Pawlu u Malta

mill-kitba tal-Prof. Dun P.P. SAYDON

spawl_7.jpg

“X’hin konna mehlusin, gharafna li l-gzira kien jisimha Malta. In-nies ta’ hemm urewna tjubija liema bhalha; gabruna u qabbdu nar minhabba x-xita li kienet lahqet u l-bard. Mela Pawlu gema’ qabda hatab u tefghu gon-nar; harget lifgha minhabba s-shana u qabdet ma’ idu. Malli raw in-nies tal-pajjiz il-bhima mdendla ma’ idu, bdew ighidu wiehed lill-iehor: Dar-ragel tassew li hu xi qattiel, ghax, ghalkemm heles mill-bahar, il-Haqq ma hallihx ighix. Imma Pawlu farfar il-bhima fin-nar u ma gratlu ebda hsara. Huma kienu jistennewh jarawh jintefah u jaqa’ mejjet minnufih. Wara li damu jistennew hafna u raw li ma gralu xejn barra mit-triq, biddlu fehmithom u bdew ighidu li kien alla.
Mela f’dawk l-inhawi kien hemm ir-raba’ tal-hakem tal-gzira, li kien jismu Publiju. Laqaghna u zammna tlitt ijiem bil-qalb. Gara li missier Publiju kien mixhut, marid bid-deni u sabb id-demm. Dahal Pawlu hdejh, talab, qieghed idejh fuqu u fejqu. Wara dan, il-morda kollha li kien hemm fil-gzira gew ghandu u kienu mfejqin. Huma wrewna gieh kbir u, x’hin konna sa nitilqu, tawna kull ma konna nehtiegu.” (Atti 28. 1-10).

Ghalina l-Maltin din hi l-isbah pagna ta’ l-Iskrittura kollha. San Luqa jghidilna l-istorja kollha ta’ Pawlu f’Malta: il-laqgha li ghamlulu l-Maltin u l-mirakli li ghamel maghhom.

spawl_8.jpg

San Luqa jghidilna li malli l-bahrin u n-nies kollha tal-bastiment qabdu l-art gharfu li dik l-art kienet il-gzira ta’ Malta. Qabel fil-kap 27, 89 kien qal li meta lemhu l-art ma gharfux x’art kienet. Kif jista’ jkun li l-bahrin li min jaf kemm kienu bahhru f’dawk l-ibhra ma gharfux il-gzira ta’ Malta? Il-bastiment li fuqu kien Pawlu kien Grieg jew Lixandrin (27, 6) u l-bahrin kienu Griegi. It-triq tieghu kienet mill-Lvant ghal Sqallija, dritt bla ma jmiss ‘il Malta. Mhix haga kbira li la l-kaptan u lanqas il-bahrin qatt ma ghaddew Malta u qatt ma bahhru qrib Malta. Terga’, jekk il-kaptan u l-bahrin kienu gew Malta drabi ohra kienu jafu biss il-portijiet il-kbar ta’ Malta, mhux id-dahla ta’ San Pawl il-Bahar. Mela ma ghandniex ghax nistaghgbu jekk hadd min-nies tal-bastiment ma gharaf l-art ta’ Malta qabel ma kienu fuqha u staqsew lin-nies tal-post.

spawl_9.jpg

Fit-tieni vers insibu kelma li ma tantx toghgobna. San Luqa l-Maltin isejhilhom “barbri” . Din il-kelma ggibilna quddiem ghajnejna nies slavag, u nhossu weggha ta’ qalb meta nahsbu li l-Maltin kienu nies ta’ din il-qatgha. Izda fl-istess vers S. Luqa jfahhar il-Maltin ghat-tjubija ta’ qalbhom u aktar ‘il quddiem ighidilna li kellhom sentimenti religjuzi gholja. Kif jista’ jkun li S. Luqa jikteb li l-Maltin kienu slavag u fl-stess hin kienu nies tajba u religjuzi? Ghalhekk naraw x’ried ifisser biha l-kelma ‘barbri’. Il-kelma ‘barbri’ bil-Grieg u bil-Latin tfisser “wiehed li jitkellem ilsien li ma jiftiehemx.” Hekk S. Pawl fl-ewwel ittra lill-Korinti 14, 11, ighid: “Jekk jien ma nafx x’ifisser il-hoss, inkun barbri ghal min jitkellem, u min jitkellem ikun barbri ghalija.” Jigifieri jekk tnejn jitkellmu kull wiehed l-ilsien tieghu u ma jiftiehmux, ikunu t-tnejn barbrin. Mela l-Maltin kienu barbrin ghax ma kinux jifhmu l-ilsien ta’ San Pawl jew ghax kienu jithaddtu bi lsien li ma kienx jiftiehem minn San Pawl, jigifieri l-Maltin dak iz-zmien ma kienux jitkellmu bil-Grieg, ma kinux Griegi.

spawl_6.jpg

Il-Maltin kif raw in-nies tal-bastiment imxarrbin ghasra telghin mill-bahar hennew ghalihom. Kien ix-xahar ta’ Novembru, u l-bard kien beda gmielu. Ghalhekk gabru ftit hatab, u qabbdu huggiega. Pawlu medd idejh ukoll jigbor il-hatab u kif tefghu gon-nar, tohrog lifgha u taqbad ma’ idu. Bezghu 1-Maltin malli raw dan, ghax kienu jafu li l-lifgha kienet velenuza, u ghalhekk hasbu li Pawlu kellu jmut avvelenat mill-gidma tal-lifgha. U hawn tinqala’ diffikultà ohra. Malta ma hawnx sriep velenuzi. Jekk il-lum Malta ma hawnx sriep velenuzi, dan ma jfissirx li qatt ma kien hawn. Seta’ kien hawn u nqerdu. Fi zmien San Pawl Malta ftit kienet imghammra. Ftit djar u hafna sigar u raba’ mhux mahdum fejn 1-annimali kellhom wisa’ kemm iridu fejn jigru u jimirhu bla ma jfixkilhom hadd. Maz-zmien beda jizdied il-bini u r-raba’ jinhadem aktar. Mhix haga kbira li xi annimali, fosthom is-sriep velenuzi, inqerdu ghal kollox.

