L-istatwa ta’ San Pawl

 
 

statwa_1.jpg

statwa_2.jpg

Il-Konfraternita ta’ San Pawl twaqqfet kanonikament fil-parrocca taghna fl-1 ta’ Gunju 1767. It-talba formali ghall-erezzjoni kienet saret is-sena ta’ qabel minn Dun Pawl Zahra flimkien ma’ tlett qassisin u erba’ sekulari ohra. L-istatuti thejjew minn Dun Frangisk Wzzino. Il-festa ta’ San Pawl kienet tigi celebrata kull sena ferm qabel ma twaqqfet il-fratellanza. Anzi l-Parrocca kienet ticcelebra zewg festi titolari : Il-Konverzjoni u l-Martirju. Bit-twaqqif tal-Fratellanza l-festa tal-Martirju saret il-kura specjali tal-fratellanza kif jghid it-tieni artiklu ta’ l-istatut: ‘Il-fratellanza ticcelebra l-festa tal-martirju ta’ San Pawl b’solennita kbira u bi processjoni generali’. Kien xieraq ghalhekk li l-fratellanza tahseb mill-ewwel ghal statwa xierqa u fis-1769 insibu l-hlas ta’ 7 tari ghall-kaless tal-prokuratur biex jistipolaw l-att tal-iskultura ta’ l-istatwa l-gdida.

FTEHIM LEGALI

Dan ifisser li l-ftehim ghall-iskultura ta’ l-istatwa ta’ San Pawl bejn il-prokuratur f’isem il-fratellanza u l-iskultur, sar permezz ta’ kitba legali. Dan ma sarx fir-Rabat ghax kieku ma kienx ikun hemm lok ghall-hlas tal-kaless. Il-fratellanza ordnat ukoll zewg kopji ta’ dan il-ftehim u ghalihom hallset 4 tari kull darba. Kopja ohra intrefghet ghall-iskultur minn Nutar Brignone.

Dan ma setax ikun hlief in-Nutar Antonio Vincenzo Brignone li hadem ta’ nutar fis-snin 1751 sa 1795. L-atti tan-Nutar Brignone illum jinsabu ghand in-Nutar tal-Gvern. Il-ftehim bejn il-fratellanza ta’ San Pawl ma jidhirx li hu registrat fihom u dan ifisser li jew in-nutar Brignone ma kienx in-nutar tal-kuntratt imma refa’ biss kopja ghall-iskultur jew inkella l-ftehim ma sarx permezz ta’ att notarili li kien jenhtieglu jigi registrat fl-insinwa imma biss permezz ta’ kitba legali.

L-ISKULTUR

statwa_5.jpg

L-iskultur kien GIOVANNI CARUANA li kien jithallas akkont ghall-ispejjez ta’ l-injam u ghax-xoghol. Sal-25 ta’ Settembru 1774 thallas tlett darbiet u rcieva b’kollox 80 skud. Dawn il-hlasijiet kienu 20 skud fit-18 ta’ Frar 1770, 30 skud fis-7 ta’ Marzu ta’ l-istess sena u 30 skud ohra f’data li ma tissemmiex. Dan ifisser li sa madwar hames snin wara li sar il-ftehim l-istatwa kienet ghadha ma thallsitx kollha, imma thallsu mill-ispiza totali 80 skud flimkien mat-8 tari tal-kopja tal-ftehim. L-ewwel zewg hlasijiet saru mill-prokuratur stess Dun Pawl Zahra, waqt li t-tielet hlas sar minn certu Dun Felic Portelli. Ta’ dawn il-hlasijiet l-iskultur Giovanni Caruana halla ricevuta li tinsab mehmuza flimkien ma ricevuti ohra fl-istess kontijiet. Dwar l-iskultur ma ghandna ebda taghrif iehor.

B’danakollu biex il-fratellanza li riedet opra ta’ kwalita gholja, ghazlet lilu, zgur li kien igawdi certa fama fi zmienu. Ghandna wkoll nahsbu li xogholijiet ohra ghamel ukoll, li sal-llum m’humiex identifikati. L-opra tieghu, l-istatwa taghna turi li kien kapaci jilhaq certu livell artistiku. Jekk u meta jinstab il-ftehim li sar mal-prokuratur u li tieghu il-fratellanza kellha zewg kopji, insiru nafu aktar dettalji dwar hajtu; almenu l-pajjiz fejn twieled u fejn kien ighix, l-isem ta’ missieru u ommu kif ukoll l-eta tieghu fiz-zmien li sar il-ftehim li minnha mbaghad naqbdu meta twieled u hekk inkunu nistghu nisiltu taghrif iehor.

statwa_4.jpg

L-istatwa mahduma fl-injam tidher car li hi modellata fuq dik ta’ San Pawl tal-Belt, xoghol li sar Ruma mill-Malti Melkjorre Gafa’ aktar minn mitt sena qabel. Mhux l-istatwa taghna biss giet modellata fuq San Pawl tal-Gafa’ imma tant u tant statwi ohra f’Malta u Ghawdex, fil-knejjes u fit-toroq.

L-ircevuta tal-istatwa miktuba b’dawk l-ittri kbar u rregolari juru li l-artist kien bniedem ta’ ftit skola.

