Il-Knisja Ta’ San Pawl Fl-1736

IL-KNISJA TA’ SAN PAWL FL-1736
kif deskritta mill-Isqof Alpheran
 
L-isqof ta’ Malta Paul Alpheran de Bussan, ta’ nisel Franciz minn Aix-de-Provence, li dam imexxi l-Knisja tal-gzejjer taghna ghal 29 sena ( 1728- 1757 ), baqa’ mfakkar mhux biss ghal-hegga pastorali tieghu fid-djocesi taghna, imma wkoll ghad-deskrizzjoni sabiha u dettaljata tal-knejjes taghna fl-atti taz-zjarat Pastorali tieghu. Huwa kien devot kbir ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl. Huwa hadem hafna ghall-edukazzjoni tal-Kleru u bena s-Seminarju fl-Imdina, huwa kkonsagra bosta knejjes fosthom dik ta’ San Publiju fir-Rabat fl-1731 u ghamel 4 Vizti Pastorali li l-atti taghhom huma minjiera ta’ taghrif fuq il-hajja religjuza u fuq l-istorja tal-Knejjes taghna. L-atti ta’ l-ewwel zjara li sehhet fis-snin 1728-29, huma aqsar minn dawk tat-tlieta l-ohra u wiehed jifhem ghaliex, billi kien ghadu kif jibda l-hidma tieghu ta’ isqof, izda l-ohrajn fihom gmiel ta’ deskrizzjonijiet u taghrif. F’dan l-artiklu qasir se nati xi punti interessanti mill-atti tat-tieni zjara tieghu (1736-1740) li tinsab konservata fl-arkivju tal-Kurja fil-Furjana.

 

1736_2.jpg
L-isqof Alpheran beda u temm din iz-zjara nhar il-Hadd 8 ta’ April 1736, akkompanjat mill-Vigarju Generali l-Kan. Adrian Gurgion u mill-Kan. Guzeppi Costanzo. Din kienet l-ewwel Knisja Parrokkjali li zar wara l-Katidral fl-Imdina skond il-procedura tas-soltu billi l-parrocca ta’ San Pawl fir-Rabat kienet tikkomprendi t-territorju kemm tar-Rabat kif ukoll ta’ l-Imdina u kienet maqghquda mal-hames dinjita’ tal-Kapitlu tal-Katidral. L-arcipriet kien Dun Klement Cuschieri.
Iz-zjara saret b’dan l-Ordni: Wara l-kant tal-antifona “Sacerdors et Pontifex”u dak tat-“Te Deum” l-isqof ta l-barka solenni tieghu u bierek il-mejtin midfuna fil-Knisja, izda billi dak inhar kien ftit indispost ma marx ibierek ukoll lil dawk midfunin fil-karnierja u fiz-Zuntier. Huwa ghamel il-Vizita tat-Tabernaklu, tal-Fonti tal-Maghmudija, taz-zjut imqaddsa, tal-Altar Maggur, l-altar tal-Kor, il-hames altari tan-naha tal-Vangelu, il-hamsa l-ohra tan-naha ta’ l-epistola, il-Grotta ta’ San Pawl, in-navata pincipali, il-Kor, il-Presbiterju, il-konfessjonarji, il-pulptu, l-orgni, il-bibien tal-Knisja, il-karnierja, iz-Zuntier jew cimiterju, l-kampnar, u z-zewg sagristiji.

Fil-ghaxija mbaghad ta’ l-istess jum l-Isqof amministra s-sagrament tal-Grizma lil 228 ruh, uhud minnhom kbar fl-eta’.

Il-Knisja li zar hija l-istess bini li ghandna llum, jigifieri dik li bdiet tinbena fl-1653 bl-ispejjez tan-Nobbli Cosmana Navarra, waqfet ghal xi zmien u tlestiet 30 sena wara fl-1683. Mhux il-kaz li nirrepetu hawn dak li ghadna naraw sallum izda nsemmu biss dak li kien hemm u ma nsibuhx illum ghax zdied jew gie mibdul tul il-medda tas-snin. Hekk per ezempju, il-Knisja kellha biss statwa wahda, dik ta’ San Mikiel; kienu ghadhom ma gewx ordnati l-istatwa titolari ta’ San Pawl, u dawk ta’ Kristu Rxoxt, il-Kuncizzjoni, in-Nazzarenu u pariggu il-Maghmudija ta’ Kristu minn San Gwann fuq il-battisteru. Barra l-Maggur, l-altari kienu kollha tal-gebel u tnejn minnhom kellhom dedikazzjoni differenti minn tallum. L-altari kollha kellhom lampier zghir quddiemhom.

