L-armar tal-festa fi Triq il-Kbira

 
L-armar tal-festa fi Triq il-Kbira

Is-seklu 19

tkbira_1.jpg

L-informazzjoni dwar l-armar lejn nofs is-seklu 19 hija rari. Li nafu zgur hu li kien jintrama ark f’nofs it-triq ftit il-fuq minn fejn illum hemm il-Kazin San Pawl. Ma nafux jekk il-luggar li kien jintrama fil-pjazza kienx ikompli fi Triq il-Kbira wkoll, pero probbabilment jekk kien isir dan kien jintrama l-luggar l-antik; anke wara li nhadem is-sett il-gdid tal-pjazza. Dan kien jikkonsisti fil-pilastri tat-trofejiet li llum jintramaw fi Triq il-Kullegg, b’arkati mzejna b’pavaljuni minn wiehed ghall iehor. Dan il-hsieb ikompli jsahhu l-fatt li fil-mahzen ta’ l-armar ma baqa’ ebda sinjal ta’ kolonni w trofejiet ta dan il-perjodu; meta wiehed jistenna li mill-ark trijonfali – li kien jiftah il-festa – sal-Knisja kien ikun hemm xi forma ta’ armar.

Izda forsi l-aktar prova importanti li xi forma ta luggar kien jintrama fit-triq huwa it-trijonf. Dan kien jintrama fit-tarf ta Triq Guzmana Navarra. It-trijonf kien jikkonsisti f’zewg kolonni b’zewg gastri fuqhom. Mill-gastri kienet tohrog arkata li kien ikollha l-arma tal-papa bil-bnadar maghha u t-trirenju fuqha. Hu possibli li minhabba l-arkatura din kienet tifforma parti mill-armar originali tal-luggar; fejn kienet tghaqqad iz-zewg bicciet ta’ Triq il-Kbira. It-trijonf baqa jintrama sa madwar tletin sena ilu.

Ta’ min jinnota li wara z-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fir-Rabat, din l-arma regghet bdiet tintrama mal-hajt taz-zuntier fuq il-palk ta’ Triq San Pawl, sabiex tfakkar dan l-avveniment.

tkbira_2.jpg

Hu ferm probabbli li l-ark li semmejna hawn fuq huwa l-istess wiehed li jirreferi ghalih L’Osservatore Maltese fl-1844. Hawnhekk, f’deskrizzjoni tal-festa, l-awtur jirreferi ghal ark trijonfali li kien erett vicin tal-knisja. Dettalji mportanti huma li dan l-ark kien inhadem minn Mastru Frangisk Catania, fuq disinn ta’ Mastru Guzepp Spiteri u mpitter minn Mastru Felic Bonello; kif ukoll li dan l-ark kien imdawwal miz-zewg faccati tieghu. Nafu fic-cert li f’dan il-perjodu kienu jintramaw arki ohra fi Triq il-Vittorja u hdejn San Katald; arki li pero kellhom biss faccata wahda. Barra minn hekk il-post prominenti li fih kien jintrama dan l-ark – fid-dahla principali ghall-festa – zgur li kienu jzidu l-importanza tieghu. Ta min jinnota li fir-Rabat it-tradizzjoni ta l-ark trijonfali kienet importanti, tant li l-ewwel riferenza li nsibu f’dan is-sens tohodna lura sa l-1821, fejn fil-Libro d’Esito ta’ l-Arcikonfraternita tas-Sagrament insibu speijez talli jinxteghelu tazzi taz-zejt ma fost l-ohrajn ark trijonfali.

