Il-Konfraternita ta’ San Pawl


X’jista jinsab gewwa Malta taghna, kiteb Patri Tumas Fazello, li ma jsemmix, ma jitkellimx,ma jqimx u ma jadurax lil Pawlu? Il-knejjes iddedikati lill-Appostlu Missierna, statwi u triqat u monumenti ohra kollox ifakkarna fil-migja u l-qaghda fostna ta’ l-Appostlu tal-Gnus.

konf_1.jpg

Izda wiehed mill-aqwa monumenti fost dawn, huwa dak li hawn imwaqqaf fil-Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat. Qieghed nirreferi ghall-Konfraternita ta’ San Pawl, li l-poplu Rabti mqanqal mill-imhabba lejn dan il-Kbir Appostlu waqqaf proprju f’dik il-Knisja li giet imwaqqfa minn San Pawl stess fis-sena 60 A.D.

L-ewwel Fratellanza ta’ San Pawl

L-ewwel referenzi dokumentati ghall-Grotta ta’ San Pawl bic-Cimiterju maghha jmorru lura ghall-1366. Mid-devozzjoni popolari li kien hawn lejn il-Grotta u dan ic-cimiterju, kemm mill-barranin kif ukoll mill-Maltin, nistghu naraw kemm id-devozzjoni lejn San Pawl hija antika. Ghalhekk ma nistghagbux li fil-bidu tas-seklu sittax diga nsibu Xirka bl-isem ta San Pawl, li flimkien ma fratellanzi ohra, fosthom dawk ta’ San Mark u San Guzepp, kienet tiehu hsieb id-dfin f’dan ic-cimiterju.

Dwar din il-fratellanza s’issa ma nafu xejn aktar u ghad irridu nfittxu aktar atti nutarili biex naraw x’seta gara minn din il-fratellanza fis-sekli ta’ wara. Izda ghal nofs is-seklu sittax, fil-Parrocca ta’ San Pawl insibu fratellanza tas-Sagrament. Ma nafux meta twaqqfet, izda fit-30 ta’ Dicembru 1545 bl-atti tan-nutar Brandanu Caxaro, l-Isqof Cubelles ordna li tigi aggregata ma dik ta’ Santa Marija tal-Minerva, Ruma. Minhabba li fiz-zjara ta Mons. Duzina l-Fratellanza ta’ San Pawl tibqa ma tissemmix, ma nistghux neskludu l-fatt li l-imsehbin ta’ din il-Fratellanza nghaqdu f’dik tas-Sagrament biex ikunu jistghu jiggieldu lil x’idejat Luterani li kienu qed jixterdu sewwa fir-Rabat.

Talba ghall-Erezzjoni tal-Fratellanza ta’ San Pawl.

konf_2.jpg

Wara kwazi mitejn sena mit-twaqqif ta’ l-Arcikonfraternita tas-Sagrament fl-1575, missirijietna waslu biex formalment iwaqqfu gawhra ohra fil-Kuruna ta’ San Pawl. Hekk il-poplu Rabti permezz tas-sacerdoti D. Pietro Hellul, D. Paolo Zahra, D. Giuseppe Paolo Zerafa, D. Giuseppe Zerafa w tas-sinjuri Francesco Agius, Francesco Azzopardi, Angelo Zammit, Giuseppe Portelli u Baldassare Zahra talbu lill-Isqof biex: “Ad unur tal-Glorjuz Missierna u Prottetur tal-Knisja Parrokkjali tar-Rabat, titwaqqaf f’din l-istess Knisja, Konfraternita li jkollha d-distintiv taghha, b’dawk is-suffragji, talb u funzjonijiet, li jkunu specifikati fi statut li jkun ikkompilat u approvat mis-ST. Illma u Rev.ma.”

Il-Fehma ta’ l-Arcipriet.

Ghal din it-talba, l-Isqof, Fr. Bartolomoe Rull, ried ikun jaf jekk din il-Konfraternita hix ta’ htiega u vantagg spiritwali. Ghalhekk fis-17 ta’ Settembru 1766 kiteb lill-Arcipriet tal-Katidral, biex bhala kurat tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, jaghtih il-parir tieghu, u jekk hux tal-fehma li tigi eretta din il-Konfraternita.

L-Arcipriet, Dun Guzepp Saliba, jidher qabel perfettament mat-talba li saret u fl-1 t’Ottubru 1766, hu wiegeb ghall-ordni ta’ l-Isqof: “Biex nissodisfa l-ordni tas-S.T. Illma u Rev.ma ghandi l-unur li nghid li l-erezzjoni ta’ din il-Konfraternita, tkun mhux biss ta’ dekor u vantagg ghall-Knisja Parrokkjali tar-Rabat, ANZI MEHTIEGA BHALA L-EWWEL SANTWARJU TAL-GLORJUZ MISSIER U PROTTETUR TAGHNA SAN PAWL.”