F’dan l-artiklu se nsemmi wkoll xi taghrif wisq interessanti li sibnih ghall-ewwel darba fl-atti ta’ din il-Vizita. Inzid ukoll xi kummenti a bazi ta’ taghrif minn dokumenti ohra. Nibdew mill-altari.

1736_1.jpg
L-ALTAR MAGGUR ma kienx dak ta’ llum ta’ rham alabastru abjad, mhallas mill-Mons. Salvatore Manduca, li sar gdid biex jesa’ s-sett tal-kandelabri ta’ Corpus, izda dak wisq sabih tar-rham kulurit li llum jinsab fil-Kappellun ta’ San Stiefnu. Dan l-altar kien tlesta ghall-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja li saret mill-Isqof Gaspare Gori Mancini fil-21 ta’ Settembru 1726. L-Isqof jiddeskrivi r-relikwi tal-qaddisin li hemm fih, San Fulgenz, San Severinu u Santa Venusta. Fuqu kien hemm sitt kandlieri tal-fidda u 4 filatteri tal-ebbanu ta’ forma piramildali, mimlijin bir-relikwi, bis-sigilli u l-awtentiki taghhom. Ma nafx hux dawk li ghadna narmaw fit-2 ta’ Novembru. Fit-tabernaklu kien hemm pissidi ferm antik bil-koppa tal-fidda li kellu sitt gnub. F’dan l-altar kienu jsiru zewg processjonijiet stazzjonali mill-Katidral, dik tad-29 ta’ Gunju, li ghadha ssir sallum u ohra fil-11 ta’ Jannar biex tfakkar it-terremot tal- 11 ta’ Jannar 1693 li ghamel hsarat kbar fil-Katidral ta’ l-Imdina u wkoll fil-Knisja taghna, izda li b’xorti tajba ma qatel lil hadd.
L-ALTAR TAL-KOR, li jissejjah l-altar titolari, ghax qieghed taht it-titular, kien tal-gebel (dak tallum hu ta’ l-irham). Dan jissejjah altar gdid, jigifieri ma kienx ilu wisq li sar. Ighid li fuqu kien hemm l-ikona (pittura fuq l-injam) wisq qadima li turi lil San Pawl, bil qeghda fil-maesta’ kollha tieghu izda ma jiddeskrivix id-diversi partijiet ta’ din l-ikona. Ighid biss li din giet “coloribus renovata’ jigifieri mgedda fil-kulur, jew ahjar restawrata. Din l-ikona ghadha tezisti sallum, u fil-pannell tan-nofs hemm impingi l-isem tal-benefattur taghha, l-Arcipriet Don Leonardo de Agatiis, u s-sena 1588. Barra mill-kwadru tan-nofs fiha erba’ pannelli izghar li juru l-Konverzjoni ta’ San Pawl, il-Predikazzjoni tieghu, in-Nawfragju f’Malta u l-Martirju. Minn dokumenti ohra nafu li fl-imghoddi dan il-pannell kellu wkoll ix-xbihat tal-Madonna, San Pietru u San Gwann Battista. Dawn tnehhew biex il-kwadru l-qadim jigi mkittef u jkun jista’ jiffittja bejn l-altar u l-gwarnic tat-Titolar il-Kbir. Izda meta dawn it-tlett xbihat tnehhew ma nafux. Fis-sena 1736 l-isqof isemmi li l-kwadru tan-Nawfragju diga kellu gwarnic pjuttost wiesgha ta’ l-injam indurat, izda zgur mhux dak ferm sabih u wiesgha li ghandna llum u li sar mir-Rabtin lejn it-tmiem tas-seklu 19 u li tahtu hemm ukoll skolpit gwarnic tal-gebel.

