Ghajn ta’ San Bastjan – Banda

Il-Banda

‘Issa’, qalli z-ziju Pawl, ‘Imissek titghallem strument.’
‘U hallih.’ Qaltlu z-zija, ‘jew se jistudja biex jidhol fil-Liceo, jew se joqghod jghajji mohhu bil-banda.’
‘U le. Il-muzika mhix se tfixklu. Hux hekk?’ U tbissimli. Jien erfajt spallejja.
‘Mhux xorta.’ Ghidt.
‘X’tixtieq titghallem ? Tridx titghallem il-klarinett? Jew il-kornu?’
‘Le, klarinett le. U l-anqas il-kornu.’
‘Ghaliex ? sbieh tant!’
‘Ghax ma nhobbx bokkini f’halqi.’
‘Mela xi trid iddoqq, ruhi? Il-kuntrabaxx jew it-tanbur?’
Ghall-hsieb biss tal-kuntrabaxx, itwal minni xibrejn jew tlieta qbadt nidhak.
‘It-tanbur, mela.’
Ghogbitni l-idea tat-tanbur. Bih inkun qisni suldat sejjer ghall-gwerra, u s-suldati dejjem ghogbuni.

Iz-ziju mar il-kazin, u tkellimli, u hallew it-taghlim f’idejn Karmnu tal-Bott, li jdoqq il-bumbardun. Is-surmast, kitibli partitura ta’ zewg faccati, bl-isem ‘Fantasia per tamburro’, imma qabel ma ndoqq dik kien jehtiegli nistudja hafna.

Karmnu kitibli ‘metodu’, u ta’ kuljum fil-hamsa mmur ghandu biex jghallimni s-solfegg. Malli jasal mix-xoghol, tal-gebel, anqs biss ibiddel il-flanella, izda jahsel idejh, inewlulu bott te bil-halib, nintasbu fil-logga bil-karti weqfin quddiemna, u nibdew.

Karmnu jhabbat it-temp b’subghu u jien nghanni: ‘Do-o-o-o; do-do-do-do-o; do-do-o-o-o; dodo-ddoddodo-o.’ Idejn Karmnu, ghalkemm hasilhom tajjeb, malli jinxfu jibdew jibjadu bit-trab tal-gebel.

Mhix tqila l-muzika, l-aktar ghalija li nistudja fuq nota wahda biss. Tghallimt is-‘Semi Breve’, it-tqassim, l-aspetti, it-tempi ta’ l-erbgha, tat-tnejn, tat-tre-ottavi. Insomma naqra l-muzika qisni qed naqra l-Ingliz jew it-Taljan. Ftit iehor u jaghtuni l-istrument.

Igri jasal dak il-jum!

Comments are closed.