Statut u Erezzjoni

konf_3.jpg

Wara li l-Isqof ra l-fehma ta’ l-Arcipriet, ta bidu ghall-erezzjoni ta’ din il-Konfraternita u fl-l0 ta’ Ottubru 1766, hatar lil Dun Frangisk Wzzino biex ilesti statut u wara jesponieh ghall-approvazzjoni tieghu.

Dun Frangisk Wzzino wera li kien favur il-Konfraternita w beda hekk: “Wara aktar minn elf u seba’ mitt sena, minn meta l-Glorjuz Missier taghna San Pawl gie w kkonverta lil Malta, ghogob lis-Sinjur li jwaqqaf Konfraternita ad unur ta’ San Pawl, fl-istess post fejn appuntu ppriedka l-Fidi Kattolika u kkonverta l-gzira ta’ Malta.”

“Huma bla tarf il-memorji hajjin li ghandna tal-migja u l-predikazzjoni ta’ dan il-qaddis Missier taghna, Prottetur u Patrun, u l-prodigji, mirakli w effetti tal-predikazzjoni taghna.”

“Dawn huma xhieda ta’ l-obbligazzjoni li ghandna lejh u din il-Konfraternita tkun is-sigill tal-qima li ghandna ntuh….”

konf_4.jpg

“….u billi l-Knisja Parrokkjali tar-Rabat hija ddedikata lil San Pawl u lill-Glorjuz kbir Martirju tieghu, li huwa premju w kuruna ta’ l-Appostolat tieghu, hekk din il-Konfraternita ghandha tkun taht it-titolu ta’ dan il-Qaddis Appostlu li xerred demmu ghall-unur tal-Fidi Kattolika.”

“L-istandard tal-Konfraternita ghandu jkun ahmar bl-arma ta’ San Pawl fin-nofs, u l-fratelli ghandhom jilbsu l-konfratija, kurdun u kapocc abjad u muzzetta hamra bil-figura ta’ San Pawl fuq in-naha tax-xellug fuq il-qalb.”

“L-Artal tal-Fratellanza ghandu jkun dak tal-kor, u l-festa tal-Martirju ghandha ssir b’sollenita kbira mill-fratellanza u bi processjoni generali.”

L-istatut huwa kompost minn tnax l-artiklu li fihom gew migbura fost l-ohrajn ir-rakkomandazzjonijiet li ghamel l-Arcipriet. Kif Dun Frangisk Wzzino lesta dan l-istatut, wrieh kif kien ordnat ghall- approvazzjoni ta l-Isqof, li dan wara li ezaminah, approvah u approva l-erezzjoni tal-Konfraternita ta’ San Pawl. Dan kien l-1 ta Gunju 1767.

konf_5.jpg

L-ewwel opra kbira li dahlet ghaliha il-Fratellanza hija l-istatwa famuza ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl li ta’ kull sena, nhar l-ewwel Hadd ta’ Lulju tohrog processjonalment u ddur mat-toroq principali tar-Rabat.

Sa mill-bidu, din il-Konfraternita sabet l-approvazzjoni mhux biss ta l-Isqof ta’ Malta, imma anki tal-Papa Klement XIV, li wera l-imhabba tieghu billi ghaniha b’hafna indulgenzi u privileggi.

Il-Konfraternita Llum

Wara 225 sena mit-twaqqif taghha, nistghu naraw li din il-Konfraternita ghadha hajja w attiva. Flimkien ma’ l-Arcikonfraternita tas-Sagrament dejjem tghin l-Arcipriet fil-hidma pastorali tal-parrocca. Hadet sehem kbir fic-Centinarji Pawlini tal-1960 u tal-1967 u fl-organizazzjoni tal-Missjoni tad-Driegh Mirakoluz ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fl-Awstralja u membri taghha hadmu bis-shih biex jaraw liz-Zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fir-Rabat fl-1990 tkun success. Il-Prokuraturi w r-Retturi taghha fosthom Kalcidon Sammut u Pietru Bonello, li fi zmienhom saru l-Ostensorju l-qadim u wiehed mill-Medaljuni tar-Retturi, hadmu mhux ftit biex izejnu t-Tempju ta’ San Pawl bl-isbah opri w llum il-gurnata flimkien mall-Kapitlu Pawlin, din il-Fratellanza qeghda torganizza konfernzi biex tkabbar id-devozzjoni taghna lejn San Pawl.

Dan kollu jurina kemm din il-Konfraternita kienet gejja minn Alla biex tunura lill-Appostlu Missierna. Ghalhekk ikunu nghidu sewwa meta nsejhu lil din il-Fratellanza, li baqghet Unika fi gziritna, bhala MONUMENT HAJ U NAZZJONALI mwaqqaf fl-istess Knisja li giet mwaqqfa minn San Pawl stess.

Aktar Dettalji:
Aristarco Cefai – Il-Konfraternita ta’ San Pawl: Monument Pawlin Haj (Il-Festi Taghna 1992)

Top↑