Triq il-Konti Ruġġieru

Triq il-Konti Ruggieru – Stil uniku t’armar

Fost l-armar fit-toroq ghall-festi taghna; zgur li l-armar li kien jitpogga fi Triq il-Konti Ruggieru kien jispikka fuq it-toroq l-ohra. Dan minhabba l-unicita’ ta’ l-istil t’ armar li kien jintuza. Kienet tinghata importanza kbira fuq l-armar fl’ajru. It-triq kienet tizejjen b’liedna tal-karti kkuluriti. Kull sena kienu jigu ppreparati disinni ta’ festuni differenti li kienu jinkludu emblemi li jirraffiguraw lis-Sagrament. Dawn l-emblemi kienu jkunu mzejna bil-liedna u fin-nofs ta’ kull pavaljun kienet tiddendel linfa. Zgur li dan l-armar kollu kien jirrikjedi xoghol kbir matul is-sena; l-aktar meta wiehed iqis li minhabba li l-armar kien ikun maghmul mill-karti kien ikollu jsir kollu gdid kull sena.

crs_2.jpg

Il-Gaj t’Onfohlu

F’dal iz-zmien kull triq kienet tintrama minn ghadd ta’ dilettanti li kienu joqghodu fiha jew fl-inhawi taghha. Il-gaj li kien jarma Triq il-Konti Ruggieru kien immexxi minn certu Guliermu Micallef (Ta’ Onfohlu). Fost dawk li kienu jkunu mieghu insibu lil Kelinu Tonna, Wigi Borg, Ganni Cachia, Kelinu Cachia, Pawlu Ciangura, Kristinu Scerri, Pawlu Sammut, Frenc Ciantar, Guzeppi Abela (ix-Xlokk), Wistin Tonna, Majsi Tonna, Ganni Zammit u Pawlu Borg. Dawn kienu jiltaqghu ta’ kuljum fil-hanut ta’ mastrudaxxa li kellu Guliermu, fi Triq il-Kullegg u hemm kienu ta’ kull sena jahdmu d-disinni bil-liedna tal-karti tal-kulur. Il-flus biex jinxtara l-materjal kienu jingabru minn fost in-nies li kienu joqghodu fit-triq u benefatturi ohra.

L-Armar

crs_6.jpg

Ghalkemm zgur li l-parti ta l-armar ta’ l-ajru kienet l-aktar spettakolari; it-triq kienet tizzejjen ukull b’armar iehor. Dawn kienu jinkludu sittax-il antarjolu b’sett bandalori u sittax il-kolonna bi tlett faccati. Fuq dawn kienu jintramaw pilandri tal-liedna. Wara l-gwerra bdew jintramaw pilandri tal-hadid li kienu jinxteghlu bid-dawl. Il-gastri ta’ dawn il-kolonni kienu wkoll differenti minn dawk li wiehed hu mdorri jara; ghax kellhom il-forma ta’ rukkell. Dawn il-pilandri baqghu jintramaw sas-sebghinijiet ; meta twaqqfu minhabba legislazzjoni li kienet tillimita l-konsum ta’ dawl fil-festi.

Kienu jintramaw ukoll tnax il-kolonna ohra li fuqhom kienu jitpoggew sett angli. Erbgha minn dawn l-angli, li kienu jitpoggew f’salib it-toroq, kienu jzommu pilandra li kienet tinxteghel. Ta’ min jinnota li minn dawn il-pilandri hargu l-pilandri z-zghar li jintramaw mal-pedestall ta’ San Pawl u ma’ l-arkatura fuq iz-zuntier; kif ukoll dawk li jintramaw ma’ l-ark ta’ Triq il-Vittorja. L-angli kienu nhadmu l-Hamrun.

crs_5.jpg

Ma’ l-erbgha antarjoli li kienu jitpoggew f’salib it-toroq kienu jintramaw erbgha kolonni li llum jintramaw bhala trofej fi Triq San Pawl. Fuq dawn il-kolonni kienet titpogga vaska kbira li kienet timtela bil-palm.

Mat-tieni antarjolu minn kull tarf tat-triq kienu jintramaw sett trofejiet (triangli). Dawn l-erbgha trofejiet huma antiki; u nsibu li qabel ma kienu jintramaw fi Triq il-Konti Ruggieru kienu jintramaw fuq is-Saqqajja ghall-festa li kienet tfakkar il-helsien tal-Maltin mill-hakma gharbija mill-Konti Ruggieru fl-1090; li kienet tigi ccelebrata kull sena fit-8 ta’ Settembru.

L-ewwel u t-tielet antanjolu li ma kellhomx trofejiet kienu jintramaw bil-palm permezz ta’ gancijiet tal-hadid li kienu jitwahhlu ma’ l-antarjoli. Bejn kull antarjolu kienu jintramaw zewg kolonni; wahda b’pilandra u l-ohra b’anglu.

crs_7.jpg

F’nofs it-triq kienet tintrama kuruna kbira bil-pendenti taghha jaslu sa kull kantuniera. Din il-kuruna ma baqghetx tintrama minhabba li meta tinhakem mir-rih; kienet qed tikkawza hsara strutturali fil-hitan li kienet tkun imdendla maghhom. Barra minn hekk fit-tarf faccata tat-triq, in-naha ta’ Triq il-Buskett kien jintrama l-Anglu tal-Kolonna (li llum jintrama f’tarf Triq il-Kbira) ; filwaqt li man-naha ta’ l-iskola kienet tintrama l-pilanbda l-kbira (li wkoll illum qed tintrama fi Triq il-Kbira). Ix-xoghol fuq il-kolonni ta’ dan l-armar kien sar mid-dilettanti stess fl-Imdina, fil-hanut ta’ Censu (imsejjah il-Landa) li kien jaghmel it-twiebet. Dan il-hanut kien jinsab fejn illum hemm ix-Xara Palace Hotel. L-istatwa ta’ l-anglu kienet inhadment, bhall-angli l-ohra, l-Hamrun.

