Ghajn ta’ San Bastjan – Irxoxt

L-Irxoxt

Jien u sejjer lejn id-dar nisma’ l-katuba gejja u nilmah corma tfal jaqbzu hdejn l-ghajn ta’ San Bastjan. Hallejt l-ilma mbierek fil-kcina u hrigt nigri maghhom. Fin-nofs kienu jiddu l-qargha lixxa u l-wicc ta’ qamar ahamar nar ta’ Malata tal-katuba, u hdejh Marcell idoqq il-flawt b‘kemm kellu sahha. U ahna, mad-daqq armajna nghajtu:

‘Tirli tam – tirli tiera.
Kristu rxoxta bil-bandiera.’

jew

‘Kemm hu abjad u sabih.
Ghax ta’ l-Ajkla ferhu bih;
Kemm hu abjad u sabih,
Ta’ l-istilla waqghu bih.’

Bqajna sejrin wara l-katuba sas-Saqqajja, imma fis-Saqqajja l-pulizija li kien miexi maghna wissiena biex ma nsemmux ajkli w stillel.

Comments are closed.