Dħul    Knisja S Pawl    Festi Esterni    Socjeta' S Pawl    Il-Festi Taghna    Attivitajiet
   Proġetti    Photos    Tifkiriet    Sit taz-Zaghzagh    Links    Downloads
   Protected Pages    Register    Log On    News    Shop on-Line    Contact Details
   Feedback    Print Preview
 
‘PATRIJOTTIKA’
TITOLU MOGHTI LIL BANDA KONTI RUGGIERU



patrijottika_3.jpg
Fost il-hafna dokumenti importanti li nsibu fis-Segreterija tal-Kazin San Pawl u li jaghtuna taghrif interessanti dwar l-Istorja ta’ l-istess Banda Konti Ruggieru, nsibu l-programmi muzikali stampati f’forma ta’ kartolina li daqqet il-Banda Konti Ruggieru matul is-snin. Minn dawn il-programmi wiehed jista jara il-livell ta’ muzika klassika li tkun ndaqqet, ta’ liema kompozitur hija t-traskrizzjoni ghal grande banda, minn kien is-Surmast Direttur, kif ukoll ghal liema okkazjoni tkun daqqet il-Banda. Dettal li forsi gieli ma nkunux tajna kaz izda, huwa t-titolu li tkun giet moghtija l-Banda. Hekk per ezempju l-Banda Konti Ruggieru nsibuha maghrufa bhala Nazionale, Cittadina u Popolari. Permezz ta’ dan l-artiklu sejrin naghtu harsa lejn titolu li l-Banda Konti Ruggieru giet moghtija u li forsi ma tantx naghtu kaz. Qieghed nirreferi ghat-titolu ta’ Banda Patrijottika.

Sabiex nifhmu ahjar ghaliex gie moghti dan it-titolu rridu nzommu f’mohhna f’liema sfond u zmien twaqqfu l-Baned Maltin kif nafuhom illum. Qed nirreferu ghal zmien meta f’Malta beda jinhass il-bzonn li l-Poplu Malti jkollu nifs gdid f’dak li jaghmel, jkollu l-identita’ tieghu. Kien zmien anke meta bdew jitwaqqfu l-Partiti Politici sabiex jaghtu vuci lill-Poplu Malti. B’hekk naraw mill-ewwel is-sehem tal-Baned Maltin f’attivitajiet organizzati mill-istess Partiti Politici. Hekk nistghu nsemmu s-sehem tal-baned Rabtin L’Isle Adam u Konti Ruggieru meta dawn daqqew flimkien f’dimostrazzjoni tal-Partito Nazionale li saret fil-Belt Valletta fl-1884. Naraw ukoll li fost id-dirigenti fl-amministrazzjoni tal-Baned nsibu nies prominenti hafna fil-politika, bhal fil-kaz tal-Banda Konti Ruggieru li fiz-zmien li qed nitkellmu minnu nsibu, lill-Avukat, aktar tard Imhallef, Agostino Naudi li kien johrog mal-Partito Nazionale ta’ Fortunato Mizzi.

Nsibu ukoll is-sehem tal-Banda Konti Ruggieru meta is-Sur Mallia Tabone gie elett Kunsillier ta’ l-Imdina. Sabiex jirringrazzja lill-elettorat tieghu, flimkien mas-Sur Savona, is-Sur Mallia Tabone tela’ ir-Rabat fejn kien milqugh mill-Banda Konti Ruggieru u mill-Banda tas-Siggiewi. Huwa anke mar il-Kazin San Pawl fejn ghamel diskors lis-Soci u wara kien akkumpanjat sabiex imur il-Belt Valletta mill-Vici President tal-Kazin San Pawl, l-Avukat Annetto Montanaro. Ta’ min isemmi li ghal din l-okkazjoni l-Banda Konti Ruggieru kellha l-istandard tal-Papa li l-istess Mallia Tabone kien ghadu kif irregala ghall-okkazjoni tal-Festa ta’ Corpus Domini ta’ dik l-istess sena 1892. Ghaldaqstant f’kull okkazjoni li seta’ kien hemm sabiex tigi organizzata xi Festa Nazzjonali b’tema patrijottika nistghu naraw li l-Baned ma joqghodux lura.


Festa Nazzjonali lill-Konti Ruggieru

patrijottika_8.jpg
Sabiex jitfakkar it-tmin centinarju mill-Migja f’Malta tal-Konti Ruggieru, La Societa’ Filarmonica Conte Ruggiero organizzat Festa Nazzjonali fir-Rabat li l-qofol taghha ntlahaq nhar l-Hadd 28 ta’ Settembru 1890. Mill-gurnali, li taw deskrizzjoni ta’ x’sar ghal din il-Festa, naraw li Triq il-Kbira, l-istess Triq li fiha nsibu l-Kazin San Pawl is-sede tal-Banda Konti Ruggieru, kienet armata bi trofej u tant armar sabih iehor kif kienet tkun armata Pjazza San Gorg fil-Belt Valletta ghal Festa tat-8 ta’ Settembru. Il-Kazin San Pawl ukoll kien armat kif jixraq ghal din l-okkazjoni u l-aktar li spikka kien il-kwadru kapolavur ta’ l-artist Malti Giuseppe Cali li gie mpitter u rregalat lill-Kazin San Pawl fl-1885. Dan il-kwadru juri lill-Konti Normann bil-bandiera bajda u hamra. Dwar dan gie moghti wkoll taghrif mill-istess gurnali. Id-deskrizzjoni tal-Festa turina li fl-10 ta’ fil-ghodu tal-Hadd 28 ta’ Settembru 1890, l-istatwa tal-Konti Ruggieru giet mehuda mill-Kazin San Pawl sal-Pjazza Parrokkjali akkumpanjata mill-Banda Konti Ruggieru fost il-briju u l-ghajjat ta’ ‘Viva sempre il Conte Ruggiero’, ‘Viva il nostro Liberatore’, ‘Viva sempre l’insigne Benefattore.’ Ghal din l-okkazjoni il-kor tat-tfal li akkumpanja bil-kant lill-Banda Konti Ruggieru, kanta Innu Marc gdid komposizzjoni tas-Surmast Antonio Agius, li kien ‘capobanda’ u ‘maestro di musica’ ta’ l-Orfanatrofio. Fil-ghaxija waqt’ il-programm muzikali kien hemm mixghela u hruq tan-nar. Wiehed mill-artikli fil-gurnali spicca bil-kliem ‘Viva la Patria!’, ‘Viva sempre il Conte Ruggiero!!’.

