L-ewwel tagħrif
Fin-naha ta’ fuq ta’ kull pilastru kienu jintramaw coff b’muzzettun (liedna bil-fjuri) hiereg minnu. Dawn kienu mpittrin fuq l-injam. Taht in-nicec kienu jintramaw zewg arem fejn kienu jitpoggew erba’ t’ibnadar f’kull wahda. Il-figuri fuq dawn l-arem kienu jirrapprezentaw simboli ta’ l-ewkaristija. Illum dawn l-arem qed jintramaw fuq l-arkatura l-kbira ta’ Triq il-Kullegg.
Kemm fuq il-bieb principali tal-Parrocca kif ukoll fuq il-bieb tal-Knisja ta’ San Publiju u l-arkata laterali li taghti ghaz-zuntier; kienu jintramaw tlett skrizzjonijiet tad-drapp. L-iskrizzjoni fuq il-bieb principali kienet tkun akbar minn dawk laterali. Fuq dawn l-iskrizzjonijiet kien ikun hemm miktub, bil-latin, tifhir lejn l-Ewkaristija. Dawn l-iskrizzjonijiet kienu jkunu mdawra b’girlanda tal-liedna. L-iskrizzjonijiet baqghu jigu armati sa madwar is-sena 1959.
Fuq l-arkaturi ta’ fuq il-fruntuni tal-bibien, bhal ma ghadu jsir sal-llum, kienu jintramaw tlett kelmiet. Dak iz-zmien pero kienu jintramaw kliem differenti f’kull festa. Insibu ghalhekk li fil-festa ta’ Corpus Domini kienu jintramaw il-kliem ‘VOBIS MEIPSUM TRADO’ filwaqt li ghall-festa ta’ San Pawl il-kliem kienu jkunu ‘MAGNUS SANCTUS PAULUS’.
Aspett uniku ta’ l-armar tal-faccata kif kienet tintrama f’dan is-snin; huwa l-istatwa ta’ Kristu tat-Hobza li kienet titpogga fit-tieqa ta’ wara l-orgni. Din hija tradizzjoni antika minhabba li fl-imhazen ta’ l-armar ghadna nistghu nsibu statwa ferm antika li kienet tintrama fil-faccata tal-Knisja. Zgur li din saret ferm qabel l-1876 meta sar l-ewwel s-sett ta’ l-appostli taht id-direzzjoni ta’ Mastru Antonio Catania. Din l-istatwa kienet tinzamm permanentament f’dan il-post; imbaghad hekk kif toqrob il-festa kienet tinfetah it-tieqa u l-istatwa titpogga thares lejn il-pjazza. Taht l-istatwa kien jintrama pavaljun tad-damask.
Tul il-pilastri tal-bibien kienu jitpoggew sitt globi bit-tazzi taz-zejt fuq kull naha. Dawn il-globi kienu jkunu mizmuma mal-hajt permezz ta’ brazz tal-hadid. Il-globu u l-brazzi li kienu jintuzaw mal-bieb principali kienu xi ftit akbar minn dawk uzati mal-bibien laterali kif ukoll kellhom xi ornat. Fuq kull nicca kien jintrama ornat tal-hadid li fuqu kienu jitpoggew tlett globi bit-tazzi taz-zejt. Il-globu li kien jitpogga fin-nofs ta’ dan l-ornat kien ikun akbar minn dawk tal-gnub. Kien jitwahhal ornat tal-hadid anke fuq il-fruntuni (gwarnici) ta’ fuq il-bibien.
