IS-SOCJETA’ MUTUO SOCCORSO ‘KONTI RUGGIERU’

IS-SOCJETA’ MUTUO SOCCORSO ‘KONTI RUGGIERU’

msoccorso_3.jpg

Fis-Seduta tas-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru li kienet saret fl-1 ta’ Ottubru 1916, is-socju Guzeppi Borg ghamel proposta sabiex fi hdan is-Socjeta’ San Pawl tigi mwaqqfa ‘Mutuo Soccorso’, liema fondazzjoni tkun tista’ taghti ghajnuna fil-mard lis-socji w bandisti tas-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru. Ghal uhud mill-membri prezenti f’din is-seduta deher li din il-proposta tinvolvi bicca xoghol iebsa, izda l-President ta’ dak iz-zmien il-Konti Dr. Alfredo Caruana Gatto deherlu li l-proposta kien fiha x’wiehed jahseb fuqha, u hekk gara ghaliex il-proposta ta’ twaqqif tas-Socjeta’ Mutuo Soccorso baqghet tberren f’mohh il-President sa kemm l-istess President iddecieda li tigi mwaqqfa. Fil-fatt nsibu li l-Konti Dr. Alfredo Caruana Gatto nnifsu pprepara r-regolamenti ta’ din is-Socjeta’ u f’seduta li sejjah fil-11 ta’ Frar 1917 quddiem 126 Socju u Bandisti fahhar il-hsieb sabih tas-Sur Guzeppi Borg u accerta lil kull min kien prezenti li din is-Socjeta’ Mutuo Soccorso imwielda fi hdan is-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru kienet ser isservi ta’ ghajnuna sabiha u fejjieda ghal dawk is-Soci u Bandisti li jigu bzonnha. Meta l-membri appruvaw dak li qal il-President, l-istess President qara r-regolamenti ta’ din is-Socjeta’. Hekk kif is-seduta approvat dawn ir-regolamenti, l-President talab biex jigu maghzula s-Segretarju u t-Tezorier biex ikunu jistghu jmexxu din is-Socjeta’. Bhala Segretarju gie maghzul l-Avukat F. Wirth u bhala Tezorier is-Sur F. Pace Axiak, li kien negozjant maghruf.

msoccorso_1_001.jpg

Is-Socjeta’ barra li ddecidiet skond ir-regolamenti li jigi moghti sussidju lil min jimrad gie deciz ukoll skond ir-regolamenti li min jimrad ghandu dritt li jkollu l-visti tat-tabib tas-Socjeta’ b’xejn u ghandu dritt ukoll ghal medicina b’xejn. Ghalhekk is-Socjeta’ Mutuo Soccorso sejhet seduta fis-27 ta’ Frar 1917 biex jigu nnominati t-tabib tas-Socjeta’ u l-ispizjar tas-Socjeta’. L-ghazla waqghet fuq it-Tabib Felice Formosa u s-Sur Luigi Naudi bhala spizjar. Meta t-Tabib Formosa irrezenja fis-26 ta’ Lulju 1919 il-Kumitat innomina bl-approvazzjoni tas-Soci lil Dr. Salvatore Muscat li dam tabib tas-Socjeta’ sas-sena 1932. Wara gie nnominat Dr. Joseph Micallef. Meta Dr. Micallef ta’ r-rizenja lis-Socjeta’ fis-sena 1943, giet imsejha seduta fil-11 t’April 1943 biex is-Soci jaghzlu tabib gdid ghas-Socjeta’. Ken hemm erba’ tobba li kienu lesti jservu f’din il-kariga, u meta saret il-votazzjoni mis-Soci l-ghazla waqghet fuq it-tabib il-Kavallier Joseph Bugeja, liema tabib gie maghuzl fil-11 t’April 1943. Is-Socjeta’ Mutuo Soccorso biex trodd hajr lit-tabib taghha il-Kav. Joseph Bugeja fis-sena 1985 ghamlet pittura-ritratt tieghu bhala gratitudni ghas-servizz twil u disinteressat lejn is-Socjeta’. Din il-pittura maghmula mill-pittur Esprit Barthet, tqieghdet fis-sala principali tas-Socjeta’ San Pawl. Ta’ min isemmi li t-Tabib Bugeja ghamel il-fuq minn hamsin sena iservi bhala tabib tas-Socjeta’.

