EPIFANIO AGIUS (1869 – 1878)

 

agiuse.jpg
Epifanio Agius twieled ir-Rabat minn Alessandro u Marija nee Bugeja ghal habta tas-sena 1820. Dwar hajtu flit li xejn nafu izda l-arti muzikali x’aktarx li wirita minghand missieru Alessandru hi nsibuh hi kien muzicist tajjeb, tant li bejn Frar 1818 u Ottubru 1822 kien idoqq il-vjolincell gewwa l-Katidral ta’ l-Imdina.

Fis-17 ta’ Jannar 1843 huwa zzewweg lil Anna Spiteri mir-Rabat ukoll fil-Knisja Proto-Parrokkjali ta’ San Pawl. Huma kellhom zewt ‘itfal, Antonio li aktar tard insibuh Surmast tal-Banda Konti Ruggieru u Alessandro hi kien Surmast tal-Baned San Fihep ta’ Haz-Zebbug u San Guzepp tal-Hamrun.

L-ewweh darba li niltaqghu ma Epifanio Agius bhala muzicist huwa fl-1869 meta sbatax-il bandist kollha Rabtin Pawlini ghamlu kuntratt ghand in-Nutar Guzeppi Marija Buhagiar biex jifthu skola tal-muzika. Huma ntrabtu hi jkomphu jitghallmu l-muzika taht idejn Epifanjo u hu wieghed li se jkompli jharrighom kif jixraq.

Din l-ghaqda malajr bdiet taghti l-frott u l-banda bdiet tesegwixxi l-ewwel programmi taghha kemm fir-Rabat kif ukoll f’irhlula ohra qrib. Huwa dam Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru sal-1878.

Fis-snin sebghin tas-seklu dsatax naraw lil Epifanio jdoqq it-trumbun fil-Parrocca ta’ San Pawl f’okkazjonijiet diversi bhal fil-festi ta’ Corpus Domini.

Is-Surmast Epifanio Agius kiteb ukoll xi bicciet tal-muzika bhal polka mazurka ‘La Campagnola’ hi ndaqqet fl-ewwel programmi li esegwiet il-Banda Konti Ruggieru. Ta min jinnota li l-istrumentazzjoni muzikali ta’ din il-polka ghada mizmuma fl-Arkivji tas-Socjeta’ San Pawl.

Fl-1881 nsibu lis-surmast Epifanio Agius Surmast Direttur tal-Banda L’Isle Adam.

Top↑