Ma nafux jekk dan l-ark baqghax jigi armat meta sar l-ark trijonfali l-gdid fl-187l. Probabbilment, jekk baqa’ jintrama kien ghal ftit snin biss, minthabba li nsibu li fl-1876 inhadmu l-istatwi ta’ Kristu tal-Hobza u l-appostli sabiex jintramaw f’din it-triq. Dawn l-istatwi inhadmu minn dilettanti tal-festa taht id-direzzjoni ta’ Antonio Catania. Minn dan is-sett ta’ statwi illum baqa biss tnejn, dik ta’ Kristu tal-Hobza u Gakbu l-Kbir li huma mizmuma fil-muzew tal-Parrocca.

tkbira_3.jpg

Barra minn dawn l-istatwi nsibu li kienu jintramaw ukoll sitta w tletin kolonna bi tmien faccati. Fil-jiem tat-festa il-kolonni kienu jizzejjnu bir-rand u l-palm. Nafu wkoll li kienu jintramaw ukoll xi antarjoli ghalkemm ma nafux jekk dawn kienx ikollhom trofej. Dan l-armar kollu zgur li ma setghax joqghod mill-ark il-fuq u ghalhekk l-ark tilef is-sinnifikat tieghu. Sfortunatament, minn dan l-ark illum m’ghad baqa’ xejn.

F’dan il-perjodu saret ukoll l-istatwa ta’ Melkisedek. Skond it-taghrif li ghandna din l-istatwa saret xi ftit snin qabel is-sett ta’ l-appostli. Din kienet tintrama’ fuq pedestall quddiem id-dar tan-Nutar Fancesco Catania (fejn illum hemm l-Ufficcji tal-Kunsill Lokali). Il-hsieb wara l-posizzjoni ta’ l-istatwi fit-triq kien li meta int tkun diehel ghall-festa l-ewwel tiltaqa mal-figura ta’ Melkisedek, ir-Re ta Salem li fit-Testment il-Qadim kien offra il-Hobz u l-Inbid lill-Alla. Wara, fit-triq propja tara tnax il-appostlu bi Kristu fit-tarf tat-triq – xbieha ta’ l-Ahhar Cena, fejn Kristu waqqaf is-Sagrament ta’ l-Ewkaristija propjament l-avveniment li niccelebraw fil-festa ta’ Corpus.

Hdejn l-istatwa ta’ Melkisedek, fil-wesgha ta quddiem il-Kunsill, kienu jintramaw ukoll erbgha antarloli twal (il-fuq minn erbghin pied), erbgha kolonni (il llum tnejn minnhom jintramaw ma l-anglu tal-kolonna fl-istess triq) u kuruna. Kien hemm uzanza li hu u ghaddejj is-sagrament din il-kuruna tinfetah u minha jaqghu ghadd ta’ sunetti. Hu ferm probabbli li l-Ark ta’ Kristu – in-nicca jew arzella li fiha titpogga l-istatwa ta Kristu tal-Hobza fil-jiem tal-festa saret ukoll f’dan il-perjodu. Dan l-aktar minhabba l-arkaturi li jghalquha. Kollox jindika li dawn huma maghmula fl-istess stil tal-luggar, stil li kien popolari f’dak iz-zmien, u ghalhekk mahsuba sabiex ikomplu mieghu.

Il-bidu tas-seklu 20

tkbira_4.jpg

Insibu li fl-1913 sar is-sett t’appostli li ghiadhom jintramaw sal-llum. Dawn saru minn Karmenu Mallia (il-Lhudi) fuq is-sett li hemm fuq il-bejt tal-Bazilka ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dak iz-zmien l-appostli gew jiswew lira l-wiehed filwaqt li Kristu tal-Hobza li sar sentejn wara fl-1915 sewa tlett liri. Fl-1930 insibu li nhadem sett t’armar gdid ghal Triq San Pawl u l-Pjazza tal-Parrocca. Hu probabbli li l-luggar tal-pjazza nqata’ f’dawn is-snin. Dan ifisser ukoll li f’dan il-perjodu bdew jintramaw it-trofejiet fi Triq il-Kbira; minhabba li originarjament it-trofejiet kienu l-kolonni tat-tieni luggar. Kien ukoll f’dan iz-zmien ghalhekk li nhadmu l-armi tat-trofejiet. Minn dawn li kien hemm ghoxrin, saru ghaxra tal-kartapesta, filwaqt li l-ghaxra l-ohra kienu mpittrin. Il-pittura taghhom saret minn Mikiel Azzopardi mir-Rabat. Il-forma ta’ dawn 1-armi ghadha mwahhla sal-llum mal-hajt tal-mahzen ta’ l-Arcikonfraternita tas-Sagrament.

