Festi

3 days ago

Corpus u San Pawl
Illum hija l-festa Liturġika ta' Marija Addolorata. Fil-Bażilika tagħna ser niċċelebrawha b'Quddiesa kantata fis-6pm iċċelebrata minn Dun Ewkarist Zammit Arċipriet tal-Parroċċa ta' San Bastjan ta' Ħal Qormi, bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri u tal-Għaqda Kompensatriċi tal-Parroċċa tagħna. Janima l-Kor Parrokkjali Salve Pater Paule. ... See MoreSee Less
View on Facebook

5 days ago

Corpus u San Pawl
Attività b'risq il-festi tagħna mtellgħa mill-Kummissjoni Żgħażagħ Rabtin Pawlini. Bookings miftuħinIl-Kummissjoni Żgħażagħ Rabtin Pawlini ser torganizza Pasta Night fil-25 ta' Settembru fuq iz-zuntier tal-Parroċċa. Bookings miftuħin. Nieħdu pjacir narawkom.🍝🎻🍻 ... See MoreSee Less
View on Facebook

1 week ago

Corpus u San Pawl
Quddiesa ta' Ringrazzjament mill-Arcipriet Kan. Louis Suban ... See MoreSee Less
View on Facebook

1 week ago

Corpus u San Pawl
Illejla saret is-seduta tal-Kumitat Festi Esterni li matulha sellimna lill-W.R. Arċipriet Kan Louis Suban li se jtemm il-parrokat tiegħu fir-Rabat wara 18-il sena u tajna merħba wkoll lil Dun Joe Mizzi li se jkun l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa tar-Rabat. ... See MoreSee Less
View on Facebook

2 weeks ago

Corpus u San Pawl
2 ta' Settembu - Illum niċċelebraw Jum ir-Rabat. Kien propju bħal-lum 223 sena, nhar it-2 ta' Settembru 1798 li r-Rabtin, taħt it-tmexxija tan-Nutar Emanuele Vitale, kienu minn tal-ewwel li qamu biex iddefendew il-Knejjes, il-kunventi, it-twemmin, il-wirt u lil pajjiżhom, fl-imblokk kontra r-regħba tal-Franċiżi u l-ħakma ta' Napuljun fi gżiritna. Awguri lill-poplu Rabti. ... See MoreSee Less
View on Facebook

3 weeks ago

Corpus u San Pawl
Nawguraw il-Festa t-tajba lil ħutna Pawlini Ħal Safin li qed jiċċelebraw il-festa f'ġieħ l-Appostlu Missierna San Pawl f'dan it-tmiem il-ġimgħa. Viva San Pawl dejjem u kullimkienParroċċa tal-Konverżjoni ta' San Pawl - Ħal SafiKazin San Pawl SafiMaħżen tal-Armar San Pawl Safi ... See MoreSee Less
View on Facebook

1 month ago

Corpus u San Pawl
Quddiesa ta' Radd il-Ħajr biex insellmu u ngħidu grazzi minn qalbna lil Arċipriet Il-Kan. Louis Suban għall-ħidma tiegħu fil-Bażilika tagħna, is-Sibt 11 ta' Settembru 2021 fis-6pm. ... See MoreSee Less
View on Facebook

1 month ago

Corpus u San Pawl
Mons. Arċisqof talab lill-Arċipriet Kan. Louis Suban biex jibda jservi bħala Prepostu fil-Parroċċa ta' Sant' Elena f'B'Kara. Filwaqt li nirringrazzjawh ta' dak kollu li għamel magħna tul dawn it-18-il sena li ilu fostna, nawgurawlu u nitolbu għalih! Grazzi Arċipriet! ... See MoreSee Less
View on Facebook

2 months ago

Corpus u San Pawl
Infakkru l-152 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru ... See MoreSee Less
View on Facebook
San Pawl fil-Parrocca - 2011

Informazzjoni:

One Comment

  1. richard galea

    interessanti
    Viva San Pawl

Comments are closed