L-armar ta’ Triq il-Vittorjja

L-armar l-antik

vic_6.jpg

Fil-bidu tat-triq kien ikun hemm tlett arkati tal-hadid, b’dik tan-nofs tkun xi ftit akbar mill-ohrajn. Dawn l-arkati kienu jserrhu fuq erbgha pilastri; u f’nofshom kien ikun hemm imdendlin tlett linef tal-kristall – li llum jinsabu fl-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Knisja Parrokkjali taghna. Iz-zewg linef tat-tarf kienu xi ftit izghar minn dik tan-nofs. L-arkaturi kienu jizzejnu b’gwarnici tal-injam, ornate ta’ zbul u dwieli u kienu jinxteghlu bit-tazzi taz-zejt. Taht kull arkata kien jiddendel pavaljun. Fuq l-arkata principali kienet tintrama wkoll raggiera kbira. Il-pilastri kellhom ukoll mensoli f’nofshom li fuqhom kienu jitpoggew angli zghar. Tnejn minn dawn l-angli llum qed jintramaw man-nicca tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq il-Kbira. Fil-kantunieri li jaghtu ghal Triq San Pawl kienu, kif ghadhom sal-llum jintramaw zewg angli jzommu brazz f’idejhom.

Dawn iz-zewg angli flimkien m’armar iehor fit-triq kienu jinxteghlu bl’acitilena. F’kantina ta’ wahda mid-djar ta’ Triq il-Vittorja (ta’ certu Lucens) kien jinzamm cilindru tal-acitilena. Minn hemm il-gass kien jghaddi minn kanen tal-hadid imqeghdin permanentament fil-hajt u jasal sal-lampi. Fuq wara ta’ dawn l-angli wiehed ghadu jista’ sal-llum jara kanna li kienet tghaqqad l-anglu mal-kanna tal-acitilena.

vic_5.jpg

Fil-kumplament tat-triq kienu jintramaw hames arkati tal-hadid ohra. Kull wahda minn dawn kienet iserrah fuq zewg pilastri. Ma kull pilastru kien hemm mensola li fuqha kien jintrama anglu, li kien qed izomm f’idejh xi simbolu tal-Ewkaristija. Tnejn minn dawn il-pilastri llum qed jintramaw ma l-arkatura l-kbira ta’ Triq il-Kulleg filwaqt li l-angli huma mqassma mat-trofew ta’ l-anglu tal-kolonna u mal-arkata msemmija. Dawn l-arkati kienu wkoll jizzejnu bi gwarnic tal-injam, ornat, pavaljun u raggiera. Din ir-raggiera kienet tehel ma salib tal-hadid, f’nofs l-arkata. F’nofs kull arkata kien jitwahhal, fuq il-gwarnic, puttin; u zewg angli ohra kienu jitpoggew bilqeghda fuq kull naha tar-raggiera. Bejn kull arkata kien jintrama trofew fuq kull naha tat-triq. Dan kien jikkonsisti f’nofs kolonna li tehel mal-hajt; arma fuqha, u li maghha kienu jitpoggew erba’ bnadar; u bandalora fuq nett. Bejn kull trofew u arkata kienu jintramaw ukoll sett bnadar imwahhla mal-hajt; u fuq dawn il-bnadar kien ikun hemm ruzun jixghel bit-tazzi taz-zejt. Sabiex it-triq tissebbah aktar, kienu jintramaw ukoll erbgha kuruni bejn l-arkati. Dawn kienu jiddendlu m’ghola l-ahhar bejt u minnhom kienu jinzlu erbgha pendenti ghal kull kantuniera tal-pilastri ta’ tal-arkati.

It-tazzi taz-Zejt

vic_4.jpg

Billi fi-antik id-dawl tal-elettriku kien ghadu limitat fl-uzu tieghu, it-toroq fi zmien il-festi kienu jiddawwlu permezz tal-acitilena u t-tazzi taz-zejt. Dawn ta’ l-ahhar kienu jikkonsistu f’tazzi kkuluriti biz-zejt jaqbad permezz ta’ ftila fuq cumblar go fihom. Ghalkemm zgur li kien fihom bicca xoghol gmiela sabiex jinxteghlu, zgur li kellhom valur ornamentali kbir. Tant hu hekk li nsibu li anke wara l-introduzzjoni ta’ l-elettriku, dawn kienu baqghu jintramaw. Ghal Triq il-Vittorja dawn kienu jinkrew minghand kuntrattur minn Haz-Zebbug; li kien jiehu hsieb jixghelhom ukoll. Dawn izda kienu baqghu jinxtelghu biss ghal lejliet u nhar il-festa ta Corpus.

L-ahhar darba li dawn intramaw kien ghalhekk fil-festa ta’ l-1935; l-ahhar sena li din it-triq intramat qabel il-gwerra.

