FRANGISKU XUEREB (1878-1902)

FRANGISKU XUEREB (1878-1902)

xuereb.jpg

Frangisku Xuereb twieled ir-Rabat minn Guzeppi u Ursola nee Dimech fis-sena 1853. Il-familja Xuereb kienet midhla sewwa tal-Proto-Parrocca ta’ San Pawl u l-Arcikonfraternita tas-Ssmu. Sagrament, tant li huh, il-Kanoniku Kollegjali Pietru Pawl Xuereb kien Prokuratur ta’ l-imsemmija Arcikonfraternita bejn l-1870-1872 u l-1876-1878.

Frangisku beda jitghallem il-muzika taht is-Surmast Epifanio Agius u ta sittax-il sena nsibuh wkoll bhala bandist u wiehed mill-Fundaturi tal-Banda Konti Ruggieru. Ix-xoghol proprju tieghu kien bhala bajjad.

Ta’ hamsa u ghoxrin sena lahaq Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru fejn dam sal-1902. Mill-gurnali ta dak iz-zmien naqraw li Frangisku kien bniedem simpatiku u kapaci hafna u l-Banda ghamlet progress kbir taht idejh. Bizzejjed insemmu li kienet giet mistiedna ddoqq programmi meta giet inawgurata l-ferrovija u meta gie l-Kardinal Lavigerie l-Imdina. Fi zmienu l-Banda kienet idoqq ukoll fil-Gimgha l-Kbira u bdiet ssir il-Festa Nazzjonali lill-Konti Ruggieru.

Bhala komposizzjonijiet tieghu ftit li xejn insibu ghajr xi arrangamenti ta’ xi muzika sagra fosthom ‘O Salutaris Hostia’ ghal Proto-Parrocca ta’ San Pawl tar-Rabat.

Meta kiber fl-eta Frangisku mar joqghod fid-dar ta’ l-anzjani Saura fejn miet fit-13 ta’ Lulju 1926. Jinsab midfun fil-karnierja tal-Parrocca ta’ San Pawl fil-qabar numru 56.

Top↑