 

1736_3.jpg
L-ALTAR TA’ SAN ANTON ABBATI jinghad li hu guspatronat, u Abbazia mwaqqfa minn Cosmana Navarra. Kien izolat mill-knisja b’kancell tal-gews. L-isqof isemmi l-qaddisin impittra fil-kwadru kbir tieghu, jigifieri San Anton Abbati, San Filippu Neri u l-Erwieh tal-Purgatorju. Hemm fih imwaqqfa s-Sodalita’ ta’ l-erwieh. Jissemmew ukoll l-iskulturi fil-gebel li kien hemm madwar il-gwarnic tieghu izda bhal fil-kaz ta’ l-altar ta’ San Stiefnu, dawn kienu imkissra daqs mitt sena ilu. Dawn l-ornamenti barokki kienu jinsabu f’diversi knejjes u ghadhom jezistu sallum f’xi parrocci, fosthom Haz-zebbug. Fis-sena 1736 din l-abbazija kienet f’idejn l-Arcidjaknu Don Domenico Sciberras, isqof titolari ta’ Epifanja. L-abbazija ma kelliex beneficjat, u kellha bhala sagristan lil Dun Tumas Galea.
L-ALTAR TA’ SAN GWANN L-EVANGELISTA jinghad li hu guspatronat tal-familja Bonello. Il-kwadru tieghu juri lil San Gwann jikteb il-ktieb ta’ l-Apokalissi. It-titolu ta’ l-altar inghazel flok wahda mill-kappelli li kienu jinsabu fic-cimiteru jew Zuntier tal-Parrocca u li meta giet desagrata giet trasferita fil-parrocca.

FL-ALTAR TA’ SANT’ANNA tissemma l-processjoni li kienet issir f’jum Sant’Anna bil-partecipazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral, tal-kleru u tal-Konfraterniti kif ukoll tal-magistrati tal-Kunsill Popolari bhala rizultat ta’ weghda li kienet saret mill-istess Kunsill Poplari, jew Gvern lokali ta’ Malta, fil-pesta tal-1676. Ta’ min isemmi li f’dik l-okkazjoni kien jintrema palju bix-xbiha ta’ Sant’Anna mpittrin fuq iz-zewg nahat tieghu. Dan llum jinsab fi stat wisq deperit fid-depozitu tal-Muzew. L-anzjani ghadhom jiftakru l-purcissjoni li kienet issir nhar il-festa u li nqatghet madwar hamsin sena ilu.

Jissemmew imbaghad zewg altari li llum igibu dedikazzjoni ohra. Dawn huma L-ALTAR TA’ SAN KRISPIN U KRISPINJANU u L-ALTAR TA’ SAN ELIGJU. Flokhom illum hemm l-altar tal-Qalb ta’ Gesu u dak tad-Duluri. Ta’ l-ewwel kienet tiehu hsiebu l-Konfraternita tal-Iskrapan waqt li tat-tieni kienet tiehu hsiebu l-Konfraternita’ tal-Haddieda . Il-kwadru ta’ Sant’Eligju ghadu sallum konservat fis-sagristija tal-parrocca u jgib id-data 1699 waqt li dak tal-qaddisin Krispin u Krispinjanu ma ghadux konservat. Il-kwadru attwali tad-Duluri kellu l-parti ta’ fuq tispicca fit-tond u kien fl-arkata parigg in-Nicca ta’ San Pawl fil-kappellun ta’ San Stiefnu. Meta din infethet halli tghaqqad il-Knisja ma’ l-Oratorju li nbena fl-ahhar mitt sena, il-kwadru gie trasferit flok dak ta’ San Krispin u San Krispinjanu. Izda l-kwadru tad-Duluri ma kienx fil-Knisja fis-sena 1736 ghax kieku kien jissemma f’din il-Vista Pastorali.
Nigu issa ghall-altari fin-naha l-ohra tal-Knisja, in-naha tas-sedja tac-celebrant, dari maghrufa bhala n-naha tal-epistola u nibdew mill-ALTAR TAL-KAPPELLUN TA’ SAN STIEFNU. Dan il-kappellun beda jinbena malli tela’ l-Gran Mastru Carafa li kkonceda b’diversi kondizzjonijiet lil Cosmana Navarra l-uzu tal-gnien wara l-Knisja ta’ San Publiju, li l-Gran Mastru ta’ qablu Cotoner kien innega l-permess li jintuza. Bil-bini ta’ dan il-kappellun setgha jintemm il-bini tal-Knisja. Hawn l-Isqof Alpheran jerga’ jsemmi l-ornamenti tal-gebel li kienu jzejnu l-prospettiva bhal fil-kaz tal-Kappellun ta’ Sant’Anton. Isemmi li l-kwadru hu opra ta’ Mattia Preti. Fil-fatt hu replika ta’ kwadru identiku bhalu, illum misruq, li kien jinsab f’wahda mill-kommendi tal-Familja tal-Gran Mastru Carafa. Ma nafux liema minnhom sar l-ewwel. L-isqof izid li l-werrieta ta’ Cosmana Navarra kienu ghadhom ma wettqux l-obbligu li Cosmana kienet rabtet bih lill-werrieta, jigifieri li ghal dan il-kappellun jikkummisjonaw lampier identiku ma dak tal-kappellun ta’ San Anton minn idejn Melkjorre Gafa’ jekk ikun ghadu haj, jew inkella minn idejn skultur kompetenti iehor. Dan jimplika li l-lampier wisq sabih ta’ dan il-kappellun sar wara s-sena 1736.