L-ark trijonfali

L-armar tat-triq kien jaghlaq fuq wara b’ark trijonfali. Dan l-ark kellu faccata wahda biss, thares lejn Triq San Pawl. Il-pilastri tieghu kienu jehlu mal-hajt bl-istaneg. Fuq il-pilastri kienet tintrama arkata li kienet maqsuma fi tlett bicciet. Iz-zewg partijiet tat-truf kienu jitwahhlu mal-hajt, filwaqt li l-bicca tan-nofs kienet izzomm fuq iz-zewg bicciet l-ohra. Fuq l-arkata kienu jitwahhlu tlett triangoli, tnejn fit-truf bi fleur-de-lys fuqhom u l-iehor, li kien ikun xi ftit akbar, kien jehel fin-nofs b’raggiera kbira fuqu. Din ir-raggiera kienet tinzamm f’postha permezz ta’ ventijiet u staneg.

vic_3.jpg

Meta bdew dehlin sewwa l-karozzi, inqalet il-iproblema li dawn ma kienux ikunu jistghu jghaddu minn taht l-ark; li kien diga dejjaq ghall-karettuni. Dan ghalhekk kellhom isirulu xi alterazzjonijiet: tnehhew il-pilastri u minflokhom bdew jintramaw zewg mensoli mal-hajt ezatt taht l-arkatura. Pero, ma tantx ghadda zmien li dak li kien fadal mill-ark ma baqax jintrama, kemm minhabba l-problema taz-zieda fit-traffiku, kif ukoll minhabba xi ncidenti li nqalghu waqt li dan kien qed jintrama bil-mod perikoluz tas-soltu.

Tibdil fl-armar fis-snin ta’ qabel il-gwerra

Ghalkemm illum zgur li niskantaw kif dan l-armar kollu kien jitpogga fi triq wahda; missirijietna ma kienux kuntenti; u kull tant zmien kienu jaraw kif se jbiddlu jew izidu xi armar sabiex ikunu jistghu igibu t-triq taghhom dejjem aktar sabiha. Zgur li din kienet ir-raguni l-ghaliex l-armar tal-bidu ta’ Triq il-Vittorja inbidel xejn anqas minn erbgha darbiet.

vic_1.jpg

Minflok it-tlett arkati beda jigi armat l-hekk imsejjah “ark tal-angli” jew l-“ark ta’ firxun”. Dan bazikament kien jikkonsisti f’zewg pedestalli, zewg angli, ornat u raggiera. Dawn l-angli kellhom idejhom hierga ghal nofs it-triq fejn kienu jzommu bazi li fuqha kienet iserrah raggiera kbira. Il-pedestalli tal-angli ghadhom jintuzaw sal-llum, fejn qed jigu armati fil-pjazza tal-parrocca taht l-istatwi ta’ l-appostli San Pietru u San Gwann. Fit-truf ta’ dawn il-pedestalli kienu jintramaw erbgha brazzi li kienu jinxteghlu bit-tazzi taz-zejt. Il-bazi tar-raggiera ghada wkoll tintrama sal-llum fis-sepulkru li jintrama nhar Hamis ix-Xirka fl-oratorju tal-parrocca. Ta’ min isemmi wkoll li l-armar l-antik kien beda jintrama fuq San Katald. Meta beda jsir aktar popolari d-dawl elettriku, dan l-ark tnehha u minfloku beda jigi armat disinn bil-festuni u bil-liedna. Sfortunatament l-angli kienu gew mahruqa ftit wara dan it-tibdil.

L-ahhar tibdil wassal ghall-armar li ghadu jintrama hemmhekk sal-lum. Intuzaw tnejn mill-pilastri originali tat-tlett arkati (ezattament iz-zewg pilastri tan-nofs) u fuqhom bdiet titpogga arkatura kbira tal-hadid. Din kienet tigi mzejna bi gwarnic tal-injam, festun, ornat, pavaljun u fuq nett ir-raggiera l-kbira ta’ l-ark tal-angli.

Wara l-Gwerra

vic_2.jpg

L-ewwel darba li t-triq regghet intramat wara l-gwerra kien fis-sena 1951. F’din is-sena, minhabba l-fatt li kien ipprojbit li jsir armar mal-art, intuzaw biss il-kuruni u l-bandieri ta’ mal-hajt. Fis-snin ta’ wara regghet bdiet tintrama bl-armar kollu taghha. Madwar erbghin sena ilu, fuq talba tal-Arc. tas-Ssmu Sagrament il-linef tal-kristall gew moghtija lill-knisja parrokkjali sabiex jintramaw fl-oratorju; filwaqt li minflokhom saru sett linef godda bi fjuri u weraq tal-hadid.

Fl-1963 l-armar ta’ Triq il-Vittorja nbidel u zzanznu l-istrixxi u l-pavaljuni bil-pendenti bhal ma jintramaw illum. Dan l-armar hu maghmul minn hames strixxi tal-injam li jitwahhlu minn naha tat-triq ghall-ohra. Fin-nofs ta’ kull strixxa jitwahhal puttin; u fuqu titpogga raggiera b’simbolu tal-ewkaristija. Originarjament fuq kull naha tar-raggiera kienu jitqeghdu zewg angli, dawk li qabel kienu jitpoggew fuq l-arkaturi, izda sfortunatament minn dawn illum baqa biss tlieta minhabba li kienu nhallu bix-xita. It-triq tiddawwal b’festun li ghaddej mal-istrixxi u bil-linef tal-hadid, li jiddendlu ma nofs kull strixxa. Taht dawn jitwahhal pavaljun b’erbgha pendenti li jinfethu u jintrabtu mal-hajt.

Aktar dettalji:
Manuel Sapiano – L-Armar ta’ Triq il-Vittorja (Il-Festi Taghna 1995)

Top↑