Il-Maltin, meta raw il-lifgha mdendla ma’ id Pawlu, mhux biss hasbu li kellu jmut imma gie f’mohhhom hsieb religjuz gholi. Hadd ma jista’ jahrab il-gustizzja ta’ Alla. Pawlu kien prigunier sejjer biex ikun ikkundannat Ruma. Kien xi qattiel li kien haqqu kastig. Helisha mill-bahar, imma issa sa jithallas mil-lifgha. Ighid San Gwann Grizostmu: “Il-Maltin kienu jemmnu li Alla jinsab kullimkien u li hadd ma jista’ jahrab ghal dejjem il-kastig tieghu.” Imma S. Pawl ma gralu xejn. Kif jista’ jkun? Mela Pawlu ma kienx bniedem bhalhom. U jekk ma kienx bniedem, kien alla. Hekk hasbu u hekk qalu. Setghu qalu li kien sahhar, imma f’Pawlu ma rawx hlief xi haga aqwa minn bniedem bhalhom. U dan kien veru, ghax jekk ma kienx alla, kellu setgha kbira minn Alla li biha kien jista’ jmewwet il-qawwa tal-velenu tas-sriep.

spawl_1.jpg

F’dawk l-inhawi, ighid San Luqa, jigifieri lejn San Pawl il-Bahar, kien hemm ir-raba’ tal-Hakem tal-gzira. Skond ma jahsbu, Pubiju kellu d-dar tieghu fejn il-llum hemm il-Knisja ta’ San Pawl Milqghi. Missier Publiju kien marid bid-dissenterija. Mhix haga kbira, meta nahsbu li f’dawk 1-inhawi kien hemm hafna ilma qieghed. Pawlu malajr fejjaq lil missier Publju bis-setgha li tah Alla. L-ahbar tal-fejqan ta’ missier il-Gvernatur malajr xterdet mal-gzira kollha u kemm kien hemm morda garrewhom kollha ghand Pawlu li fejjaqhom kollha.

San Pawl u shabu damu tliet xhur Malta. X’ghamel matul dan it-zmien ma nafux ghax San Luqa ma jghidilna xejn. Imma nistghu nisthajlu lil San Pawl imdawwar bil-Maltin fil-Grotta, fejn skond it-tradizzjoni ghammar San Pawl, ifissrilhom it-taghlim nisrani, jurihom li m’hemmx hlief Alla wiehed, li dan Alla baghat l-Iben tieghu maghmul bniedem fid-dinja biex jifdina mid-dnub; li biex isalvaw jehtieg jemmnu f’Alla Wiehed u f’Gesu Kristu u jghixu kif irid Hu. Nisthajlu naraw il-Maltin jisimghuh b’sikta u attenzjoni kbira. Nisthajlu naraw ukoll lil San Pawl ighammed il-Maltin li emmnu u maghhom fuq mejda wahda jbierek u jiekol il-Hobz Ewkaristiku.

spawl_10.jpg

Haga wahda nistghu nghidu fi zgur: Il-Maltin habbewh lil San Pawl u San Pawl habbhom bhalma habb insara ohra. L-insara ta’ Ruma, li ma kienx jafhom, Pawlu jifrah bihom (Rum. 16, 19). Il-Korintin huma “Wlied mahbubin” (1 Kor. 4, 14; 10, 14). U kliem bhal dan, li juri mhabba l-aktar kbira ta’ missier lejn uliedu, jikteb S. Pawl lill-insara kollha. U jista’ jkun li lill-Maltin ma kienx ikellimhom b’dik l-istess qalb li biha kien ikellem insara ohra? Kemm il-Maltin habbew lil San Pawl ighidilna San Luqa bil-kliem: “Huma wrewna gieh kbir” li jfissru li l-Maltin mhux biss irrispettaw lil San Pawl u lil dawk li kienu jghinuh fit-taghlim imma wkoll kienu jghinuhom bl-ikel u hwejjeg ohra tal-bzonn.

Meta wasal iz-zmien li San Pawl kellu jitlaq minn Malta biex jibqa’ sejjer Ruma, il-Maltin kollha gew ix-xatt biex jaghtuh l-ahhar tislima u jiehdu minn ghandu l-ahhar barka ta’ Missier. Biex jibqghu juruh kemm kienu obbligati lejh talli ghamel maghhom gibulhom ikel u hwejjeg ohra kemm kellhom bzonn matul il-vjagg sa Ruma.

Din hija l-istorja kif ighidielna San Luqa. X’nitghallmu minnha? L-ewwel u l-aqwa haga hija l-laqgha li ghamlu l-Maltin lil San Pawl u lil shabu. Mhux biss gabruhom u sahhnuhom u tawhom l-ikel, imma qaghdu wkoll ghat-taghlim ta’ San Pawl. It-taghlim ta’ Pawlu ghalihom kien ic-cahda ta’ kull ma kienu jemmnu u l-bidla tal-hajja li kienu ghexu qabel ma’ hajja gdida, il-bidla tal-hajja pagana mal-hajja nisranija. U madankollu huma laqghuha u zammewha.

Top↑