L-isbaħ tifikira li l-Kavallieri ħallew fir-Rabat hi bla dubju l-FONDAZZJONI WIGNACOURT, dik l-istituzzjoni li l-Gran Mastru Alof de Wignacourt waqqaf permezz ta’ Bolla Magistrali u l-Papa Pawlu V ikkonferma bi Brevi biex johloq kullegg ta’ Kappellani ta’ l-Ordni li jofficjaw kif jixraq fil-Grotta ta’ San Pawl.
Alof de Wignacourt gie maghzul Gran Mastru fl-1601 meta l-Ordni kien stabbilixxa ruhu fis-sod f’Malta. Dan il-Gran Mastru ta’ s-sehem shih tieghu biex l-Ordni isahhah gheruq u jinhabb mill-Maltin u beda wkoll jikkoltiva t-tradizzjonijiet lokali li jorbtu ma’ l-identita kulturali Maltija, fosthom it-tradizzjonijiet Pawlini ta’ gziritna u ghalhekk l-interess fil-Grotta fejn waqqaf dan il-Kullegg. Ma kien qatt ser jirnexxilu jiehu post hekk ghaziz ghad-Djocesi taht idejh kieku mhux minhabba c-cirkostanza ta’ l-eremita spanjol, Juan Benegas, li fired il-grotta mill-Parrocca u beda jippromovi l-qima tal-post fuq bazi nternazzjonali. L-Ordni ghenu kemm felah u zieghel bih sakemm fl-1617 wiret il-Grotta bil-benefikati kollha li saru ghaliha.
Ferhan b’dan l-akkwist kbir, Wignacourt haseb biex jivvalorizzah kemm jista u johloq istituzzjoni li taghmillu giegh. Bl-atti tan-Nutar Pietru Callus tad-29 ta’ Jannar 1619, xtara ghall-valur ta’ 5000 skud bosta artijiet f’Ghawdex, minn flusu, u bihom ghamel fondazzjoni ta’ kullegg ta’ 4 kappillani u kjeriku biex jofficjaw kuljum fil-grotta. Il-Fondazzjoni (forma ta’ Bolla Magistrali) tinsab registrata fl-atti tan-Nutar Giovanni Tolossenti waqt li l-Brevi tal-Papa li bih il-Grotta giet dikjarata Kolleggjata Gerosolimitana iggib id-data 11 ta’ Jannar 1620.
L-ghan tal-Gran Mastru Wignacourt intlahaq tajjeb ghax mal-medda tas-snin u bl-amministrazzjoni wisq ghaqlija ta’ l-istess kolleggjali r-renti zdiedu sew b’mod li l-Kolleggjali setghu izejnu t-tempju b’opri sbieh u wkoll ikabbru ghal darba u darbtejn il-Knisja ta’ San Publiju u l-Kunvent. Taw kummissjonijiet lill-aqwa pitturi, skulturi u argentiera ta’ zmienhom, byhal Mattia Preti, Gian Nikol Buhagiar, Francesco Zahra, Melchiorre Gafa’, Pietro Papaleo, Carlo Troisi u ohrajn. Fil-kamp tal-kostruzzjoni qabbdu bhala arkitetti lil Lorenzo Gafa’, Buonamici, Salvu Borg u Petruzzo Debono, ilkoll ben visti kemm mill-Ordni u kemm mill-Maltin. Hekk il-kappella dedikata lil San Publiju mibnija ghall-ewwel darba minn Benegas tkabbret u nbniet mill-gdid l-ewwel minn Lorenzo Gafa’ u mbaghad minn Salvu Borg. L-istess Kunvent, li ahna nghidulu l-Kullegg, minn dar zghira inbena mill-gdid, imbaghad kompla tkabbar fil-bidu tas-seklu 18 u tlesta kif inhu llum fis-sena 1749.
1646-1650: Jibda l-bini ta’ Kunvent gdid
F’dawn is-snin il-kunvent kellu l-ewwel rettur Malti ghax l-erbgha ta’ qabel kienu barranin. Dan kien Girolamo Mamo, migjub hafna mill-Gran Mastru Lascaris li wkoll offrielu l-kariga ta’ Prijur Generali. Dan Mamo habrek biex jinbnew kemm kunvent gdid kif ukoll dar gdida ghar-rettur. B’xorti tajba l-pjanta ta’ dan il-kunvent tinsab registrata fil-Cabreo tal-Grotta.
Mir-registri tal-kontijiet nafu li bejn it-3 ta’ Settembru 1646 u l-ahhar t’Awissu 1650 intefqu fil-bini tal-kunvent 218skudi, 11 tari u 6grani. Il-bennej kien mastru Cornelo Vella waqt li l-arkitett kien Buonamici.
Semmejna l-pjanta tal-kunvent. Din fiha wkoll 20 numru u tabella bl-ispjegazzjoni taghhom. Il-kunvent kellu zewg tirgien, wiehed komuni u garigor ghall-bejt. Kellu kmamar, logga, passaggi u gardin kif ukoll bieb ghal appartament ghall-frustieri. Taht il-kmamar kien hemm ir-refettorju, kcina, dispensa, mahzen, stalla u passag li jaghti ghall-grotta. Dan il-livell t’isfel kien aktarx aktar baxx minn dak ta’ llum.