F’dan il-perjodu saru wkoll il-kolonni maghrufin bhala ‘ta l-erbgha kolonni’ li llum jintramaw fi Triq San Pawl. B’hekk insibu li fi Triq il-Kbira issa kienu jintramaw erbgha w ghoxrin arblu bit-trofej, sitta u tletin kolonna ta’ tmien faccati, tnax il-kolonna t’erbgha kolonni, erbgha kolonni fil-bidu tat-triq, it-trijonf, erbatax il-pedestall u l-istatwi ta’ Kristu tal-Hobza, l-Appostli u Melkisedek. B’kollox kien hemm il-fuq minn disghin oggett – ammont impressjonanti.

F’dan il-perjodu l-armar fiz-zewg festi taghna kien ikun differenti. Ghal missirijietna il-festa ta’ Corpus Domini, fi zmien fejn il-parti religjuza tal-festi kienet ferm aktar meqjusa mill-llum, kienet tinghata mportanza aktar mill-festa ta’ San Pawl. Dan is-sentiment insibuh rifless anke fl-armar estern. Ghall-festa ta’ San Pawl l-armar fit-triq kien jitnehha kollu u kienu jintramaw il-kuruni ta’ Triq il-Vitorja. Din is-sitwazzjoni bdiet tinbidel radikalment wara l-gwerra, fejn generazzjoni differenti, b’attitudnijiet differenti lejn il-festi, bdiet tahdem sabiex tkabbar dejjem aktar il-festi ta’ San Pawl

Wara l-gwerra

tkbira_6.jpg

L-ewwel xoghol li sar wara l-gwerra kien fuq iz-zukklaturi tal-kolonni. Inhasset il-htiega li l-kolonni ikunu twal u mhux qosra kif kienet l-uzanza qabel. Ghalhekk sar xoghol sabiex isiru zukklaturi godda itwal minn ta’ qabel. Il-kolonni ta’ tmien faccati ma’ baqghux jintramaw izjed, u minflokom bdew jintramaw tnax il-kolonna li ghadhom jintramaw sal-llum, u tnax il-kolonna tax-xwiek (hi llum jintramaw fi Triq il-Kullegg). F’nofs it-triq, fil-kantuniera ma Triq ir-Repubblika, partikolarment ghall-festa ta’
San Pawl, kien jintrama palk zghir, fejn il-banda kienet tistenna l-processjoni ta’ San Pawl.

Ta min jinnota li f’dan iz-zmien certa xoghol t’armar kien sir minn ‘tal-gurnata’. Dawn kienu jkunu haddiema li kienu jitqabbdu jarmaw bi hlas. Dawn kienu jarmaw l-aktar armar tqil, fosthom il-pedestalli u l-appostli, l-ark ta’ Kristu u anke l-ark trijonfali. Ix-xoghol l-iehor bhal nghidu ahna il-kolonni, t-trofejiet u d-drapp kien isir minn grupp ta’ dilettanti fosthom Zaren Farrugia u Ganni Cachia.

Lejn l-ahhar tas-snin sittin naqsu wkoll it-tnax il-kolonna t’erbgha kolonni, it-trijonf, kif ukoll l-istatwi u l-pedestalli ta’ l-appostli u Kristu tal-Hobza. Dan it-tibdil sar minhabba li f’dan il-perjodu kienet tkabbret il-pjazza tal-parrocca u ghalhekk kienet saret taqliba shiha fl-armar. Sabiex il-kolonni jkunu mqassma sew kienu regghu bdew jintuzaw erbgha kolonni ta’ tmien faccati fl-ahhar parti tat-triq. Meta bdiet tikber il-problema tat-traffiku kien imiss li jitnehhew l-istatwa ta’ Melkisedek u l-armar tal-wesgha ta’ fejn illum hemm il-Kunsill Lokali wkoll.

