L-Arċikonfraternita tas-Ssmu Sagrament


sagrament_1.jpg
Malta kienet ilha 45 sena taht il-hakma tal-Kavalieri u go Malta kienu jghixu hafna nies ta’ kultura, barranin u mimlijin b’ideat godda li kienu qed jixterdu fl-Ewropa. Fil-kamp religjuz kienu qed jinxterdu hafna ideat Luterani li jichdu t-taghlim tradizzjonali tal-Knisja, fosthom il-qima lejn l-Ewkaristija u taghlim iehor. Biex tilqa’ dawn l-ideat u ssahhah id-dixxiplina, il-Knisja ghamlet il-Koncilju ta’ Trento li dam sejjer mill-1545 sa l-1563. Hafna mill-ideat Luterani kienu wkoll xterdu Malta kemm mill-kavalieri u kemm mill-Maltin, anki sacerdoti, li kienu studjaw barra u qraw il-kotba ta’ l-awturi li kienu jxerrdu dawk l-ideat.

Il-Parrocca Taghna

Ir-Rabat u l-Imdina kien fihom biss 800 ruh. Malta kienet maqsuma f’10 parrocci u dik ta’ San Pawl barra s-swar kienet wahda minnhom. Il-kappillani ta’ dawn il-parrocci kienu jridu jattendu ghall-kor fil-Kattidral ta’ l-Imdina. Il-kappillan tar-Rabat b’rispett lejn it-tradizzjonijiet Pawlini tal-Parrocca kien jissejjah Cappellano Maggiore imma fil-1535 beda jissejjah Arcipriet. Mill-1569 sas-1601 kien Arcipriet Don Leondardo de Agatiis.

sagrament_2.jpg
Fi zmien il-parrokat ta’ De Agatiis u ftit qabel l-ideat Luterani kienu xterdu sewwa fir-Rabat tant li kien hawn xirka, msejha Confraternita dei Buoni Cristiani li kienet izzomm laqghat regolari u sahansitra l-membri taghha kienu litaqghhu bil-lejl il-Fiddien u jiccelebraw l-ewkaristija more lutheranorum, bhall-Luterani. Dan jirrizulta mix-xhieda ta’ l-istess membri meta kienu tressqu u gew processati mill-Inkwizizzjoni. Id-direttur ta’ din l-iskola kien Don Andrea Axac bin Darju mir-Rabat li fil-1560 gie arrestat u mressaq Ruma.

Fost l-insara dawn l-ideat u dan in-nuqqas ta’ qima lejn l-Ewkaristija holoq ukoll il-htiega ta’ moviment ta’ fidi u riparazzjoni u b’dan il-ghan sa mill-1539 kienet twaqqfet f’Ruma, b’sede fil-knisja ta’ S. Maria tal-Minerva, l-ewwel konfraternita tas-Sagrament u ghaxar snin wara giet moghtija d-dritt li ssieheb maghha l-konfraterniti tas-Sagrament li jitwaqqfu ghar-rebh ta’ l-indulgenzi. F’Malta wkoll sa mill-qedem twaqqfu xi fratellanzi tas-Sagrament u wahda minnhom fil-Parrocca taghhna, b’sede taghha fil-Kattidral ta’ l-Imdina. Ma nafux meta twaqqfet imma fit-30 ta’ Dicembru 1545 bl-atti tan-nutar Brandanu Caxaro, l-isqof Cubelles ordna li tigi aggregata ma’ dik tal-Minerva.

sagrament_3.jpg
Aktar tard din il-fratellanza spiccat, tant li fl-1757, Mons. Dusina fil-Vista tieghu sab li ma tezistix u waqqafha hu. Il-fratellanza mwaqqfa minn Dusina damet tezisti almenu sal-1802.

Mons. Dusina

Wahda mill-mizuri li ha Mons Dusina fil-Vista tieghu bies isahhah il-fidi u l-qima fl-Ewkaristija kienet li jwaqqaf fil-parrocci l-fratellanzi tas-sagrament. Kopji tal-Vista dettaljata tieghu jinsabu f’diversi arkivji u fihom wiehed isib ukoll kopja tad-digriet li bih gew imwaqqfa. Barra s-swar ta’ l-Imdina huwa sab zewg fratellanzi qodma. Dawn kienu l-fratellanza ta’ San Guzepp b’sede fi knisja zghira fi-Rabat, aktarx wahda mit-22 kappella li kienu jdawru c-cimiterju ta’ San Pawl u l-ohra l-fratellanza ta’ San Mark, b’sedi taghha fil-Knisja ta’ San Mark, dik li tmiss mal-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani. Mons. Dusina sejjah ghalhekk il-fratelli ta’ dawn iz-zewg fratellanzi u fissrilhom il-hsieb tieghu li jigborhom flimkien fi fratellanza wahda b’isem gdid, dak ta’ Fratellanza tas-Sagrament u b’sede gdida, jigifieri fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl. Dawn accettaw l-istedina u marru fil-Knisja ta’ San Pawl bhala fratelli tas-Sagrament, kif naqraw fl-atti tal-vista, mqanqlin mill-imhabba lejn San Pawl. Hekk giet eretta fil-Parrocca ta’ San Pawl il-fratellanza tas-Sagrament u assenjat lilha l-artal maggur. Mons. Dusina irregistra fl-atti tal-Vista l-ismijiet ta’ l-ewwel fratelli li kienu: Pawlu Albano, Martin Albano, Butigieg, Decju, Xeberras, Luqa Allegritto, Andrea Calle, Nardu Zerzeppo, Luqa Xikluna, Antonju Spiteri, Alfons Vassallo, Vincenzo Stellini, Bertu Napolitano.

