(Malti) Il-Festi Tagħna

IL-FESTI TAGHNA

Ghadd Nru.  33


Sa mill-bidu tas-seklu li ghadda meta l-istampar beda jsir aktar popolari dawk li kienu jiehdu hsieb il-festi fil-parrocca taghna dak iz-zmien specjalment l-Arcikonfraternita’ tas-Sagrament mill-ewwel hassew il-htiega li kellhom jibdew jippublikaw xi forma ta’ programm. Kienet ukoll il-parrocca taghna wahda fost il-ftit jekk mhux l-unika li sa mill-1923 fi zmien il-Kappillan Dun Nerik Bonnici hasset li ghandha tikkomunika mal-parruccani permezz ta’ rivista li kienet tohrog kull xahar bl-isem ‘Taghlim ghal Gid’.



Din l-istess rivista kienet ukoll tinkludi b’mod dettaljat taghrif dwar il-festi permezz ta’ publikazzjoni tal-programmi rispettivi taz-zewg festi ta’ Corpus u San Pawl. Taghrif iehor kien jinkludi attivitajiet li kienu jsiru matul is-sena dwar fieri u attivitajiet ohra li kienu jsiru b’risq il-festi u l-Knisja Parrokkjali. Aktar tard meta fis-sebghinijiet il-festi f’Malta zviluppaw b’mod li bdew jaghtu aktar importanza lil mezzi ta’ komunikazzjoni specjalment dawk stampat, ergajna konna l-ewwel fir-Rabat u fost l-ewlenin f’Malta li bdejna nistampaw il-programm tal-festa f’forma ta’ ktejjeb mimli taghrif dwar dak kollu li ghandu x’jaqsam ma l-istess festi.



F’dawn is-snin il-ktieb ghadda minn tibdiliet shah fosthom dik relatata ma l-istampar innifsu. Konna ahna li wara biss sentejn ta’ stampar qlibna ghas-sistema gdida ta’ l-offset b’ghadd gmielu ta’ ritratti ta’ kwalita veru tajba. Mat-tieni sena (1979) bdejna wkoll nistampaw il-faccata bil-kulur (four colour). ‘Is-separation’ biex dan ix-xoghol kien jista’ jsir kienet tintbaghat barra minn Malta, hafna drabi gewwa l-Germanja. Ir-rizultat kien ikun dejjem eccellenti u ta’ livell gholi ferm. J’Alla nibqghu nzommu il-livell milhuq s’issa f’dak li hu kontenut u prezentazzjoni tal-Ktieb ‘Il-Festi Taghna’ biex b’hekk inkunu ezempju ta’ serjeta’ u l-istess ktejjeb b’hekk jibqa l-fuq mill-partigjanizmu bla sens u jibqa’ jkun ta’ interess ghal kull min ihobb l-istorja ta’ pajjizna.


festi_taghna_2007.jpg
festi_taghna_2006.jpg
Iddownloadja il-Ktieb: IL-FESTI TAGHNA 2006
festi_taghna_2005.jpg
Iddownloadja il-Ktieb: IL-FESTI TAGHNA 2005

Top↑