KEMM QAMET U KIF THALLSET

L-ewwel amministrazzjoni, dik ta’ Dun Pawl Zahra, ghalqet fl-1774. L-amministrazzjonijiet ta’ wara huma nieqsa, u ghandna mill-gdid kontijiet sas-1787. B’kollox ghandna waqfa ta’ tlettax il-sena. Fl-1774 l-istatwa ma kenitx ghadha thallset, avolja kienu ghaddew fuq erba’ snin u avolja l-prokuratur li spicca kellu f’idejh bilanc ta’ fuq il-mitt skud. Kienu thallsu biss 3 pagamenti li jgibu total ta’ 80 skud u l taghhom l-iskultur Caruana halla dejjem ricevuta akkont. Fl-1787, jigifieri fl-ewwel kont ta’ wara li ghandna f’idejna l-istatwa ma tissemmiex aktar ghax, m’ghandniex xi nghidu, kienet ga thallset. M’ahniex ghalhekk f’posizzjoni li nsiru nafu l-ispiza totali.

statwa_3.jpg

Dwar il-gbir ta’ fondi ghall-istatwa m’ghandniex taghrif bizzejjed. Hemm biss nota nteressanti: il-qassisin tal-parrocca cedew id-dritt taghhom tas-sehem fil-processjoni tat-terza, li kienet issir kull tielet hadd tax-xahar, b’risq l-ispiza ta’ l-istatwa. Sal-25 ta’ Settembru 1774 dan lahaq ammonta ghal 44 skud. Il-hlas lill-fratellanza ta’ San Pawl kien isir f’isem il-qassisin mill-prokuratur tal-Fratellanza tas-Sagrament, is-Sur Salvatore Manduca. Hawn ghandna diga’ rabta qadima bejn il-Fratellanza tas-Sagrament u dik ta’ San Pawl, kif ukoll xhieda ta’ l-imhabba tal-familja Manduca ghall-Parrocca taghna, li wasslet fi zmienijiet aktar recenti ghall-artal maggur ta’ l-irham u tant opri tal-fidda li thallsu minn Dun Salv u Dun Guzepp Manduca.

TAGHRIF IEHOR

IL-PEDESTALL: Il-pedestall originali mhux dak li hemm taht l-istatwa llum, izda dak li hemm ghall-wiri fil-Muzew Wignacourt. Dan il-pedestall originali hu aktar semplici waqt li dak tal-llum hu aktar pezanti.

Il-pedestall il-gdid hu xoghol ta’ l-imghallem Sapiano u gie mahdum fil-bidu ta’ dan is-seklu. Fih zewg ordni. Fin-nahat tieghu jinsabu rapprezentazzjonijiet tal-fidda ta’ l-erba’ kontinenti.

IN-NICCA: Sa madwar is-sena 1916 l-istatwa kienet tinzamm f’nicca zghira fin-naha tal-lemin tal-korsija tal-Knisja, faccata tal-bieb ta’ Sant’Anna, sewwa sew fejn illum hemm il-passagg tal-Kullegg.

Din in-nicca kienet sewwa sew fuq it-tarag li mill-kursija tal-Knisja jaghti ghall-grotta ta’ San Pawl, tant li biex tidhol jew tohrog l-istatwa kien irid isir paviment provizorju tal-fallakki. Din in-nica kienet zghira u kien ilu jinhass il-bzonn ta’ wahda aktar spazjuza. Meta fl-1916 inbena l-oratorju bi flus Eugenio Schembri fi zmien il-parrokat ta’ Dun Karm Sammut, infethet fil-kappellun ta’ San Stiefnu d-dahla spazjuza ghall-oratorju u pariggha fil-kappellun ta’ San Anton faccata tal-bieb ta’ barra, nicca spazjuza u eleganti ghall-istatwa ta’ San Pawl. Din in-nicca l-gdida giet dekprata mis-surmast Rabti Pawlu Galea.

Flok in-nicca l-qadima kien tpogga relikawrju. Meta fl-1964 il-Parrocca saret Kolleggjata u kien mehtieg li l-Knisja ta’ San Pawl u l-Knisja tal-Kullegg jitniffdu u jsiru haga wahda, kif kienu qabel – il-passagg sar fejn qabel kien hemm in-nicca l-antika u aktar tard ir-relikwarju, b’mod li ebda artal ma tnehha jew tkisser. It-tarag inzamm ukoll imma kellu jissaqqaf u bi hsieb ghaqli fil-paviment tieghu tqeghdu zewg gradi zghar tal-hadid li minnhom b’xi mod ghadu jidher anki mil-korsija tal-Knisja.

SGRAFFIR U NDURATURA TA’ L-ISTATWA

Madwar is-snin 1905 u 1906 meta kien prokuratur Dun Publiju Borg l-istatwa giet sgraffita u ndurata mir-Rabti Ganni Busuttil, imlaqqam Zakkew. Dan Busuttil kellu l-hanut fi Triq il-Buskett imma minhabba li l-istatwa ma kienetx toqghod fil-hanut tieghu, ix-xoghol sar fil-Kullegg. Jinghad li l-ispiza kienet biss 30 skud. Fil-libsa hemm sgraffiti oggetti li jfakkruna f’hajjet San Pawl, fosthom kolonna, xini, qoffa, gebel, habel jew inkella li jfakkruna fil-hidma tieghu, bhal ktieb u parcmina jew fl-ahharnett li huma simbolici ta’ hajtu bhal tromba, ajkla, ucuh ta’ angli, sriep jew inkella ta’ mewtu bhal kuruna u palma. F’dawn l-oggetti hemm migbura kollha kemm hi l-hajja ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Aktar dettalji:
Mons G Azzopardi – L-Istatwa ta’ San Pawl (Il-Festi Taghna 1979)

Top↑