It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2022 - Jum it-Tfal ![]()
6.30pm Quddiesa għat-tfal animata mill-Grupp Tiberija Familja. Iqaddes il-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi.![]()
7.15pm Dimostrazzjoni bis-sehem ta’ tfal Rabtin flimkien mal-Abbatini tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Liturġija u l-Kummissjoni Tfal li matulha tinġarr l-istatwa tal-Appostlu Missierna San Pawl tat-Tfal mill-Bażilika sal-Każin San Pawl. Tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, Kbira, Cosmana Navarra, l-Isptar u l-Kbira sal-Każin San Pawl. Wara jsir festin għat-tfal fuq iz-Zuntier.
Ħruġ min-Niċċa kif suppost!! Uniku fir-Rabat![]()
Tassew ilkoll ingħajtu ferħanin
għax aħna wlied Rabtin![]()
🦅 Ulied l-Appostlu Missierna San Pawl 🦅![]()
📷Ritratt: Paul Bugeja
Ftuħ tal-Festa San Pawl Rabat Malta.
Awguri! ![]()
Soċjetá San Pawl Banda Konti Ruġġieru
Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl
Żgħażagħ Rabtin Pawlini
It-Tnejn 27 ta’ Ġunju 2022 - Ħruġ tal-Vara Titulari min-Niċċa![]()
8am u 12pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti.![]()
6.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. ![]()
7.30pm Marċ mill-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru fejn tallegra dawn it-toroq: Ħal Bajjada, Sant’ Agata, San Katald, Bir ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, u l-Pjazza tal-Parroċċa, fejn tilqa’ l-ħrug tal-Vara Titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl.![]()
8.30pm Ħruġ tal-Vara tal-Appostlu Missierna San Pawl min-Niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari u tingħad il-Kurunella. Jinħaraq salut u kaxxa Spanjola li jakkumpanjaw il-ħruġ tal-vara. Wara li tingħata l-Barka Sagramentali, ikompli l-marċ sal-Każin San Pawl. Wara l-marċ isegwi spettaklu mtella’ miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini bil-parteċipazzjoni ta’ Tikka Banda ħdejn il-Każin San Pawl.
Attività oħra b'attendenza kbira. L-attività tal-Imnarja hi FULLY BOOKED. Grazzi lir-Rabtin kollha li se jingħaqdu magħna fil-ġimgħa tal-ikbar festa Rabtija.
Viva San Pawl
Infakkrukom ukoll fl-attività li jmiss nhar L-Imnarja fl-ewwel jum tat-Tridu tal-Festa. Fadal biss l-aħħar ftit postijiet għal din l-attività
Bħal-lum ġimgħa
Il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2022 - Jum il-Festa tal-Martirju Glorjuż tal-Appostlu Missierna San Pawl![]()
8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ il-paniġierku l-W.R. Dun Richard Nazzareno Farrugia, Rettur tas-Seminarju ta’ Għawdex.![]()
11.00am Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tibda l-marċ ta’ filgħodu. Fil-Pjazza tal-Parroċċa jittella’ spettaklu miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.![]()
6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija mill-W.R. Dun Sean Abela, Saċerdot Novell, bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.![]()
7.00pm Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tibda ddoqq fuq il-Planċier fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Purċussjoni. Wara tkompli takkumpanja l-Purċissjoni fejn iddoqq innijiet Pawlini.![]()
7.15pm Purċissjoni bil-Vara Titulari tal-Appostlu Missierna San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Imqaddes ta’ San Pawl immexxija mill-W.R. Dun Sean Abela, Saċerdot Novell, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa tul dawn it-toroq: il-Kulleġġ, Ġorġ Borg Olivier, Konti Ruġġieru, il-Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, San Ġużepp, L’Isle Adam, Santu Wistin, is-Saqqajja, il-Kbira, San Pawl sal-Pjazza tal-Parroċċa fejn jitkantaw innijiet Pawlini. Fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Malti.
Illejla ser nagħtu bidu għall-Festa Titulari ta' San Pawl permezz tal-Quddiesa fis-7.00pm fil-Pjazza tal-Parroċċa organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini. ![]()
Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma ssirx.
Is-Sibt 2 ta’ Lulju 2022- Lejliet il-Festa![]()
8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.![]()
9.00am Ħruq ta’ kaxxa Spanjola, murtali u murtaletti.![]()
6.00pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-W.R. Kan. Onor. Luke Cutajar bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.![]()
7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill- W.R. Kan. Claude Mifsud Viċi Parroku, bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Logutenenza u l-Kunsill tal-Ordni tas-Santu Sepulkru mill-Parroċċa għall-Knisja ta’ San Mark, li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Triq San Pawl, Kbira, Repubblika, Santu Wistin u mbagħad tkompli mis-Saqqajja, Kbira, San Pawl u l-Pjazza tal-Parroċċa lura lejn il-Bażilika fejn jsir Għasar Solenni, Salve Regina, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Ħruq ta’ salut, kaxxa Spanjola, murtali u murtaletti jakkumpanjaw it-Translazzjoni.![]()
9.00pm Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tibda l-marċ u tallegra dawn t-toroq: Cosmana Navarra, San Frangisk, l-Isptar, Kbira, San Pawl u l-Pjazza tal-Parroċċa. Matul il-marċ, il-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Appostlu Missierna San Pawl li tintrafa’ fuq l-ispalla, u tassisti għat-tlugħ tal-Istatwa taħt l-Ark fl-Pjazza tal-Parroċċa bid-daqq tal-innijiet.![]()
10.00pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq u tal-kulur u wara kaxxa infernali tal-kulur.![]()
12.00am Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2022
It-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Għaqdiet tal-Parroċċa![]()
8am u 12pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti.![]()
6.30pm Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Mons Prepostu Louis Suban u jipprietka l-W.R. Kan. Ryan Lee Pace u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri tal-Għaqdiet fi ħdan il-Parroċċa. Wara tingħad il-Kurunella, jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.![]()
9.00pm Marċ brijuż li jgħaddi minn dawn it-toroq: Tabija, Pawlu Inguanez, Pierre Muscat, Bir ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl u Triq il-Kbira sal-Każin San Pawl fost il-briju u l-kant tal-innijiet mir-Rabtin Pawlini.

Informazzjoni:
interessanti
Viva San Pawl