L-armar illum

tkbira_7.jpg

Xi snin wara l-armar rega nbidel. Insibu li issa bdew jintramaw erbgha statwi, dawk ta’ San Piju X, il-Beata Giuliana, P. Johannes Soreth u San Tumas D’Aquinas. Kien hemm ukoll sittax il-kolonna, erbgha minnhom ta’ tmien faccati, tmintax il-arblu, u tnax il-trofew. Barra minn dawn bdiet tintrama wkoll pilanda kbira fil-wesgha ta’ quddiem il-Kunsill Lokali, it-trofew ta’ l-anglu tal-kolonna, b’zewg pilandri mieghu fit-tarf tat-triq ma Triq San Pawl, u trofew kbir hdejn Triq Guzmana Navarra. Ta’ min jinnota li orignarjament il-pilandra u l-anglu kienu saru ghal Triq il-Konti Ruggieru filwaqt li t-Trofew kien l-ewwel wiehed minn sett mahsub ghall-pjazza li pero qatt ma sar.

L-istawi, bara dik ta’ San Piju X ma kienux jintramaw f’din it-triq. L-istatwa ta’ San Tumas d’Aquinas kienet tintrama fil-pjazza flok San Mattew, dik ta’ S. Johanees Soreth fejn il-bieb taz-zuntier u l-Beata Giuliana hdejn il-pjancier ta’ Triq San Pawl. Ta’ min isemmi li din l-ahhar statwa hi l-unika wahda li baqghet tintrama sal-llum mis-sett ta’ statwi originali li kienu nhadmu taht Antonio Catania fl-1876. L-istatwa ta’ San Piju X hi xoghol l-istatwarju ghawdxi Wistin Camilleri u thallset minn Katald Cachia (Ta’ Radoss). L-istatwa ta’ San Tumas d’Aquinas hi xoghol ta Karmenu Mallia u hi ta’ l-istess
perjodu ta’ l-appostli (circa 1920). Filwaqt li l-istatwa ta’ S. Johannes Soreth inhadmet il-Hamrun u giet migbura minn Ninu Farrugia (in-Nitfa).

tkbira_8.jpg

Ovvjament l-armar trid tiehu hsiebu, aktar u aktar meta jkollok armar li jkollu certa zmien. Insibu li fis-snin 60 ir-restawr ta’ l-armar kien f’idejn is-Sur Charles Eastwood, mghejjun minn diversi dilettanti tal-festi. F’dawn l-ahhar snin l-armar rega gie rrestawrat. Fl-1987 sar restawr tal-kolonni u l-gastri, fl-1990 miss lit-trofejiet u l-armi, fl-1994 it-Trofew il-Kbir u l-pilandra l-kbira u sena wara l-pedestalli, l-istatwi u l-ewwel erbgha kolonni. Huwa xieraq li hawnhekk wiehed jirringrazzja lill-voluntiera kollha li matul is-sena jiltaqghu fil-mahzen tal-festa u jiehdu hsieb jirrangaw l-armar taghna – li wara kollox juri x-xoghol li sar minn missirijietna f’perjodu li jizboq il-mitt sena.

