Ghajn ta’ San Bastjan – Ajkla Stilla

Ta’ l-Ajkla w ta’ l-Istilla

Iz-zijiet, hut ommi, kollha jzommu mal-banda li ddoqq fil-festi ta’ San Pawl u ta’ Corpus, u li ghandha l-bandiera bil-kaxxi homor u bojod. Jghidulha ta’ l-Ajkla. Missieri ma jitkellimx fuq baned. Ommi qaltli dak mhux tal-partit taghna. Dak ‘Bagier’ izomm mal-banda t’isfel, tal-bandiera l-kahla ta’ San Guzepp, li jghidulhom ta’ l-Istilla.

ghsb_2.jpg

It-tfal ta’ hdejn San Bastjan kollha ma ta’ l-Ajkla, u jien bhalhom. Imma l-iskola hemm hafna li jzommu ma ta’ l-Istilla. Shabi ta’ l-Ajkla qaluli li l-vara ta’ San Pawl m’hawnx isbah minnha mkien, u li San Guzepp wiccu ikrah. U li l-bandisti taghha wkoll sbieh u jafu jdoqqu tajjeb waqt li dawk ta’ l-istilla koroh u flok idoqqu jhawwdu.

Nhar l-istrina gew idoqqu wara l-bibien. Il-bandisti bdew joqghodu kaghka wara bieb, idoqqu wahda qasira, u meta jispiccaw, il-mara ta’ dik id-dar tbexxaq il-bieb u ttihom xelin jew sixpenz. Dak li jiehdu jsellem b’subghu mal-pizz tal-beritta.

Meta wahda mill-baned waslet hdejn San Bastjan l-ohra kienet kantuniera biss ‘il-boghod. Dawn ta’ wara biebna wicchomikrah, l-izjed dak ix-xih imkemmex tat-trumbun. U donnhom ma jdoqqux sabih. L-ohrajn wicchom ahmar u dahkani, u jdoqqu sabih. Meta spiccaw bdejt incapcilhom. Gie jigri Felic u sikkitni:

“Dawk ta’ l-istilla, dimunju!”
Ta l-Istilla !
Kos ma tantx huma sbieh…….

Top↑