Wara l-gwerra
![]() |
L-ewwel xoghol li sar wara l-gwerra kien fuq iz-zukklaturi tal-kolonni. Inhasset il-htiega li l-kolonni ikunu twal u mhux qosra kif kienet l-uzanza qabel. Ghalhekk sar xoghol sabiex isiru zukklaturi godda itwal minn ta’ qabel. Il-kolonni ta’ tmien faccati ma’ baqghux jintramaw izjed, u minflokom bdew jintramaw tnax il-kolonna li ghadhom jintramaw sal-llum, u tnax il-kolonna tax-xwiek (hi llum jintramaw fi Triq il-Kullegg). F’nofs it-triq, fil-kantuniera ma Triq ir-Repubblika, partikolarment ghall-festa ta’
San Pawl, kien jintrama palk zghir, fejn il-banda kienet tistenna l-processjoni ta’ San Pawl.
Ta min jinnota li f’dan iz-zmien certa xoghol t’armar kien sir minn ‘tal-gurnata’. Dawn kienu jkunu haddiema li kienu jitqabbdu jarmaw bi hlas. Dawn kienu jarmaw l-aktar armar tqil, fosthom il-pedestalli u l-appostli, l-ark ta’ Kristu u anke l-ark trijonfali. Ix-xoghol l-iehor bhal nghidu ahna il-kolonni, t-trofejiet u d-drapp kien isir minn grupp ta’ dilettanti fosthom Zaren Farrugia u Ganni Cachia.
Lejn l-ahhar tas-snin sittin naqsu wkoll it-tnax il-kolonna t’erbgha kolonni, it-trijonf, kif ukoll l-istatwi u l-pedestalli ta’ l-appostli u Kristu tal-Hobza. Dan it-tibdil sar minhabba li f’dan il-perjodu kienet tkabbret il-pjazza tal-parrocca u ghalhekk kienet saret taqliba shiha fl-armar. Sabiex il-kolonni jkunu mqassma sew kienu regghu bdew jintuzaw erbgha kolonni ta’ tmien faccati fl-ahhar parti tat-triq. Meta bdiet tikber il-problema tat-traffiku kien imiss li jitnehhew l-istatwa ta’ Melkisedek u l-armar tal-wesgha ta’ fejn illum hemm il-Kunsill Lokali wkoll.
L-armar illum
![]() |
Xi snin wara l-armar rega nbidel. Insibu li issa bdew jintramaw erbgha statwi, dawk ta’ San Piju X, il-Beata Giuliana, P. Johannes Soreth u San Tumas D’Aquinas. Kien hemm ukoll sittax il-kolonna, erbgha minnhom ta’ tmien faccati, tmintax il-arblu, u tnax il-trofew. Barra minn dawn bdiet tintrama wkoll pilanda kbira fil-wesgha ta’ quddiem il-Kunsill Lokali, it-trofew ta’ l-anglu tal-kolonna, b’zewg pilandri mieghu fit-tarf tat-triq ma Triq San Pawl, u trofew kbir hdejn Triq Guzmana Navarra. Ta’ min jinnota li orignarjament il-pilandra u l-anglu kienu saru ghal Triq il-Konti Ruggieru filwaqt li t-Trofew kien l-ewwel wiehed minn sett mahsub ghall-pjazza li pero qatt ma sar.
L-istawi, bara dik ta’ San Piju X ma kienux jintramaw f’din it-triq. L-istatwa ta’ San Tumas d’Aquinas kienet tintrama fil-pjazza flok San Mattew, dik ta’ S. Johanees Soreth fejn il-bieb taz-zuntier u l-Beata Giuliana hdejn il-pjancier ta’ Triq San Pawl. Ta’ min isemmi li din l-ahhar statwa hi l-unika wahda li baqghet tintrama sal-llum mis-sett ta’ statwi originali li kienu nhadmu taht Antonio Catania fl-1876. L-istatwa ta’ San Piju X hi xoghol l-istatwarju ghawdxi Wistin Camilleri u thallset minn Katald Cachia (Ta’ Radoss). L-istatwa ta’ San Tumas d’Aquinas hi xoghol ta Karmenu Mallia u hi ta’ l-istess
perjodu ta’ l-appostli (circa 1920). Filwaqt li l-istatwa ta’ S. Johannes Soreth inhadmet il-Hamrun u giet migbura minn Ninu Farrugia (in-Nitfa).