1679-1680: Sottopassagg spazjuz mill-Kunvent ghall-Grotta
Daqs tletin sena wara l-bini tal-Kunvent, il-kollegjati hasbu ghal passagg taht l-art wisq aktar wiesa u dinjituz mill-passagg li seta kien hemm qabel kif indikat mill-pjanta. Biex ihaffruh qabbdu lill-arkitett Lorenzo Gafa’. Minn naha tal-Kullegg fil-bidu ta’ dan il-passagg hejjew ukoll balavostrar tal-gebel u karma zghira taht l-indana tat-tarag. B’hekk enfasizzaw il-fatt li l-kunvent hu bicca mill-istess istituzzjoni tal-Grotta. L-ispiza lahqet 180 skudi waqt li Gafa’ thallas 12 il-skud tal-assistenza tieghu.
1706-1708: Jitkabbar il-Kunvent
Ghal darb’ohra f’dawn is-snin il-kunvent kellu rettur Malti, Gwakkin Grech mahtur fl-1700 u fl-1706 maghzul ukoll prokuratur. Il-kunvent kien fi stat floridu u r-rettur/prokuratur kien f’pozizzjoni li jitlob li l-kollegjali jizdiedu fin-numru u s-salarju. Zieda fin-numru titlob ukoll tkabbir tal-post u din it-talba ghal tkabbir giet milqugha mill-Gran Mastru Perellos fid-29 ta’ Novmebru 1706 u x-xoghol beda minnufih. Nhar il-Kuncizzjoni, 8 ta’ Diecembru, tela’ l-arkitett – din id-darba Mastru Salv Borg mis-Siggiewi biex ihejji l-pjanta. Il-hlas li rceva tal-assistenza tieghu kien 30skud u 10 tari.
Insibu li ghall-Kappella inxtara kwadru titolari li juri lil San Pawl u San Publiju. Dan qam biss 8 skudi u nxatara m’ghand Fra Pietro Erardi. Gie msejjah Mro. Mariuzzo Bremon biex ipitter l-iskannel tal-artal kif ukoll il-kurcifiss tar-refettorju. L-ispiza totali tal-bini lahqet is-somma ta’ 2869 skud, 4 tari u 3 grani.
1747-1749: Jitlesta ghall-kollox il-bini
L-ahhar zvilupp sar fi zmien ir-Rettur Tumas Sammut u fi zmien il-prokuratur Pietru Pawl Schembri meta l-Gran Mastru kien Pinto, benefattur iehor li rregala l-istatwa ta’ San Pawl tar-rham fil-Grotta u xi paramenti sagri. L-ispiza din id-darba lahhqet skudi 1676, 5 tari u 15grani u saret bejn l-1747 u l-1749. L-arkitett kien Mastru Petruzzo Debono.
Ghal din l-ispiza l-volumi tal-kontijiet jaghtu dettalji b’tant ismijiet ta’ haddiema, waqt li jissemmew hafna balavostri tal-gebel, tarag gdid, zewg dispensi, kmamar ohra, skultura ghall-kappella u ghal-faccata (fjammi u salib), 6 gandlieri ta’ l-injam u bankijiet. Jidher li x-xoghol principali, barra antiporta gdida isfel, kien koncentrat fis-sular ta’ fuq, l-aktar fil-gmiel tal-kappella li hemm. Din il-kappella tbierket mir-rettur Sammut nhar it-22 t’Ottubru 1748 u wara giet ccelebrata fiha l-ewwel quddiesa kantata. Kellha wkoll kwadri godda, il-Kurcifiss u tahtu d-Duluri, it-tnejn ta’ certu livell artistiku. Il-pittur Don Carlo Dimech zeba’ l-artal qisu rham. Ix-xoghol tal-bini, mibdi f’Marzu 1747 tlesta f’Dicembru 1749.
Uzu tal-Kunvent
Ghal mijiet ta’snin dan il-bini serva bhala residenza u dar ta’ studju u talb ghall-kollegjali. Ir-regoli tal-klawsura kienu stretti hafna, ghax il-kolleggjali kienu religjuzi. Biex isiefru riedu l-kunsens miktub tal-Gran Mastru.
Meta telqu l-Kavallieri u l-Gvern Ingliz ha f’idejh l-amministrazzjoni, spiccat it-tmexxija ghaqlija tal-beni u l-introjti naqsu sew tant li kultant bilkemm kienu jlahhqu ma’ l-ispejjez. Il-Kolleggjali issa kienu qassisin djocesani, joqghodu fil-kunvent izda aktar tard, kienu jzommu l-kamra bhala studju u mhux bhala residenza. Il-Gvern kemm il-darba kien tefa’ ghajnejh fuq il-bini u xtaq juzah ghal xi uzu li mhux skond l-iskop tal-fondazzjoni u l-kollegjali kienu ccaraw il-kwistjoni mal-gvernatur O’Farrell. Fi zmienna parti mill-Kullegg kienet tintuza bhala skola; fil-gwerra bhala centru tar-refugjati u protection office, kif ukoll centru ghall-ghaqdiet religjuzi jew filantropici.
Fil-1962 il-propjeta’ tal-Kullegg ghaddiet esklussivament f’idejn il-parrocca li maghha regghet inghaqdet il-Grotta. Illum il-Kullegg iservi principalment bhala Muzew tal-Parrocca fejn isiru wkoll diversi wirjiet. L-awla Kapitolari tal-Kapitlu tinsab wkoll fil-Kullegg.
Aktar dettalji:
Mons G Azzopardi – Il-Kullegg: Bini Storiku tal-Kavallieri ta’ San Gwann (Il-Festi Taghna 1986)