Iz-Zuntier Tal-Parroċċa

Kienet drawwa ta’ hafna sinjuri, l-aktar fis-sekli 17 u 18, li xi darba f’hajjithom jaghmlu tour kbir mal-pajjizi ta’ l-Ewropa. Malta aktarx kienet tkun imdahhla f’dawn il-vjaggi. Xi snin ilu gew publikati zewg disinji qodma ta’ artist importanti li juru z-zuntier u l-knisja taghna minn barra, waqt li din kienet ghadha kemm bdiet tielgha u l-qadima jew partijiet minnha se jinhattu.

Fl-1661 zaghzugh olandiz JACQUES HIERRY beda vjagg fl-Ewropa li kellu jdum erba’ snin. Kien qed jakkompanjah olandiz iehor WILLEM SCHELLINKS (1623 – 1678) li kien disinjatur u incizur. Schellinks dam Malta ghal madwar hames gimghat. Fost id-disinji li ha ta’ postijiet f’Malta insibu tnejn fir-Rabat li juru z-zuntier.

ZEWG DISINJI TAZ-ZUNTIER

zuntier_5.jpg
Iz-zewg disinji li qed niddeskrivu huma storikament interessanti ghax barra li huma l-eqdem li ghandna, jahbtu maz-zmien li fihom kienet ghadha ma twaqqghetx il-knisja l-qadima u kien avanzat il-bini tal-gdida. Barra minn hekk juru z-zuntier ferm differenti minn kif nafuh illum, qabel ma nbena l-kumpless arkitettoniku tant sabih taz-zurziegha u meta kien ghad hemm l-Ghajn jew l-Ispiera ta’ ilma gieri li kienet tinghata mportanza bhala marbuta ma’ tradizzjoni Pawlina u kien hemm qanpiena li ssejjah lin-nies ghat-talb. Iz-zuntier kien bicca wahda u kont tista ssejjahlu ghalqa b’gholja fuqu li mill-qedem kellha Salib. Kienet ghadha kemm instabet il-kripta tal-Maddalena mimlija ghadam u kien instab katakombi iehor li ftit wara rega’ nghalaq. In-nies kienu jhossu li qeghdin jirfsu fuq l-oqbra ta’ l-ewwel insara, jigifieri fuq il-katakombi li mill-foss il-barra jinsabu taht l-art kollha.

L-ewwel disinn juri estensjoni minn-nicca tax-Xihan (Tal-Karmnu) sal-Grotta ta’ San Pawl u donnu mehud minn xi mkien lejn Triq ir-Rebha meta quddiem iz-Zuntier u l-Knisja ma kien hemm l-ebda bini. Fih spjega ta’ dawn il-hames dettalji.
1. Il-Knisja l-qadima ta’ San Pawl. Dik il-Knisja li kienet qed tinbena fl-1575 u li mbaghad giet konsagrata fil-1578.
2. L-ghar fejn kien jorqod San Pawl.
3. Kappella taht l-art misjuba fl-1624 li giet deskritta bhala Katakombi ta’ l-ewwel insara. Dokumenti ohra ta’ l-epoka jikkonfermaw is-sejba ta’ dan il-katakombi, wiehed mill-hafna li spiss kienu jinsabu u jergghu jinghalqu.
4. Il-post fejn ipprietka San Pawl. Dan hu l-attribut li Schellinks dejjem jaghti liz-Zuntier. Hekk ukoll missirijietna, li mill-qedem waqqfu SALIB.
5. Il-Knisja l-gdida mwaqqfa fl-1660 minn Donna Cosmana Casale. Il-fondatrici tal-Knisja kienet Cosmana Navarra. Ghadu ma rrizultax jekk Casale hux informazzjoni zbaljata moghtija lill-Schellinks jew inkella qari hazin tal-Manoskritt tieghu.

zuntier_4.jpg
It-tieni disinn huwa ntitolat: Il-post fejn San Pawl ippriedka f’Malta. L-ispjega turi wkoll hames dettalji.
1. Id-dahla ghall-ghar jew kappella misjuba fl-1624. Mill-istampa jidher li ma kenitx wisq il-boghod mill-kripta tal-Maddalena.
2. Ghar mimli bl-ghadam li l-kappella tieghu hi wkoll imzejna bl-ghadam. Il-kripta tal-Maddalena. L-istoriku Abela jistqarr li meta nstabet, kellha numru kbir ta’ katavri ‘akkatastati’ fiha (katasta fuq ohra).
3. Il-post fejn San Pawl kien jitlob u jipprietka. Simbolikament rapprezentat mis-Salib taz-Zurziegha.
4. Ghajn ta’ ilma gieri li hareg ghat-talb ta’ San Pawl. Tradizzjoni llum mitlufa fir-Rabat. L-ilma hu simbolu tal-hajja gdida tal-maghmudija.
5. Bicca mill-knisja ta’ San Pawl. Il-Knisja l-gdida ta’ Guzmana.

IZ-ZUNTIER FIL-QEDEM: ZMIEN IR-RUMANI

zuntier_6.jpg
Fiz-zmien li fih gie San Pawl fostna, il-belt qadima ta’ Malta kienet tasal sac-centru tar-Rabat u bhal dik tal-lum kienet imdawwra b’foss. Il-Knisja ta’ San Pawl u l-Grotta jinsabu propju fil-foss, li bicca minnu ghadu jidher wara l-Knisja. Gewwa l-Belt ma kienx isir dfin izda mill-foss il-barra hu kollu mimli oqbra. Iz-Zuntier ikopri wkoll almenu parti mill-foss u ghalhekk fih insibu taht l-art diversi oqbra u katakombi bhal dawk li ddeskriva fil-gurnali u fid-disinji tieghu Schellinks.

