L-armar tad-Dawl

L-armar tad-dawl mid-dilettanti Rabtin Pawlini

L-armar tad-dawl dejjem kellu parti mportanti fil-festi Maltin. Insibu li fl-antik it-toroq kienu jiddawlu bit-tazzi taz-zejt u bl-acitilena. Dawn iz-zewg sistemi kellhom il-problemi taghhom; l-aktar minhabba l-perikli ta’ hruq kif ukoll il-hela ta’ hin sabiex kull lampa tinxteghel wahda wahda. Ghalhekk ma nohduhiex bi kbira li meta s-sistema ta’ l-elettriku bdiet tiddahhal fil-gzejjer Maltin; din bdiet tigi uzata wkoll sabiex iddawwal it-toroq fil-festi taghna. Fir-Rabat insibu li beda jintrama ghall-ewwel darba d-dawl fil-festi parrokkjali fis-snin 20; ghalkemm it-tazzi taz-zejt baqghu jintuzaw fi Triq il-Vittorja u f’armar iehor bhall-Ark ta’ Kristu sa ftit qabel il-gwerra.

Insibu li qabel il-gwerra ghall-festi ta’ Corpus Domini u San Pawl kien jarma certu kuntrattur Filletti, mill-Belt. L-armar kien jikkonsisti bazikament fit-toroq ta’ madwar il-Parrocca u l-faccata tal-Knisja.

Jibda l-armar tad-dawl mid-dilettanti Pawlini

dawl_1.jpg

Fl-ewwel festa kbira ta’ wara l-gwerra, propju fl-l947, kien se jigi mqabbad l-istess kuntrattur; izda dan minhabba li ma kellux haddiema; sellef il-materjal lill-prokuraturi tal-festi u talabhom biex isibu huma lil min jarmalhom. Ghal dan ix-xoghol, inkoraggiti minn Dun Guzepp Fabbre – prokuratur ta’ l-Arcikonfraternita tas-S.Sagrament indahlu Wigi u ibnu Johnny Bugeja, Ganni Saliba, Felic Bugeja u Salvu Demanuele. Maghhom malajr inghaqdu shabhom tal-gaj ta’ Triq il-Vittorja – hut Johnny, Robbie u Eddie Bugeja, Pawlu Pace, Pawlu Micallef, Zaren Farrugia, Guzi Scerri, Nestu Baldacchino u ohrajn. L-ewwel applikazzjoni ghad-dawl ghalhekk saret fuq is-Sur Wigi Bugeja, li kien jahdem fl-istallazzjoni ta’ l-elettriku. Zgur li ghall-bidu x-xoghol kien difficli; izda jidher li marru tajjeb; ghax insibu li wara l-festa il-prokuraturi xtraw madwar 1000 holder, 600 lampa u ghadd ta’ slielem minghand certa kuntrattur Fenech li kien spicca mix-xoghol. Ghalhekk is-sena ta’ wara, 1948, dawn id-dilettanti kellhom is-sodisfazzjon li kienu qed jarmaw ghall-festa bl-armar taghhom stess. Minhabba li l-armar mixtri ma kienx bizejjed ghat-toroq li kienu jintramaw; dik is-sena kellu jinkera xi armar. Zgur li fis-snin ta’ wara, dawn id-dilettanti hadu hsieb jahdmu festuni u jixtru aktar lampi; minhabba li nsibu li waqt li l-armar tad-dawl fil-festi taghna kompla dejjem jizdied; wara ftit snin ma baqax jinkera aktar armar.

Zgur li f’dawk iz-zminijiet; id-diffikultajiet ma naqsux. Fl-ewwel snin wara l-gwerra; insibu li l-awtoritajiet mhux dejjem laqghu l-ammont kollu tad-domanda ghall-provizjon ta’ l-elettriku. Ghalhekk kien ikollu jinkera generatur sabiex ikopri d-differenza. Dan il-generatur kien jitqieghed jew fi Triq Sant’ Antnin jew inkella fuq il-bankina quddiem l-iskola primarja fi Triq il-Kullegg. L-ispiza ghal dan il-generatur kienet tkun ta Lm10 kuljum u kien jinkera mill-Imgarr.

Armar fit-Toroq

dawl_2.jpg

L-armar f’dawk l-ewwel zminijet kien jikkonsisti fil-faccata tal-knisja u parti mill-koppla, l-ark trijonfali, il-pjazza u bicca minn Triq San Pawl, Triq il-Vittorja, Triq il-Kbira, Triq San Frangisk,Triq Cosmana Navarra,Triq il-Konti Ruggieru, Triq Sant’Anton u Triq il-Kullegg. Bil-mod il-mod bdew jizdiedu diversi toroq u postijiet ohra madwar il-parrocca. Insibu li fl-ahhar tas-snin 50 zdiedu Triq San Publiju, fis-snin 60 il-Pjazza ta’ San Katald, Triq ir-Repubblika u Triq l-Isptar, filwaqt li fis-snin 80 zdiedu t-Toroq Santa Rita, il-kumplament ta Triq San Pawl, Triq San Guzepp, Triq Santa Marija, u Triq Santu Wistin. Zieda ohra mportanti li saret fis-snin 80 kienu ghadd ta’ rifletturi fi Triq il-Kbira u l-Pjazza tal-Parrocca. Dawn iz-ziediet kienu wkoll possibbli wara li fl-1958 giet introdotta hawn ir-Rabat sistema aktar moderna ta’ distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Illum fil-festi taghna jintramaw madwar 5000 lampa; filwaqt li l-kurrent fuq kull wiehed mit-tlett phases ilahhaq 170A. Is-sistema qeghda wkoll maqsuma f’erbgha frieghi; bil-main switches ikunu fi Triq il-Kbira, fi Triq San Pawl, fil-Pjazza tal-Parrocca u fi Triq il-Kullegg.

