Dħul    Knisja S Pawl    Festi Esterni    Socjeta' S Pawl    Il-Festi Taghna    Attivitajiet
   Proġetti    Photos    Tifkiriet    Sit taz-Zaghzagh    Links    Downloads
   Protected Pages    Register    Log On    News    Shop on-Line    Contact Details
   Feedback    Print Preview
 
Malti English (British)    
IL-KOLLEGGJATA TA' SAN PAWL
artal.jpg
 
Meta fi zmien l-isqof ta' Malta Monsinjur Royas, fis-sena 1575, gie l-Visitatur Appostoliku Monsinjur Duzina jaghmel il-vista pastorali fir-Rabat, huwa sab li f'dan il-post, ga minn hafna zmien qabel, kien hemm il-knisja ta' San Pawl li kienet il-knisja parrokkjali tar-Rabat; u sab li din kienet tant qadima u ghalhekk fi stat hazin, li kienet qed ga qeghda tinbena flokha knisja ohra fl-istess inhawi. L-art stess li fuqha kienet, u kif inhi llum mibnija l-knisja, hija sagra, independentament mill-fatt li fuqha llum hija mibnija l-istess knisja. U hija sagra ghax fuqha u madwara min jaf kemm il-drabi ghaddew u mxew l-Appostlu San Pawl, l-Evangelista San Luqa, u d-dixxipli San Barnaba u Sant'Aristarku. Kien bil-fors fuq din l-art li, kif jghid il-kbir Krisostmu saru hafna maghmudijiet minn dawk il-qaddisin, li minhabba n-nawfragju kien hemm bzonn fid-disinji tal-Provvidenza li jieqfu f'dina l-gzira. Kien fuq din l-art li ghall-ewwel darba thabbar il-Vangelu ta' Kristu u beda f'Malta l-Kristjanezmu. Kien qrib din il-Knisja li ghal tliet xhur ghadda x-xitwa u ghammar fil-Grotta, San Pawl. U kien fuq din l-art li fil-qedem kien hemm wiehed mill-ewwel cimiterji ta' l-insara f'Malta.
knisja.jpg
Il-bini tal-Knisja prezenti ta' San Pawl beda wara l-festa tas-sena 1653. Dan nghiduh ghax ftit granet qabel, fit-3 ta' Gunju, l-Isqof Balaguer ghamel il-Vista Pastorali fir-Rabat u ma semma xejn dwar il-bini. Izda meta zar mill-gdid il-Knisja fit-18 t'April 1656 huwa ddeskriva li s-sagristija u t-tribuna kienu mwaqqghin, u kien jonqos li tinbena l-koppla u l-kappelluni. Fahhar ukoll hafna lil Cosmana Navarra u zewgha Lorenzo Cassar.
 
Ix-xoghol li nbeda fl-1653 kien ga waqaf ghal kollox fl-1662 ghax ma jissemma xejn fil-Vista pastorali li saret fil-5 ta' Gunju ta' dik is-sena. Zgur li x-xoghol rega' tkompla mid-19 ta' Jannar 1664, kif jirrizulta mill-ftehim notarili li Cosmana ghamlet fis-16 ta' April mal-bennejja Lorenzo Gafa' u Pawluccju Farmusa ghal ispiza ta' 1700 skud biex titkompla l-Knisja, tithaffer il-karnierja u jitkompla il-kapmnar li minnu kienet diga tlestiet parti. L-Isqof Balaguer fil-Vista tieghu tas-7 ta' Jannar 1666 jikkummenta li l-knisja, li jsejhila 'manjifika', kienet prattikament lesta, bil-kappellun ta' San Anton mibni ghal kollox.
zuntier_1.jpg
Izda din il-knisja kellha biss kappellun wiehed u kulhadd kien rassenjat, l-aktar Cosmana, li fic-cirkostanzi wiehed kellu jistenna ghal meta forsi tinqaleb il-folja biex jinbena dak tan-naha l-ohra, dak ta' San Stiefnu. Ghax l-arja tieghu, sewwa sew wara l-artal maggur ta' San Pubbliju kien propjeta' ta' l-Ordni, u donnu l-Gran Mastru kellu pjanijiet ohra u forsi ma kienx tant ferhan li l-knisja l-gdida se titfi l-knisja tieghu. Cosmana kompliet issebbah il-Knisja bit-titular famuz ta' Erardi li tlesta fis-sena 1678 u biz-zuntier stupend li tlesta s-sena ta' wara, 1679. Is-sena ta' wara, 1680, gabet ferh kbir lil Cosmana ghax fit-2 ta' Mejju nhatar il-Granmastru l-gdid , Fra Nicola Cotoner, u dak inhar stess ikkoncenda lil Cosmana, l-propjeta' tieghu li kellha bzonn biex tibni l-kappellun l-iehor, dak ta' San Stiefnu. Fit-tmiem tax-xoghol hija bniet mhux biss il-faccata tal-Knisja tal-llum izda wkoll iz-zewg gnub l-ohra, li jaghtu ghal San Publiju u ghaz-zuntier.
 
LINKS
  • Il-Grotta ta' San Pawl
  • Iz-Zuntier tal-Parrocca
  • Il-Kullegg Wignacourt
  • L-Arcikontfraternita' tas-Ssmu Sagrament
  • Il-Konfraternita' ta' San Pawl
  • L-Istatwa ta' San Pawl
  • Il-Knisja ta' San Pawl barra s-Swar
  • Pawlu u Malta
  • L-Istorja tal-bini tal-Knisja ta' San Pawl
  • Il-Knisja ta' San Pawl fl-1736

  • Il-Kolleggjata u l-Proto-Parrocca ta' San Pawl tar-Rabat ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Migja ta' San Pawl fostna
     
     
    Bookmark and Share
    Site Created by e-Volve DinoWeb © Hosting Information Get your own site
    Tel: +356 7952 9151
    Fax: +44 709 209 4244
    Website: http://evolve.rabatmalta.com
    Email: evolve@rabatmalta.com
    E-volve Internet Services
    44, Triq il-Kullegg,
    Rabat Malta
    Disclaimer
    Internet Connections
    Web Development
    Portal System
    Internet Consultancy