![]() |
Ovvjament l-armar trid tiehu hsiebu, aktar u aktar meta jkollok armar li jkollu certa zmien. Insibu li fis-snin 60 ir-restawr ta’ l-armar kien f’idejn is-Sur Charles Eastwood, mghejjun minn diversi dilettanti tal-festi. F’dawn l-ahhar snin l-armar rega gie rrestawrat. Fl-1987 sar restawr tal-kolonni u l-gastri, fl-1990 miss lit-trofejiet u l-armi, fl-1994 it-Trofew il-Kbir u l-pilandra l-kbira u sena wara l-pedestalli, l-istatwi u l-ewwel erbgha kolonni. Huwa xieraq li hawnhekk wiehed jirringrazzja lill-voluntiera kollha li matul is-sena jiltaqghu fil-mahzen tal-festa u jiehdu hsieb jirrangaw l-armar taghna – li wara kollox juri x-xoghol li sar minn missirijietna f’perjodu li jizboq il-mitt sena.
L-armar tad-drapp
Ghalkemm minn dak li ghedna jidher li fir-Rabat kien hawn tradizzjoni kbira t’armar ta l-injam, l-istess sitwazzjoni ma kienetx riflessa fl-armar tad-drapp. Il-pavaljuni w il-bandalori kienu jkunu semplici. Insibu li qabel is-snin sittin fi Triq il-Kbira kienu jitwahhlu strixxi ddekorati b’disinn stil ta’ kanizzata, u mbaghad ma dawn l-istrixxi kien jigi mdendel id-drapp. Fl-1960, ghall-okkazjoni tac-Centinarju Pawlini kienu saru sett ta disa’ pavaljuni godda bil-pittura. Il-pittura kienet tar-Rabti Karmenu Azzopardi (tal-posta). Fl-1969 is-Sur Charles Eastwood haseb biex jaghmel sett pavaljuni godda b’emblemi pawlini. Dawn baqghu jintramaw sa l-1983 meta saru s-sett pavaljuni li jintramaw illum fuq disinn tas-sur Laurence Bugeja. Fl’istess sena kienu wkoll inxtraw sett antarjoli godda ghat-triq. Ovvjament, mal-pavaljuni jintramaw ukoll il-bandalori, fejn inisbu li s-sur C. Eastwood kien gabar sett ta’ sittax il-bandalora kollha b’emblemi differenti, sabiex jiehdu post sett aktar semplici li kien hemm qabel. Dawn baqghu jintramaw sa l-1990 meta fuq inizjattiva tas-sur Pawlu Azzopardi (is-Sagristan) saru s-sett ta’ bandalori li jintramaw illum. Erbgha snin wara gew mibdula wkoll il-bnadar ta’ ma l-armi tat-trofejiet filwaqt li fl-1995 saru sett pavaljuni godda ghall parti inizjali tat-triq (taht il-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani).
L-armar tad-dawl
![]() |
Insibu li sa minn wara l-1920 Triq il-Kbira kienet tintrama bid-dawl elettriku. Ftit li xejn ghandna nformazzjoni x’kien isir rigward dawl fit-toroq qabel din id-data ghajr li kienu jintramaw xi pilandri zghar bit-tazzi taz-zejt, probabbilment fuq il-pilastri tal-luggar. Wara l-gwerra mbaghad meta l-armar tad-dawl ghadda taht id-dilettanti rabtin taht id-direzzjoni ta’ Wigi Bugeja insibu li ftit ftit l-armar tad-dawl beda jizdied. Saru xi pilandri ghal fuq il-kolonni ta’ ma’ l-ark ta’ Kristu, kif ukoll zewg pilandri ghat-tarf l-iehor tat-triq. F’dan iz-zmien saru wkoll linef tal-metall ghal ma l-ark ta Kristu minhabba li l-linef tal-kristall li kienu jintramaw qabel kienu bdew jintuzaw fil-parrocca. Zieda sinnifikanti ohra saret fl-1980 meta gew introdotti r-rifletturi.
Dan it-taghrif kollu fuq l-armar jurina l-impenn shih li missirjietna kellhom sabiex ikabbru l-festi principali tal-parrocca taghna. Hu frott ta dan l-impenn u mhabba lejn il-festi li llum ghandna dik il-varjeta t’armar li ssebbah it-toroq tar-Rabat. Hekk rajna kif zviluppa l-armar fi triq li minhabba l-posizzjoni taghha, li twassal mid-dahla tar-Rabat dritt ghall-parrocca, bilfors ikollha sehem importanti f’kull attivita li tinzamm fir-Rabat. Ghalhekk naraw kif tul is-snin missirijietna dejjem ippruvaw itejjbu l-armar ta’ din it-triq, kif ghamlu wkoll f’toroq ohra ta’ madwar il-parrocca. J’Alla dan l-impenn jibqa’ rifless tul is-snin, halli l-wirt li hallewlna ta’ qabilna, jibqa jzejjen it-toroq taghna fil-granet li l-poplu Rabti tant ihobb – dawk tal-festi ta’ Corpus Domini u l-martirju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.
Aktar Dettalji:
Manuel Sapiano – L-Armar tal-Festa fi Triq il-Kbira (Il-Festi Taghna 1999)