 

1736_4.jpg
Nigu issa ghall-ALTAR TAL-KUNCIZZJONI. L-isqof ighid li dan l-altar qabel kien dedikat lill-Madonna tal-Grazzja izda bi ftehim mal-patruni inbidel f’altar tal-Kuncizzjoni taht kundizzjoni li jsemmi aktar tard. Isemmi wkoll taht il-kwadru titulari xbiha tax-xema tal-Bambin Gesu b’numru ta’ ex-voti. L-ex-voti ma ghadhomx hemm u x-xbiha ta’ Gesu’ ma jirrizultax li hi dik tallum ghax din hi wisq aktar moderna mis-sena 1736. Jissemmew ukoll iz-zewg kwadri laterali, dak ta’ San Liborju, protettur mill-mard tal-gebla, li kien kabbar il-qima tieghu fostna l-Gran Mastru Cotoner li kien ibati b’dil-marda, u San Andrea Avellino. Dawn huma l-unici zewg kwadri laterali li jissemmew f’dil-vista ghalkemm illum hemm ohrajn fl-altari l-ohra, anki qaddisin protetturi ta’ mard u disgrazzji, bhal terremoti u sajjetti. Dawn probabilment kienu ghadhom ma gewx esegwiti.
L-ALTAR TAS-SALIB hu dak li jigi wara dak tal-Kuncizzjoni. Il-kwadru sabih tieghu illum jinsab fil-Muzew tal-Parrocca, u minn dokumenti ohra nafu li kien ingieb minn Ruma bit-thabrik tar-ragel tas-sinjura Cosmana Navarra. Hafna ghadhom jiftakru l-kwadru tas-Salib f’dan l-altar u tahtu kien hemm is-sottokwadru tal-Madonna tal-Grazzja. Numru ta’ snin ilu il-Kan. Mikiel Saliba prokuratur ta’ l-altar kien zejjen dan is-sottokwadru bi kwarnic sabih tal-fidda u tellghu il-fuq fin-nofs fuq sfond ta’ rham ahmar. Izda fl-1736 dan il-kwadru kien ghadu ma sarx ghaliex meta l-Isqof zar L-ALTAR TAS-SAGRA FAMILJA, li jigi warajh, huwa ighid li dan l-altar tas-Sagra Familja kien gie assenjat bhala guspatronat lill-Familja Cushieri biex isir l-altar tal-Kuncizzjoni fil-Vista Pastorali ta’ qabel bil-kundizzjoni li dawn iridu jikkummissjonaw kwadru gdid tal-Madonna tal-Grazzja . Billi dan kienu ghadhom ma wettqux dan l-obbligu, l-isqof ordna li jekk ma jikkonformawx fi zmien xahar jitilfu d-dritt tal-Guspatronat.