sagrament_8.jpg
Hekk mela twieldet il-fratellanza tas-Sagrament u hekk baqghet ghal qisu xi disghin sena. Iz-zewg fratellanzi b’isem gdid u sede gdida kienu jaghzlu Rettur u officjali komuni. Hekk skond l-atti tan-Nutar Anglu Bartolo, iz-zewg fratellanzi ghazlu lil Mastru Gulju Allegritto bhala rettur u lil Mastru Paoloa Albano bhala Prokuratur fl-1575, waqt li fil-1579 fl-atti ta’ l-istess nutar ghazlu lil Mastru Ambrogio Zammit bhala Rettur. Din l-ghaqda, wara xi 90 sena ntemmet. Dan kien fl-1664.

L-istorja mela tal-fratellanza tas-Sagrament tinqasam fi tnejn: qabel l-1664, meta kienet tikkonsisti fl-ghaqda tal-fratellanzi ta’ San Mark u San Guzepp u wara l-1664. Dwar l-ewwel perjodu ntennu dak li kiteb l-istoriku Patri Gorg Xerri, OFM fil-monografija tieghu fuq il-fratellanza ta’ San Guzepp, jigifieri li fuq dan il-perjodu ma jezistux dokumenti, apparti xi riferenzi fil-Visti Pastorali u f’xi atti notarili.

sagrament_7.jpg
Il-Visti pastorali ta’ dan il-perjodu jaghmlu biss accenn ghall-fratellanza l-aktar billi jordnaw lill-prokuratur jipprezenta r-rendikont ta’ l-amministrazzjoni u kultant isemmu l-ismijiet tar-Rettur jew prokuratur. Jatu hafna dettalji fuq l-artal maggur, li kien tal-gebel, titla’ ghalih b’zewg targiet tal-gebel u fuqu tabernaklu tal-inajm indurat. Got-tabernaklu kien jinzamm pissidi qadim b’sitt ingnub (ta’ forma sessangolari) tal-bronz bil-koppa tal-fidda u pissidi iehor ghat-tqarbin fil-knisja u teka jew kaxxa zghira ghat-tqarbin fil-kampanja.

L-Arkivju tal-Fratellanza

Bhalma fl-1575 jissemmew diversi ismijiet, fl-1664 jissemmew b’isimhom 28 fratell barra r-rettur Pawlu Mifsud. L-istorja tal-fratellanza minn hawn il-quddiem hi kollha cara ghax ir-registri kollha jinsabu konservati tajjeb fl-arkivju tal-fratellanza li jinkludi inventarju, fosthom wiehed ta’ l-istess arkivju fl-1845, kuntratti, minuti ta’ konsulti u amminstrazzjoni. Parti nteressanti minn dan l-arkivju huma d-disinnji u l-abbozzi ta’ opri li ghalkemm mhux kollha gew esegwiti, huma xi drabi ta’ valur artisitiku superjuri.

Hafna taghrif storiku johrog mill-inventarji. Nisiltu xi punti mill-inventarju tas-1782. Il-kumpanija tas-Sagrament li kienet iddahhal fis-sena 179 skudi, tari 5, grani 10, li 45 minnhom kienu mill-gabra fit-toroq ta’ kull nhar ta’ Hamis u mill-gabra bil-Bacir fit-toroq fil-Hadd ta’ fuq Corpus. Kienet thallas skud fis-sena lill-organista, 3 skudi lil min ihejji t-torci ghall-vjatku, u 7 skudi fis-sena lil min jigbor ghall-festa kull nhar ta’ hamis, u 5 grani kull darba li xi abbati kien johrog bic-censier ghall-vjatku. Ghall-qima lejn l-Ewkaristija kien hemm ostensorju tal-fidda bil-pedestall tal-fidda gisellat u ndurat, maghmul fl-1755 u diversi stendardi tal-fidda u salib tal-ebbanu mahdum Ruma fl-1776. Konna ghadna l-boghod mir-rikkezzi li l-Fratellanza ghandha llum.

Illum

sagrament_6.jpg
Tajna harsa lejn l-imghoddi, nixhtu l-harsa taghna wkoll lejn il-futur. Jekk fis-seklu sittax fostna kien hawn bruda u nuqqas ta’ qima lejn l-Ewkaristija, xejn anqas illum. Jekk fl-imghoddi kien hawn il Confraternita dei buoni Cristiani illum il-Jehovah Witnesses mhux biss jiccahdu huma mill-ikel bnin ta’ l-Ewkaristija izda jxerrdu dan it-taghlim. U l-fratellanza tas-Sagrament ghandha tezisti mhux biss biex il-membri taghha jigu akkumpanjati bl-istandard tal-fratellanza fl-assocjament taghhom qabel id-difna imma biex ixxerred u tqajjem ma’ kullimkien mewga b’sahhita ta’ fidi, qima u hegga lejn Gesu’ Ewkaristija billi tentuzjazma l-membri taghha biex jigu jzuruH u jirecevuH fit-tqarbin imqaddes u jxerrdu ma’ kullimkien l-imhabba lejH.

Aktar Dettalji :
Mons. G Azzopardi – 400 Sena ta’ Storja (Tifkira tar-Raba Centinarju mit-Twaqqif ta’ l-Arc tas-Ssmu Sagrament, 1975)

Top↑