Din it-tifkira kellha tkun punt tat-tluq ghar-Rabtin sabiex tibda tigi organizzata fl-Imdina u fir-Rabat Festa Nazzjonali ta’ kull sena lill-Konti Ruggieru. Fil-fatt naraw li r-Rabtin kienu ilhom jixtiequ jaghmlu din il-Festa Nazzjonali. Tant huwa hekk illi kellu jkun is-Sur Mallia Tabone sabiex jhabbrek biex jibda jinghata il-permess ghall-organizazzjoni tal-Festa. Il-Gvern ta’ dak iz-zmien kien jaghti l-profitti ta’ mitt Lira mit-tombla li kienet tigi organizzata fuq il-fosos tal-Floriana.

patrijottika_6.jpg
Tant kibret din ic-celebrazzjoni li ghall-Festa Nazzjonali ta’ l-1893 kien anke gie pubblikat ktejjeb dwar il-Konti Ruggieru u x’kellu jsir nhar il-Hadd 24 ta’ Settembru ta’ l-istess sena, Jum il-Festa. Ghal din l-okkazjoni s-Surmast Rabti Antonio Epifanio Agius, li kellu jkun Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru bejn l-1902 u l-1920, kkompona Inno Marcia Nazionale Conte Ruggiero ghal kliem bit-Taljan tal-Kanoniku Kolleggjali Gio Batta Micallef, li kien Rettur tas-Santwarju Nazzjonali Grotta ta’ San Pawl. Aktar tard fis-seklu ghoxrin il-kliem ta’ dan l-Innu Marc gie maqlub ghal Malti mill-Poeta Dun Frans Camilleri.

Sabiex nkomplu napprezzaw ir-raguni ghaliex din il-Festa kienet popolari ghandna nifhmu li l-Konti Ruggieru kien dejjem meqjus bhala benefattur kbir ta’ pajjizna b’mod specjali ghaliex huwa mizmum li heles lil Malta mill-hakma Gharbija u waqqaf il-Katidral ta’ l-Imdina. Illum il-gurnata studjuzi ta’ l-era Normanna qeghdin izommu li kien l-istess Konti Normann li seta’ beda il-Krocjati ghal Art Mqaddsa. Dan il-fatt li nikkonsidraw lil Konti Ruggieru bhala persunagg kbir nibqghu narawh ukoll mill-programmi muzikali li kienet ttella’ l-Banda Konti Ruggieru ghal Festa tal-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fi Pjazza Saqqajja. Fil-kartolina li harget ghal Festa tal-Konverzjoni f’Jannar 1930 naqraw hekk:

patrijottika_2.jpg

Il 25 Gennajo 1930 nella Chiesa Cattedrale ed Arcivescovile
di Malta fondata dal magnanimo Conte Ruggiero si celebra’ la
Festa della Conversione dell’Appostolo S. Paolo.
Nello stesso giorno la Filarmonica che porta il nome
del Grande Apostolo nostro Padre e del magnanimo Fondatore
rallegra’ il publico in Piazza Sakkaja Rabato
dalle 3-30p.m. in avanti con un scelto programma musicale.’

Festa Civika fir-Rabat

Nhar il-Hadd, 12 t’Ottubru 1896 saret Festa fir-Rabat sabiex tfakkar l-Ghaqda ta’ Malta ma l-Ingilterra. Il-Banda Konti Ruggieru hadet sehem ukoll f’din il-Festa flimkien mal–Baned L’Isle Adam, Duke of Edinburgh, Prince of Wales u tal-King’s Own Lancaster Regiment.


Il-Festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru fir-Rabat u f’Had-Dingli

Saz-zmien qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija kienet baqghet tigi ccelebrata l-Festa Nazzjonali lil Konti Ruggieru, meta mbaghad il-Festa ta’ kull Settembru bdiet tkun aktar meqjusa bhala l-Festa li tfakkar meta Malta harget rebbieha fuq l-ghadu Tork fit-8 ta’ Settembru 1565. Hekk per ezempju nsibu li ghal Festa ta’ Settembru ta’ l-1910, il-Banda Konti Ruggieru daqqet l-Inno agli Eroi del 1565, komposizzjoni tas-Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru, Antonio Epifanio Agius.

  • IT-TIENI PARTI
  • Il-Kolleggjata u l-Proto-Parrocca ta' San Pawl tar-Rabat ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Migja ta' San Pawl fostna
     
     
    Bookmark and Share
    Site Created by e-Volve DinoWeb © Hosting Information Get your own site
    Tel: +356 7952 9151
    Fax: +44 709 209 4244
    Website: http://evolve.rabatmalta.com
    Email: evolve@rabatmalta.com
    E-volve Internet Services
    44, Triq il-Kullegg,
    Rabat Malta
    Disclaimer
    Internet Connections
    Web Development
    Portal System
    Internet Consultancy