L-armar tad-drapp

Ghalkemm minn dak li ghedna jidher li fir-Rabat kien hawn tradizzjoni kbira t’armar ta l-injam, l-istess sitwazzjoni ma kienetx riflessa fl-armar tad-drapp. Il-pavaljuni w il-bandalori kienu jkunu semplici. Insibu li qabel is-snin sittin fi Triq il-Kbira kienu jitwahhlu strixxi ddekorati b’disinn stil ta’ kanizzata, u mbaghad ma dawn l-istrixxi kien jigi mdendel id-drapp. Fl-1960, ghall-okkazjoni tac-Centinarju Pawlini kienu saru sett ta disa’ pavaljuni godda bil-pittura. Il-pittura kienet tar-Rabti Karmenu Azzopardi (tal-posta). Fl-1969 is-Sur Charles Eastwood haseb biex jaghmel sett pavaljuni godda b’emblemi pawlini. Dawn baqghu jintramaw sa l-1983 meta saru s-sett pavaljuni li jintramaw illum fuq disinn tas-sur Laurence Bugeja. Fl’istess sena kienu wkoll inxtraw sett antarjoli godda ghat-triq. Ovvjament, mal-pavaljuni jintramaw ukoll il-bandalori, fejn inisbu li s-sur C. Eastwood kien gabar sett ta’ sittax il-bandalora kollha b’emblemi differenti, sabiex jiehdu post sett aktar semplici li kien hemm qabel. Dawn baqghu jintramaw sa l-1990 meta fuq inizjattiva tas-sur Pawlu Azzopardi (is-Sagristan) saru s-sett ta’ bandalori li jintramaw illum. Erbgha snin wara gew mibdula wkoll il-bnadar ta’ ma l-armi tat-trofejiet filwaqt li fl-1995 saru sett pavaljuni godda ghall parti inizjali tat-triq (taht il-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani).

L-armar tad-dawl

tkbira_9.jpg

Insibu li sa minn wara l-1920 Triq il-Kbira kienet tintrama bid-dawl elettriku. Ftit li xejn ghandna nformazzjoni x’kien isir rigward dawl fit-toroq qabel din id-data ghajr li kienu jintramaw xi pilandri zghar bit-tazzi taz-zejt, probabbilment fuq il-pilastri tal-luggar. Wara l-gwerra mbaghad meta l-armar tad-dawl ghadda taht id-dilettanti rabtin taht id-direzzjoni ta’ Wigi Bugeja insibu li ftit ftit l-armar tad-dawl beda jizdied. Saru xi pilandri ghal fuq il-kolonni ta’ ma’ l-ark ta’ Kristu, kif ukoll zewg pilandri ghat-tarf l-iehor tat-triq. F’dan iz-zmien saru wkoll linef tal-metall ghal ma l-ark ta Kristu minhabba li l-linef tal-kristall li kienu jintramaw qabel kienu bdew jintuzaw fil-parrocca. Zieda sinnifikanti ohra saret fl-1980 meta gew introdotti r-rifletturi.

Dan it-taghrif kollu fuq l-armar jurina l-impenn shih li missirjietna kellhom sabiex ikabbru l-festi principali tal-parrocca taghna. Hu frott ta dan l-impenn u mhabba lejn il-festi li llum ghandna dik il-varjeta t’armar li ssebbah it-toroq tar-Rabat. Hekk rajna kif zviluppa l-armar fi triq li minhabba l-posizzjoni taghha, li twassal mid-dahla tar-Rabat dritt ghall-parrocca, bilfors ikollha sehem importanti f’kull attivita li tinzamm fir-Rabat. Ghalhekk naraw kif tul is-snin missirijietna dejjem ippruvaw itejjbu l-armar ta’ din it-triq, kif ghamlu wkoll f’toroq ohra ta’ madwar il-parrocca. J’Alla dan l-impenn jibqa’ rifless tul is-snin, halli l-wirt li hallewlna ta’ qabilna, jibqa jzejjen it-toroq taghna fil-granet li l-poplu Rabti tant ihobb – dawk tal-festi ta’ Corpus Domini u l-martirju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Aktar Dettalji:
Manuel Sapiano – L-Armar tal-Festa fi Triq il-Kbira (Il-Festi Taghna 1999)

Top↑