msoccorso_4.jpg

Fis-seduta tal-Kumitat li saret fit-28 t’Awissu 1917 gie deciz li ghandha ssir bandalora tas-Socjeta’, u ghal dan il-ghan giet mahtura kummissjoni kompsota mis-Sinjuri Guzeppi Borg, Carlo Scicluna u Guzeppi Bartoli, biex flimkien jigbru l-flus mehtiega kif ukoll jistharrgu dwar l-ghamla taghha. In-Nutar Francesco Catania ha l-inkarigu li jaghmel hu stess id-disinn ta’ din il-Bandalora, filwaqt li l-hjata u ornamenti ohra gew maghmula mis-Sur Guzeppi Busuttil li dak iz-zmien kien kuratur tal-Kazin, ir-rakkmu nhadem ghand is-Sorijiet ta’ Fra Diegu l-Hamrun. Din il-Bandalora giet ipprezentata mill-Gvernatur ta’ Malta, Field Marshal Lord Methuen nahr il-Hamis tal-Festi ta’ Corpus Domini tas-sena 1918. F’seduta li saret fis-16 ta’ Gunju 1918, il-Gvernatur Lord Menthuen gie mahtur l-ewwel President Onorarju tas-Socjeta’ Mutuo Soccorso, kariga li Lord Menthuen accetta bl-akbar pjacir. L-ewwel dehra ta’ din il-Bandalora fil-pubbliku kienet f’Ottubru 1919 meta miet Guzeppi Borg fil-fjur ta’ hajtu. Guzeppi Borg kien il-promotur ghall-holqien tas-Socjeta’ Mutuo Soccorso u kien l-istess bniedem li tant thabat biex issir il-Bandalora msemmija.

msoccorso_2.jpg

Biex jigi mfakkar gheluq il-50 sena mit-twaqqif tas-Socjeta’ Mutuo Soccorso fis-7 ta’ Mejju 1967 fil-Proto-Parrocca u Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat saret quddiesa li giet iccelebrata mill-Eccellenza Tieghu Mons. E. Galea. Wara l-quddiesa l-Ecc Tieghu kixef lapida kommemorattiva. Fl-istess gurnata fil-Kazin San Pawl saret serata Musico-Letterarja bis-sehem ta-Banda Konti Ruggieru taht id-direzzjoni tas-Suramast Vincenzo Ciappara. Saru wkoll diskorsi mis-Sur Publius Farrugia, President tas-Socjeta’, mill-Prokuratur Legali, is-Sur Pawl Saliba, mill-Prof. Joseph Galea, mill-Illsmu Imahallef A. J. Montanaro Gauci kif ukoll is-Sur Pawlu Tonna, segretarju ta’ l-istess Socjeta’. Din is-serata nzammet taht il-patrocinju ta l-Ecc. Tieghu Mons. E. Galea. F’din is-serata it-tabib tas-Socjeta’, il-Kav. Joseph Bugeja gie moghti rigal ghas-serviss disinteressat tieghu lejn is-Socjeta’.

Ghalkemm illum is-Socjeta’ Mutuo Soccorso ghadha hajja, m’ghadiex regolarment tezercita l-iskop wahdieni li ghaliha missirjietna waqqfuha – dak li taghti l-ghajnuna socjali waqt il-mard lis-Soci u Bandisti tas-Socjeta’ San Pawl. Madanakollu, illum li qeghdin nghixu w immissu aktar l-ghajnuna socjali statali waqt il-mard nistghu aktar napprezzaw u nfahhru l-hsieb li kellhom is-Soci ta’ qabilna meta fl-1917 waqqfu din is-Socjeta’. Huwa tajjeb li nkunu kburin li fost il-Kazini ta’ Malta u Ghawdex kienet l-ewwel is-Socjeta’ taghna li waqqfet fi hdana ‘Socjeta Mutuo Soccorso’; sabiex ferm qabel l-istat toffri sistema ta’ ‘servizzi socjali’ ghall-membri taghha.

Aktar Dettalji:
Pawlu Tonna: Is-Socjeta Mutuo Soccorso (Il-Festi Taghna 1987)

Comments are closed.