FRANCESCO BELLIZZI (1927 – 1928)

 

 

bellizzi.jpg
Francesco Bellizzi twieled il-Belt Valletta fl-1891. Wara li telaq Vitaliti gie avvicinat biex jidderigi lill-Banda Konti Ruggieru fl-1928, izda ma tantx seta jdum hemm minhabba ragunijiet famlijari kif ukoll ghax kien direttur ta’ l-orkestra ta’ l-ammiral. Wara li l-Banda ghaddiet taht Ciappara, fl-assenza ta’ dan is-surmast huwa kien baqa’ jidderiegi lill-Banda Konti Ruggieru. Kien ukoll assistent surmast tal-Banda San Gorg ta’ Bormla. Idderiega diversi opri kemm fit-tejatru rjali kif ukoll f’tejatri ohra f’Malta.

Miet l-isptar San Luqa fil-25 ta Gunju 1956 fl-eta ta’ 65 sena. Ghall funeral tieghu il-Kumitat ippartecipa b’delegazzjoni u l-istandard.

Top↑