Bhal kull grupp iehor li kien jarma xi triq fil-festi taghna il-grupp ta’ Triq il-Konti Ruggieru ken dejjem jara kif jista’ jsebbah it-triq aktar. Fost il-pjanijiet li kien hemm ghal din it-triq insibu li kien hemm il-hsieb li jinbidlu l-kolonni ta’ l-angli u minflok isiru kollha parigg l-anglu tal-kolonna.

Jum il-Festa

crs_8.jpg

Nhar Corpus filghodu, Guliermu u Pawlu, maghruf bhala l-Bambocc, kienu jarmaw tapit ahmar tul Triq il-Konti Ruggieru kollha, Ta’ min jinnota li tapit bhal dan kien jintrama f’toroq ohra wkoll tul it-triq tal-processjoni izda din id-drawwa bdiet proprju minn Triq il-Konti Ruggieru. In-nies kienu johorgu il-qsari fuq il-bankini u kienu jwaddhu l-fjuri fit-triq minn fejn ikun se jghaddi s-Sagrament. Kienu jintramaw ukoll bramel bil-weraq tar-rand. Dawn il-bramel inhadmu ta’ l-apposta ghat-triq u kienu dekorati bi skulturi t’ucuh ta’ ljuni. Tul it-triq kienu wkoll jintramaw gastri bl-incens. Meta kien ikun ir-rih flok it-tapit kien jitwaddab ir-rand ma l-art.

1933: Il-Kungress Ewkaristiku Parrokjali

crs_10.jpg

Fl-1933 l-Arcikonfraternità tas-Ssmu. Sagrament sejhet Kungress Ewkaristiku fil-parrocca taghna sabiex tfakkar l-gheluq tad-dsatax il-Centinarju mit-twaqqif ta’ l-Ewkaristija. Ma setax jonqos li l-preparamenti ghal avveniment importanti bhal dan jaffettwaw anke l-aspett estern tal-Festi taghna. Hekk gara fi Triq il-Konti Ruggieru. Guliermu w shabu, minn snin qabel, hasbu sabiex jippreparaw halli jiddekoraw lit-triq taghhom b’mod spccjali kif kien jixraq ghal avveniment bhal dan. Ghalhekk insibu li fis-snin immedjatament qabel u wara l-1933, l-armar fl-ajru kien ferm differenti mis-soltu, rninhahba li ssaqqfet it-triq kollha. It-triq intramalha suffett b’emblemi catti u linef imdendla minn certu emblemi. Jghaqqdu dawn l-emblemi flimkien kien hemm ghadd ta’ disinni bil-liedna kkulurita. Ghalkemm it-triq issaqfet kollha kemm il-darba zgur li l-armar li ntrama fl-1933 kien ferm aktar sofistikat u spettakolari mis-snin l-ohra, kif wara kollox jixdhu r-ritratti li ttiehdu f’din l-okkazjoni.

1945 – Wara l-Gwerra

Fl-ewwel snin wara l-gwerra minhabba li ma kienx jinghata permess sabiex jintrama armar ma’ l-art, minflok bil-kolonni u l-antarjoli, it-triq kienet tintrama bi bnadar imwahhlin mal-hitan.

Tibdil fi-Armar matul is-snin

crs_1.jpg

Naturalment, l-armar ta’ kull triq jinbidel ferm matul is-snin. L-armar bil-liedna kkulurita baqa’ jintrama fi Triq il-Konti Ruggieru sa ftit wara l-gwerra, bejn wiehed u iehor l-1948. Minn haw nil-quddiem inisbu lib dew jintramaw pavaljuni tad-drapp. L-ewwel sett ta’ pavaljuni li kienu bl-iskrizzjonijiet fuq l-Ewkaristija kien u ngiebu r-Rabat minn Karmenu Tabone. Dawn il-pavaljuni kienu saru ghall-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913. Dawn il-pavaljuni servew ftit u gew mibdula b’sett gdid fil-hamsinijiet. Ghall-festi centinarji tal-Martirju ta’ San Pawl fl-1967 sar sett gdid ta’ pavaljuni u bandalori li baqghu jintramaw sal-1993, meta sar sett gdid.

L-armar fl-art naqas hafna. Dan gara minhabba t-tibdil strutturali li sar fis-sittinijiet meta tkabbret il-pjazza. Ghadd t’armar iccaqlaq minn postu sabiex il-pjazza tintrama b’mod aktar xieraq. Kif diga ghedna, it-triq baqghet tintrama bil-pilandri sas-sebghinijiet. L-ahhar darba li ntramaw il-kolonni, li minflok issa bdew jintramaw bil-palm kien fil-bidu tat-tmeninijet – meta kienet qed issirilhom hafna hsara minhabba li kienu qed jintramaw taht il-bankina.

Aktar Dettalji:
Manuel Sapiano – Triq Konti Ruggieru – Stil Uniku t’Armar (Il-Festi Taghna 1996)

Comments are closed.