Ghajn ta’ San Bastjan – Bandist

Bandist!

ghsb_4.jpg

Tawni l-uniformi, tad-drill abjad; bil-buttuni bocci tal-fidda bid-disinn ta’ elmu. Fuq spalleja nilbes lazz abjad u ahmar irqiq. Mhux spalletti bhal tal-kbar, u flok beritta bic-cangaturi homor u bojod tawni ravjula.

Iz-zija libbsithieli, u ta’ hajjata prima li hi, messitli pont hawn u daqqa hemm, u gibithieli pinna. Riditni niehu ritratt biha, xtratli zarbun abjad, u morna l-Hamrun ghand Cassar, jien bit-tanbur f’idi, u z-zija bl-ghonnella ta’ nhar ta’ Hadd u bl-uniformi mistura f’maktur ikkulurit.

Biddilt f’kamra zghira, u qghadt wieqaf qisni suldat quddiem il-makna tar-ritratti, b’Cassar qsajjar bil-qargha bajda, jilghab noli taht bicca sewda.

“Hares l’hawn … gholli rasek… hekk….. dawwar wiccek lejn il-lemin…. le, mhux daqshekk…. hekk ticcaqlaqx’.

It-tanbur imdendel m’ghonqi b’cinga wiesgha u l-bakketti bil-ponot jistriehu wahda fuq l-ohra. Lest!

Top↑