L-ALTAR TA’ SAN MIKIEL, l-ahhar altar fil-Knisja, jissemma bhala l-altar tal-Konfraternita ta’ San Mikiel imwaqqfa fl-4 ta’ Mejju 1695. Il-kwadru titolari jinghad li hu kwadru celebri. Nafu li sar minn Mattia Preti fi xjuhitu u ghadha tezisti l-ircevuta ffirmata minnu. L-Isqof ma jsemmix l-isem tal-pittur, forsi minhabba l-fatt li l-istil ta’ Preti fi xjuhitu kif wiehed jistenna kien inferjuri ghall-dak tal-aqwa zmien tieghu. Jissemma wkoll kapital ta’ tnax il-skud mholli mill-Gran Mastru Nikol Cotoner minhabba li hu kien ittrasferixxa fil-Knisja ta’ San Pawl il-kwadru qadim ta’ San Mikiel li kien il-kwadru titolari tal-Kappella medjevali ta’ San Mikiel is-Sincier (Sancir), fi Gnien is-Sultan. Din hi l-eqdem knisja fir-Rabat.

Wara z-zjara ta’ l-altari, l-Isqof nizel jati qima lil San Pawl fil-Grotta mit-tarag li hemm f’nofs il-hajt tal-lemin tal-Knisja. Nizel iqim lil San Pawl bla ma ddeskriva l-altari u l-istatwi tal-Grotta billi dawn kienu f’idejn l-Ordni ta’ San Gwann. Il-Grotta (mhux il-Knisja Parrokjali) kienet inghatat lill-eremit spanjol Fra Juan Benegas de Cordova, li wara cediha lill-Ordni, bil-kundizzjoni li jinzamm miftuh il-passagg mill-Knisja ghall-Grotta u d-dritt li l-Arcipriet u d-devoti ta’ San Pawl jinzlu minnu. L-isqof fiz-zjara tieghu sahhah dan id-dritt. It-tarag ghadu hemm sallum ghalkemm meta l–parrocca ta’ San Pawl inghaqdet mal-Grotta u saret Kollegjata , biex infethet arkata fil-hajt, dan il-passagg gie msaqqaf bl-irham. Hasra li ma ssaqqafx bi grada tal-hadid biex jibqa jidher u f’okkazjonijiet specjali jinfetah. Meta Cosmana Navarra bniet il-Knisja tallum kienet ghamlet kundizzjoni li dan it-tarag ma jintmessx u mhabba f’hekk l-arkitett kien marbut fit-tfassil tal-Knisja tant li b’differenza minn knejjes ohra ghamel zewg altari kull naha.

Ghalkemm l-Isqof ma jiddeskrivix l-altari u l-istatwi tal-Grotta, huwa hass li jaghti taghrif storiku ta’ nteress kbir li ma jinstabx f’sorsi ohra. L-isqof jaghti informazzjoni fuq it-tarag li kien jwassal fid-dahla ghall-Grotta ( li ghal hafna snin kienet l-unika dahla ghaliha) kif ukoll jaghti taghrif fuq pittura ta’ San Pawl li kien hemm hdejn din id-dahla . Din kienet turi lil San Pawl bil-lifgha mdendla ma idu u bl-iskrizzjoni tahtu li tghid “Locus iste Sandtus est” li jfissru “Dan il-post hu qaddis”. L-isqof ighid li dan it-tarag u l-pittura saru bi spejjes tal-Kapitlu tal-Katidral li ta’ pensjoni annwali ta’ mitt skud u dan sar fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja mill-Isqof Martin Royas fl-1775, kif kienet tixhed skrizzjoni inciza fil-gebel u mwahhla fl-abside tal-Knisja. L-iskrizzjoni kienet: “Divo Paulo hujus insulae Tutelari ubi vivens Christum praedicaverat Martinus Royas Templum hoc Consecravit pridie Kalendas Julii MDLXXV”. Bil-Malti “L-Isqof Martin Royas fit-30 ta’ Gunju 1575 ikkonsagra dan it-tempju, dedikat lil San Pawl, patrun ta’ dil-Gzira, fil-post fejn huwa pprietka lil Kristu”.