Tizdied id-dekorazzjoni fit-toroq

Sabiex ikomplu jsebbhu u jdawwlu aktar it-toroq taghna fil-jiem tal-festi; dawn id-dilettanti hasbu sabiex jahdmu numru ta’ pilandri ghal diversi toroq li jkunu jistghu jintramaw fuq il-kolonni; bhal ma kien isir fl-antik bit-tazzi taz-zejt. Insibu li fis-snin ta’ wara l-gwerra inhadmu total ta’ disgha u tletin pilandra; li kellhom jizdiedu mas-sittax il-pilandra, fosthom iz-zewg pilandri l-kbar, ta’ l-armar li kien sar fin-1933 u li llum jintrama fil-pjazza. Sittax minn dawn il-pilandri l-godda bdew jintramaw fi Triq il-Konti Ruggieru, ghaxra ohra fi Triq il-Kullegg, tnejn f’kull tarf ta’ Triq il-Kbira, sebgha fi pjazza San Katald, u tnejn biswit l-istatwa ta’ San Pawl fuq iz-Zuntier. Barra minn hekk kienu tlestew ukoll seba’ linef; hamsa ghal-triq il-Vitorja u tnejn ghal ma l-ark ta’ Kristu.

Il-Koppla u l-Faccata tal-Kolleggjata

dawl_3.jpg

Il-koppla u l-faccata tal-knisja huma l-aktar zewg bicciet ta’ xoghol iebsa li jsibu quddiehom dawk li jarmaw id-dawl. Ta’ min isemmi li fil-koppla jintramaw mal-1200 lampa filwaqt li ghall-faccata jintuzaw ma l-1000 lampa ohra. Ghall-bidu kienu jintramaw biss il-lanterna bl-isfera fuq nett u l-gwarnicun tal-koppla. Wara zdiedu t-twieqi, l-flieli, l-istrixxi mal-pilastri u fl-ahhar il-pavaljun (festun imdendel tul il-gwarnicun tal-koppla). L-istess nistghu nghidu ghall-faccata. Ta’ min isemmi li fl-antik il-faccata kienet tintrama b’mod differenti fiz-zewg festi taghna. Fil-festa ta’ Corpus Domini; kien ikun hemm anqas dawl; minhabba li kienu jintramaw l-iskrizzjonijiet fuq il-bibien. Barra minn hekk il-kliem ta’ fuq il-bibien; kien ikun ‘VOBIS MEIPSUM TRADO’ filwaqt li ghal San Pawl kien ikun, bhall-llum ‘MAGNUS SANCTVS PAVLVS’. Barra minn hekk ta’ min issemmi li mal-faccata kienu wkoll jintramaw sitt linef tal-hgieg ikkulurit (ta’ Venezja) li llum jinsabu fl-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Kolleggjata. Tibdil sinnifikattiv fl-armar tal-faccata sar meta il-Knisja Parrokkjali saret Kolleggjata minhabba li fis-snin ta’ wara bdew jintramaw ukoll il-Koppletta u l-Kampnar tal-Knisja tal-Kullegg. Fis-snin 70 mbaghad sar wiring permanenti fuq partijiet tal-faccata tal-Knisja. Dan ix-xoghol li kien jinvolvi burdura madwar il-muzajk, il-frontispizju u l-kapitelli tal-pilastri ta’ fuq, sar l-aktar minhabba li dawn kienu l-aktar partijiet perikoluzi waqt l-armar. Barra minn hekk il-Knisja Parrokkjali setghet ukoll tinxteghel f’okkazjonijiet specjali ohra matul is-sena. L-ahhar zidiet li saru fl-armar tal-faccata kienu jinkludu l-ornat ta’ fuq il-bieb principali tal-Kolleggjata kif ukoll festun tul il-bejt kollu taghha.

Illum

dawl_4.jpg

F’dawn l-ahhar snin qed isiru sforzi sabiex is-sistema tad-dawl tigi modernizzata w konformi mar-regolamenti l-godda ta’ l-Enemalta. Ghalhekk qed isir xoghol, taht id-direzzjoni tas-Sur John Bugeja, li hu reponsabbli mill-licenzja, ta’ manutenzjoni generali fuq is-sistema. Ta min isemmi li bhala parti minn dan il-progett, inxtraw kaxxi w main switches godda.

Fl-armar tad-dawl, illum ghadna ngawdu mill-isforzi li ghamlu missirijietna. F’dawk iz-zminijiet konna wahda mill-ewwel festi f’Malta fejn l-armar tad-dawi kien isir kollu mid-dilettanti. Barra minn hekk, tul dawn is-snin, giet zviluppataw sistema ta’ armar bid-dawl mal-faccata tal-knisja u l-koppla li hi wahda mill-isbah f’Malta.

Aktar dettalji:
Manuel Sapiano – 50 sena t’armar tad-dawl mid-dilettanti Rabtin Pawlini (Il-Festi Taghna 1997)

Comments are closed.