Minn mal-pilastri kienu jigu mdendla sett ta’ sitt linef wisq probabbilment tal-landa; li aktar tard fi zmien il-Kappillan Sammut inbidlu u ngiebu sett linef ta’ Venezja (bi hgieg ikkulurit). Dan sar minhabba l-pika kbira li kien hemm f’dak li jirrgwarda l-armar bejn iz-zewg partiti tal-festa li kien hawn fir-Rabat. Ghalhekk insibu li meta saru sett linef ta’ Venezja sabiex jintramaw fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Minuri ghall-Festi ta’ San Guzepp; ghall-festa ta’ Corpus Domini kienu ngiebu sett linef ta’ l-istess tip sabiex jintramaw mal-faccata tal-Knisja. Illum tnejn minn dawn il-linef ghadhom jigu armati fl-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu.
Quddiem il-Knisja kienu jintramaw zewg pilandri kbar; li kienu jinxteghlu bit-tazzi taz-zejt. Meta fl-1876 saru s-sett ta’ l-appostli maghhom saru wkoll zewg statwi ta’ San Pawl u San Luqa li bdew ukoll jintramaw, bhal ma ghadna naghmlu sal-llum, quddiem il-bieb principali tal-parrocca. Fit-tarf nett tal-faccata kienu jintramaw zewg statwi ta’ qaddisin marbuta ma’ l-Ewkaristija. Mir-ritratti nafu li fuq in-naha taz-zuntier kienet tintrama l-istatwa ta’ San Tumas d’Aquino; izda s-issa ghad m’hemm l-ebda hjiel ta’ liema qaddis setghet kienet l-istatwa l-ohra. Fuq il-pedestalli ta’ dawn l-istatwi kien jitpogga ornat tal-hadid li mieghu kienu jitwahhlu xi tazzi taz-zejt.
Bidu tas-seklu ghoxrin
Fl-1915 imbaghad saru wkoll zewg statwi godda ta’ San Pawl u San Luqa xoghol l-istess Karmenu Mallia. Wisq probabbilment l-istawi l-antiki kienu gew mibdula f’figuri ta’ xi qaddisin marbuta ma’ l-Ewkaristija. Fl-1930 kien gie mzanzan armar gdid ghall-pjazza. Dan kien jinkludi z-zewg pilandri l-kbar li ghadhom jintramaw mal-faccata tal-Knisja sal-llum.
Wara l-gwerra – Zviluppi godda
Zgur li wiehed mill-aktar zviluppi mportanti f’dan il-perjodu kien fl-1946 meta numru ta’ dilettanti Rabtin Pawlini taht id-direzzjoni ta’ Johnnie Bugeja bdew jarmaw il-faccata (u anke t-toroq) bid-dawl elettriku. Issa setghu jintramaw partijiet mill-faccata fejn qabel kienu inaccessibbli ghat-tazzi taz-zejt. F’dan il-perjodu nsibu li saru, s-slaleb u r-raggiera li tintrama fuq is-salib tal-frontispizju kif ukoll l-istrixxi u ornat iehor li jzejnu l-parti ta’ fuq tal-faccata.
Illum
Tajjeb ukoll insemmu li f’dawn l-ahhar snin il-faccata tal-Knisja giet armata wkoll f’zewg okkazjonijiet unici ghar-Rabat – iz-zewg vizti li ghamel l-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II fil-Parrocca taghna.
Illum il-gurnata nistghu nghidu li ghandna skema t’armar li tikkumplimenta sew ma l-faccata mponenti tal-parrocca taghna. Tajjeb li dak li zviluppa bil-hidma ta’ missirjietna niehdu hsiebu halli nghadduh lil ta’ warajna; jekk jista’ jkun fi stat ahjar minn dak li sibnieh fih. Din ir-responsabbilta l-Kumitat Festi Esterni jifimha sew. Hu ghalhekk li tul dawn l-ahhar snin gie mizjud ornat tad-dawl mal-faccata, bhal dak li jinsab fil-fruntun ta’ fuq il-bieb principali u l-istrixxi ta’ mal-pilastri tal-bibien.
Aktar dettalji:
Manuel Sapiano – L-Armar mal-Faccata tal-Kolleggjata tar-Rabat (Il-Festi Taghna 2001)