italia filwaqt li fl-1996 laqghet f’Malta lill-Banda ta’ Polverigi. Fl-1999 il-Banda Konti Ruggieru daqqet gewwa Taormina, Altofonte u Palazzolo Acreide fi Sqallija. F’Dicembru ta’ l-istess sena ccelebrat gheluq il-25 sena minn meta il-Professur Joseph Vella inhatar Surmast Direttur tal-Banda billi tellghet Programm Strumentali b’xogholijiet tieghu stess.

Fl’2001 il-Banda Konti Ruggieru wettqet zjara memorabbli fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kanada fejn barra li daqqet diversi programmi muzikali fost l-emigranti Maltin kienet ukoll mistiedna sabiex tippartecipa fl-‘Michigan State Fair’. Is-sena ta’ wara il-Banda regghet halliet xtutna fejn hadet sehem fil-festi f’gieh l-Appostlu Missierna San Pawl f’Palazzolo Acereide fi Sqallija. Fl-2004 il-Banda giet mistiedna sabiex tesegwixxi programmi muzikali fil-Bavarja.

bnd_4.jpgMatul dan iz-zmien is-Socjeta’ San Pawl kellha bhala Presidenti lill-Konti Edward Sant Fournier (1927-1948), lis-Sur Lewis Ebejer (1948-1954), lill-Avukat Carmelo Vassallo (1954-1964), lis-Sur Publius Farrugia (1964-1982), u lill-Kommendatur Henry Paul Fenech (1982-1999). Il-President prezenti huwa l-Konti Paul Tonna.

Ghalkemm il-Banda Konti Ruggieru tghodd mal-136 sena ta’ hajja, hija ghada attiva u popolari fil-Gzejjer Maltin. L-iskop ewlieni tal-fundaturi ghadu f’mohh id-dirigenti u l-bandisti tal-llum, filwaqt li l-hidma sfieqa ta’ dawn l-individwi jawgura tajjeb hafna ghall-gejjieni.

F’din is-sezzjoni li qed tigi ppreparata dwar is-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru ser jigu pprezentati f’aktar dettall l-istorja tas-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru, u s-sehem taghha fil-hajja socjali tar-Rabat.

LINKS
 

 

Top↑