FIL-MEDJU EVU

Meta l-Gharab fil-Medju Evu cekknu l-Belt, iz-zuntier inbidel f’cimiteru nisrani anness mal-Grotta ta’ San Pawl. Mill-bidu nett dan ic-cimiteru kiseb qima u devozzjoni u nsibuh dokumentat ghall-ewwel darba fis-sena 1366 – data wisq qadima fid-dokumentazzjoni ta’ monumenti Maltin. Warajh ghandna diversi referenzi f’testmenti tas-seklu 15 li lkoll saru fl-atti tan-nutar Luqa Sillato. Hekk fit-12 ta’ Settembru 1440 Giacomo Manduca halla fit-testment tieghu legat ghall-Kappella ta’ Santa Margerita fiz-Zuntier u dan ifisser li din diga’ kienet mibnija. Fl-4 ta’ Jannar 1442 Bernardu Janer ordna li tinbena kappella fic-cimiteru taz-zuntier, biex fiha jitqieghdu l-fdalijiet tieghu.

ZMIEN IL-KAVALLIERI TA’ SAN GWANN

zuntier_2.jpg
Id-devozzjoni lejn ic-cimiteru ta’ San Pawl tant kotrot li dan ic-cimiteru gie moghni bl-indulgenzi u l-privileggi tal-Campo Santo ta’ Ruma kif ukoll tac-cimiteru ta’ San Gakbu f’Campostella, Spanja. L-eremit spanjol Fra Juan Beneguas li diga’ kien Malta fl-ahhar tas-seklu 16 ippromova l-qima tal-grotta u mhabba f’hekk iz-zuntier rega’ ha importanza aktar minn qabel. Mhux ta’ min ihalli barra li diga’fl-20 ta’ Lulju 1549 l-Arcipriet tar-Rabat Don Matteo de Surdo kien indirizza memorjal lill-Vigaiju Generali Mons. Guzeppi Manduca li fih tkellem fuq il-qima kbira tal-barranin fil-qedem li kienu jhallu li jridu jindifnu fic-cimiteru tal-Grotta (iz-Zuntier) u sejjah lill-Grotta bic-cimiteru taghha bhala santwarju apostoliku. Kien ghalhekk li fl-1608 l-Inkwizitur Leonetto della Corbara iddecieda li jsejjah xhieda denji u jigbor taghrif bil-gurament dwar ic-cimiteru u l-Grotta. Sejjah fost l-ohrajn lil Dun Anton Bartolo, Vigarju Generali tad-Djocesi li gie rregistrat li qal “…… minn ckuniti smajt bhala tradizzjoni mill-Maltin tal-qedem il-fama publika li c-cimiteru marbut mal-Grotta kellu qima u devozzjoni mhux biss fost il-Maltin izda wkoll fost il-barranin li minn kullimkien kienu jigu jzuru l-grotta u dawk minnhom li jmutu hawn kienu jhallu li jridu jindifnu f’dan ic-cimiteru li hu vicin tal-grotta.”

Daqs 70 sena wara Guzmana Navarra bniet fiz-Zuntier dak il-monument li jikkostitwixxi kumpless arkitettoniku mill-aktar simpatiku, u hija wkoll geddet is-salib li kien hemm mill-qedem u ziedet statwa tal-gebel ta’ San Pawl, kopja tal-istatwa tar-Rham li hemm isfel fuq l-artal tal-Grotta. Fl-istess zmien iz-Zuntier kien zviluppa f’21 kappella li l-Isqof Molina fl-1678 ghamel lista shiha taghhom. Illum kollha mirduma barra dik tal-Maddalena u in parti dik ta’ San Mikiel li jixirqilha tigi koltivata ahjar.

SEKLU 20

zuntier_7.jpg
Fil-bidu tas-seklu 20, u sewwasew fl-1906, il-kappillan Dun Salv Chircop ghamel trasformazzjoni fiz-Zuntier billi tella’ l-hitan tan-nofs u ghamel il-passagg. Fi zmienu gew ukoll skolpiti dawk il-figuri ta’ l-erwieh u l-gastri tal-gebel li tant jixirqu f’cimiteru izda li jirrikjiedu tiswija. Fl-istess zmien instabet waqt ix-xoghol skrizzjoni wisq qadima mal-blat tas-sur lejn id-direzzjoni tal-Grotta f’zewg versi: CRYPTA – SANCTI PAULI.

F’dan is-seklu z-Zuntier intuza ghal hafna funzjonijiet straordinarji li taghhom jezistu ritratti storici: il-quddiesa tal-Gublew tal-1933 mill-Isqof Vascancellos; il-precett tat-tfal fl-1960 mill-Kardinal Marella; iz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fl-1990 u tant ohrajn. Fl-1983, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca inawgura f’nofs iz-Zuntier plynth li jfakkar ix-xorti kbira ta’ Malta li tissemma fl-Iskrittura. Dan il-plynth jirriproduci xi versi mit-test bibliku tal-Atti li fihom il-visitatur u nawfragu San Luqa jitkellem mill-imgieba generuza ta’ missirijietna u l-laqgha sabiha li ghamlu lil Pawlu.


Aktar dettalji:
Mons G Azzopardi – Iz-Zuntier jew Cimiterju ta’ San Pawl fir-Rabat (Il-Festi Taghna 1984)

Top↑