Kuncerti
Bdejt nikkuncerta mal-banda. Is-surmast Vitaliti siefer, u minfloku gie wiehed twil u rqir, u nervuz, jismu Bellizzi. Ningabru fil-bitha tal-kazin, hu wieqaf fuq bradella, dahru mal-vaska tal-hut, u ahna mgeddsin kif nistghu, ghalissa, sakemm ilestu s-sala ta’ fuq. Din il-bitha gejja sala tal-billiard.
Hdejja, fil-lemin Pietru iheggigni biex infittex nitghallem biex hu jaqbad il-baxx, u fix-xellug Damu, ckejken u meqjus fil-kliem u fid-daqq tal-katuba. U s-surmast Bellizzi jghajjat: “Dacapo, isa! Mill-bidu! Ghax il-Fedora anqas biss fejn toqghod ghadna ma nafu!
Ma damx wisq maghna Bellizzi, u floku gie s-surmast Censu Ciappara. Ma jcanfarniex bhall-iehor, imma fitt daqsu. Dalwaqt jasal Corpus u dak in-nhar se ndoqq fil-marc.
Darba minnhom domna sejrin bil-provi sal-hdax ta’ bil-lejl. Kelli nghas kbir, u serraht dahri mal-hajt, indoqq nofsi rieqed. Hin minnhom nisma’ dahk kbir, u nara l-kulhadd ihares lejja. Kont irqadt u bqajt intambar, u meta l-banda waqfet it-tanbur baqa’ sejjer wahdu!