Kunċert inawgurali tat-twaqqif ta’ l-orkestra ‘Paulus’ u numru ta’ kommemorazzjonijiet tal-Kolleġġjata Proto-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat – Malta

 

O R K E S T R A  PA U L U S

C/O  Nru 1, Triq il-Kbira, Rabat, Malta

Il-Ġimgha 3 ta` Ġunju, 2011

Sinjuri,

Suggett: Kunċert inawgurali tat-twaqqif ta’ l-orkestra ‘Paulus’ u numru ta` kommemorazzjonijiet tal-Kolleġġjata Proto-Parroċċa ta` San Pawl tar-Rabat – Malta

 

Kif hafna minnkom jafu, kont ilni nberren f’moħħi l-ħsieb li titwaqqaf formalment orkestra sabiex barra milli timla l-vojt li hawn f’Malta peress li apparti l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-orkestra taż-żgħażagħ li riċentament twaqqfet fi ħdanha, ma hawnx orkestra formali oħra bhalma hawn korijiet ta` livell.

Minħabba li fir-Rabat jeżisti element qawwi ta’ mużiċisti li jdoqqu l-korda, kif ukoll il-fatt li dejjem ħassejt li f’post ta’ storja u ta’ kultura bhalma huwa r-Rabat, ikun jixraq li jimtela dan il-vojt. Wara xhur ta’ ħidma, din l-orkestra twaqqfet u issa ser teżegwixxi l-kunċert inawgurali tagħha nhar il-Ħamis, 16 ta` Ġunju 2011 fis-7.30pm ġewwa l-Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. 

F’din is-serata wkoll, il-Kolleġġjata u Parroċċa ta` San Pawl tar-Rabat ser tieħu l-okkażjoni sabiex fil-ftuħ tal-Festi Prinċipali u Titulari tagħha, tfakkar b’għożża numru ta` kommemorazzjonijiet, prinċipalment il-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u ċ-ċentinarju mill-inawgurazzjoni tal-qniepen tal-knisja parrokkjali, preċiżament f’ Ottubru ta’ l-1911.

L-orkestra m’hix ser tkun organizzazzjoni fl-istrutturi tal-Parroċċa jew f’Soċjetajiet mużikali oħra u dan ghal certu ragunijiet prattici.   Imma l-għan aħħari tagħha ser ikun sabiex permezz tal-mużika jikber ukoll il-kult Pawlin u l-kult lejn il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, l-aktar billi:

(a)   Tgħaqqad il-mużika ma’ l-affinità u l-imħabba tal-membri tagħha lejn il-Proto-Parroċċa Kolleġġjata ta` San Pawl, ir-Rabat. Dan għandu jsir l-aktar permezz tal-kunċert annwali tagħha bil-kooperazzjoni tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata nhar id-9 ta` Frar fis-7.30pm ta` kull sena fl-istess Kolleggjata, sabiex tiġi ċċelebrata il-festa tan-nawfraġju ta` San Pawl fil-post fejn huwa għex matul il-miġja tiegħu f’Malta – l-Grotta ta’ San Pawl.  Dan il-kunċert ikollu l-għan ukoll li jkabbar l-apprezzament  lejn l-mużika sagra, speċjalment dik Maltija, bosta minnha tinsab fl-istess Mużew Wignacourt.

(b)   Ittella’ kunċerti ta’ ġeneru mużikali varju fir-Rabat fejn hija għandha s-sede u anke fil-Gżejjer Maltin sabiex tagħti kontribut lis-soċjetà Maltija permezz ta’ l-apprezzament tal-mużika.  

Dan il-kuncert inawgurali ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-APS Bank li huwa l-isponsor principali, kif ukoll tal-Kunsill Lokali Rabat, tal-Fondazzjoni Patri Martin Caruana OP u ta’ MZ Investments (proprjeta` tas-Sur Martin Zahra). 

Fil-waqt li nistedinkom tattendu għal dan il-kunċert ta’ mużika sagra mill-isbaħ ta` kompożituri Maltin u barranin, inħeġġiġkom timlew id-dettalji tagħkom hawn isfel f’każ li tkunu tixtiequ tirċievu inviti għal attivitajiet ta’ l-orkestra fil-futur u titfgħuha, flimkien ma’ donazzjoni, fil-qfief li ser ikun hemm mal-bibien tal-knisja hekk kif jispicca l-kuncert.  