fundazzjoni_7.jpg
Bhala kummenti nghidu li l-bniedem li wettaq dan kien l-Arcipriet de Agatiis li tant habrek u stinka biex jottieni l-fondi ta’ mitt skud mill-Kapitlu. Dwar il-pittura ta’ San Pawl mad-dahla tal-Grotta, nghidu li b’xorti tajba hemm incizjoni taghha stampati fil-ktieb: “Aegptiaca Aervitus”‘ tal-vjaggatur Michael Heberer von Bretten (gharrrafna biha l-ewwel darba Dr Gorg Zammit Maempel). Heberer zar Malta darbtejn fl-1585 u 1588 u rriproduca din l-istampa fil-ktieb tieghu fl-1610. L-incizjoni saret mill-pittur Fredrich ta’ Hammel li kien minn Heidelberg. Dwar l-iskrizzjoni fil-gebel nghidu li fil-Muzew tal-Parrocca ghad baqgha parti zghira minnha, li qabel kienet ingastata fil-hajt fil-Kripta tal-Maddalena.
Fin-nota storika tieghu l-Isqof Alpheran izid taghrif dwar il-qima li kabbar il-Kavalier Fra Juan Benegas de Cordova, dwar il-bini mill-gdid tal-Knisja ta’ San Publiju mill-Ordni u jati t-test taz-zewg skrizzjonijiet li jfakkru l-konsagrazzjoni mill-istess isqof Alpheran fl-1731 tal-Knisja u ta’ l-altar tal-Grotta.
Wara l-altari u z-zjara lil Grotta, l-isqof jikkummenta b’mod dettaljat fuq l-arkitettura tal-Knisja u dik tal-faccata ta’ barra. Jinnota li fil-faccata tal-knisja l-istatwa fin-nicca fuq il-bieb tal-Knisja ta’ San Publiju hija xbiha ta’ San Pawl skolpita fl-irham abjad. Dan juri car li din l-istatwa wisq antika u arkajka kienet diga hemm fis-sena 1736, qabel ma l-Gran Mastru Pinto rregala l-istatwa prezenti skola tal-Bernini li hemm fil-Grotta llum. Isemmi wkoll li fil-kappellun ta’ San Stiefnu kienet tinzamm go nicca ta’ l-injam l-istatwa ta’ San Mikiel skolpita fl-injam, bicca minnha ndurata u bicca mizbugha. Dan ghaliex l-Oratorju kien ghadu mhux mibni. Infatti l-Isqof jinnota li floku kien hemm sagristija, parigg l-ohra, fejn jigu konservati l-oggetti l-aktar goffi tal-knisja. Dwar il-pulptu ighid li titla ghalih minn tarag tal-gebel. Dan it-tarag ghad hemm tracci tieghu fid-dahla ghall-kappellun ta’ San Anton. Meta jzur il-karnierja jinnota li l-altar hu dedikat lil S. Marija Maddalena u l-Erwieh tal-Purgatorju minhabba li fl-1640 kien instab b’kumbinazzjoni ghar bi xbiha tal-Maddalena. Meta zar il-kampnar innota li fih kien hemm biss zewg qniepen, wahda pjuttost kbira ordnata minn Cosmana Navarra u ohra izghar li nhadmet fl-1398 u li kellha minquxin il-kelmiet “Christus regnat, Christus imperat” u li kienet giet imbierka fl-1645. Meta sar is-sett ta’ qniepen godda mill-kappillan Sammut, din tnizzlet mill-kampnar u tkissret.

Fl-ahhar taz-zjara l-Isqof Alpheran ta lista tal-kleru tal-Parrocca. Dawn jinkludu l-Vici Parroku Dun Mikiel Ang Mamo, 17 il-sacerdot, zewg suddjakni, 9 kjerici, u 6 kjerici mizzewga.

Aktar Dettalji:
Mons Gwann Azzopardi: IL-KNISJA TA’ SAN PAWL FL-1736 kif deskritta mill-Isqof Alpheran (Il-Festi Taghna, 2003)

Top↑