Grazzi u tislijiet,

Dr. Mark Fenech Vella

B.A.,  Dip.Trib.Eccl.Melit., LL.D

Koordinatur tal-Kummissjoni

Orkestra “Paulus”

Qagħaq tal-Appostli

Il-qagħaq tal-Appostli huma tradizzjoni Maltija li tmur lura mijiet ta’ snin u li hija marbuta mar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Fir-Rabat dawn il-qagħaq għadhom isiru bir-riċetta tradizzjonali u jkunu għall-bejgħ kull nhar ta’ Ġimgħa tul ir-Randan kollu sal-Ġimgħa l-Kbira mill-maħżen tal-festa ta’ San Pawl.

http://www.zghazaghrabtinpawlini.com/WebPagesAll.php?PageID=7&CatID=27

2008/2009

 Restawr u Opri Ġodda fl-Armar

Il-kumitati Pawlini ta’ kull sena ivaraw inizjattivi diversi biex il-Festa ta’ San Pawl tkun waħda kif jixraq.

  • Progett tat-Trofej

Progett ta Trofej ġodda ghall-pjazza ta’ San Pawl. Kull min jixtieq jaghti xi donazzjoni b’risq wahda minn dawn l-inizjattivi gentilment mitlub javvicina lil membri taz-Zghazagh Rabtin Pawlini.

  • Progett tal-Bandalori ghal Triq San Pawl

Matul il-festi ta’ din is-sena sejrin jizzanznu sett ta’ 4 bandalori fuq disinn tas-Sur Arthur Vassallo li ser jintramaw fi Triq San Pawl. Dawn il-bandalori gew mhallsa mill-familja Borg (ta’ l-Arlecchin)

  • Progett ta’ Pavaljuni ghal Triq il-Kbira

Din is-sena wkoll ser jizzanznu l-ewwel 3 minn sett ta’ 8 pavaljuni godda ghal Triq il-Kbira.  Kull min jixtieq jikkontribwixxi b’riza dan il-progett ghandu jirrkorri ghand wiehed minn dawn il-member: John Azzopardi, Peter Bonello, Jesmond Borg jew Lawrence Bugeja.

  • Oħrajn
  • Restawr tal-erba’ antarjoli li jintramaw fi Triq San Pawl
  • Rħamar u nduratura ta’ tmienja mill-kolonni tal-pilandri tal-pjazza
  • Tiswija ta tmienja mill-kolonni tal-pilandri tal-pjazza
  • Ħjata ta’erba’ bandalori ghal Triq San Pawl u nbeda x-xogħol ta’ sfumar u pittura tagħhom.
  • Tibdil ta’ ħbula għall-pavaljuni u bandalori.
  • Beda x-xogħol fuq sett ta’ sitt trofej godda li ser jintramaw fil-pjazza tal-Parrocca biex jieħdu post dawk eżistenti. L-iskultura tagħhom ser issir kollha fl-injam.
  • Rakkijiet ġodda ġewwa l-maħzen għall-lasti tal-pavaljuni u bandalori.
  • Restawr ta’l-istrixxi tad-dawl li jintramaw mal-koppla.
  • Restawr taż-żewġ slaleb tal-kavallieri li jintramaw mal-faċċata tal-Parroċċa.
  • Għotjien ġodda tad-drapp biex l-armar li qed jiġi restawrat jitgħatta hekk kif jiddaħħal fil-maħżen.
  • L-annijiet 2008/2009 fl-injam li ntramaw mal-faċċata tal-Knisja bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Pawlina.
  • Restawr tat-twieqi tal-maħzen.
  • Bradella ġdida li ser tintuża lejliet Corpus u lejliet San Pawl għall-ġarr ta’l-istatwi ta’ Kristu tal-Ħobza u ta’ San Pawl.

 

Il-Kumitat tal-Festi Esterni qieghed dentilment jaghmillek appell sabiex tkun generuz aktar mis-soltu biex dawn il-Festi bimillenarji ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl ikunu ta’ success u unur ghalina r-Rabtin.