‘PATRIJOTTIKA’

‘PATRIJOTTIKA’
TITOLU MOGHTI LIL BANDA KONTI RUGGIERU

patrijottika_3.jpg

Fost il-hafna dokumenti importanti li nsibu fis-Segreterija tal-Kazin San Pawl u li jaghtuna taghrif interessanti dwar l-Istorja ta’ l-istess Banda Konti Ruggieru, nsibu l-programmi muzikali stampati f’forma ta’ kartolina li daqqet il-Banda Konti Ruggieru matul is-snin. Minn dawn il-programmi wiehed jista jara il-livell ta’ muzika klassika li tkun ndaqqet, ta’ liema kompozitur hija t-traskrizzjoni ghal grande banda, minn kien is-Surmast Direttur, kif ukoll ghal liema okkazjoni tkun daqqet il-Banda. Dettal li forsi gieli ma nkunux tajna kaz izda, huwa t-titolu li tkun giet moghtija l-Banda. Hekk per ezempju l-Banda Konti Ruggieru nsibuha maghrufa bhala Nazionale, Cittadina u Popolari. Permezz ta’ dan l-artiklu sejrin naghtu harsa lejn titolu li l-Banda Konti Ruggieru giet moghtija u li forsi ma tantx naghtu kaz. Qieghed nirreferi ghat-titolu ta’ Banda Patrijottika.

Sabiex nifhmu ahjar ghaliex gie moghti dan it-titolu rridu nzommu f’mohhna f’liema sfond u zmien twaqqfu l-Baned Maltin kif nafuhom illum. Qed nirreferu ghal zmien meta f’Malta beda jinhass il-bzonn li l-Poplu Malti jkollu nifs gdid f’dak li jaghmel, jkollu l-identita’ tieghu. Kien zmien anke meta bdew jitwaqqfu l-Partiti Politici sabiex jaghtu vuci lill-Poplu Malti. B’hekk naraw mill-ewwel is-sehem tal-Baned Maltin f’attivitajiet organizzati mill-istess Partiti Politici. Hekk nistghu nsemmu s-sehem tal-baned Rabtin L’Isle Adam u Konti Ruggieru meta dawn daqqew flimkien f’dimostrazzjoni tal-Partito Nazionale li saret fil-Belt Valletta fl-1884. Naraw ukoll li fost id-dirigenti fl-amministrazzjoni tal-Baned nsibu nies prominenti hafna fil-politika, bhal fil-kaz tal-Banda Konti Ruggieru li fiz-zmien li qed nitkellmu minnu nsibu, lill-Avukat, aktar tard Imhallef, Agostino Naudi li kien johrog mal-Partito Nazionale ta’ Fortunato Mizzi.

Nsibu ukoll is-sehem tal-Banda Konti Ruggieru meta is-Sur Mallia Tabone gie elett Kunsillier ta’ l-Imdina. Sabiex jirringrazzja lill-elettorat tieghu, flimkien mas-Sur Savona, is-Sur Mallia Tabone tela’ ir-Rabat fejn kien milqugh mill-Banda Konti Ruggieru u mill-Banda tas-Siggiewi. Huwa anke mar il-Kazin San Pawl fejn ghamel diskors lis-Soci u wara kien akkumpanjat sabiex imur il-Belt Valletta mill-Vici President tal-Kazin San Pawl, l-Avukat Annetto Montanaro. Ta’ min isemmi li ghal din l-okkazjoni l-Banda Konti Ruggieru kellha l-istandard tal-Papa li l-istess Mallia Tabone kien ghadu kif irregala ghall-okkazjoni tal-Festa ta’ Corpus Domini ta’ dik l-istess sena 1892. Ghaldaqstant f’kull okkazjoni li seta’ kien hemm sabiex tigi organizzata xi Festa Nazzjonali b’tema patrijottika nistghu naraw li l-Baned ma joqghodux lura.

Festa Nazzjonali lill-Konti Ruggieru

patrijottika_8.jpg

Sabiex jitfakkar it-tmin centinarju mill-Migja f’Malta tal-Konti Ruggieru, La Societa’ Filarmonica Conte Ruggiero organizzat Festa Nazzjonali fir-Rabat li l-qofol taghha ntlahaq nhar l-Hadd 28 ta’ Settembru 1890. Mill-gurnali, li taw deskrizzjoni ta’ x’sar ghal din il-Festa, naraw li Triq il-Kbira, l-istess Triq li fiha nsibu l-Kazin San Pawl is-sede tal-Banda Konti Ruggieru, kienet armata bi trofej u tant armar sabih iehor kif kienet tkun armata Pjazza San Gorg fil-Belt Valletta ghal Festa tat-8 ta’ Settembru. Il-Kazin San Pawl ukoll kien armat kif jixraq ghal din l-okkazjoni u l-aktar li spikka kien il-kwadru kapolavur ta’ l-artist Malti Giuseppe Cali li gie mpitter u rregalat lill-Kazin San Pawl fl-1885. Dan il-kwadru juri lill-Konti Normann bil-bandiera bajda u hamra. Dwar dan gie moghti wkoll taghrif mill-istess gurnali. Id-deskrizzjoni tal-Festa turina li fl-10 ta’ fil-ghodu tal-Hadd 28 ta’ Settembru 1890, l-istatwa tal-Konti Ruggieru giet mehuda mill-Kazin San Pawl sal-Pjazza Parrokkjali akkumpanjata mill-Banda Konti Ruggieru fost il-briju u l-ghajjat ta’ ‘Viva sempre il Conte Ruggiero’, ‘Viva il nostro Liberatore’, ‘Viva sempre l’insigne Benefattore.’ Ghal din l-okkazjoni il-kor tat-tfal li akkumpanja bil-kant lill-Banda Konti Ruggieru, kanta Innu Marc gdid komposizzjoni tas-Surmast Antonio Agius, li kien ‘capobanda’ u ‘maestro di musica’ ta’ l-Orfanatrofio. Fil-ghaxija waqt’ il-programm muzikali kien hemm mixghela u hruq tan-nar. Wiehed mill-artikli fil-gurnali spicca bil-kliem ‘Viva la Patria!’, ‘Viva sempre il Conte Ruggiero!!’.

Din it-tifkira kellha tkun punt tat-tluq ghar-Rabtin sabiex tibda tigi organizzata fl-Imdina u fir-Rabat Festa Nazzjonali ta’ kull sena lill-Konti Ruggieru. Fil-fatt naraw li r-Rabtin kienu ilhom jixtiequ jaghmlu din il-Festa Nazzjonali. Tant huwa hekk illi kellu jkun is-Sur Mallia Tabone sabiex jhabbrek biex jibda jinghata il-permess ghall-organizazzjoni tal-Festa. Il-Gvern ta’ dak iz-zmien kien jaghti l-profitti ta’ mitt Lira mit-tombla li kienet tigi organizzata fuq il-fosos tal-Floriana.

patrijottika_6.jpg

Tant kibret din ic-celebrazzjoni li ghall-Festa Nazzjonali ta’ l-1893 kien anke gie pubblikat ktejjeb dwar il-Konti Ruggieru u x’kellu jsir nhar il-Hadd 24 ta’ Settembru ta’ l-istess sena, Jum il-Festa. Ghal din l-okkazjoni s-Surmast Rabti Antonio Epifanio Agius, li kellu jkun Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru bejn l-1902 u l-1920, kkompona Inno Marcia Nazionale Conte Ruggiero ghal kliem bit-Taljan tal-Kanoniku Kolleggjali Gio Batta Micallef, li kien Rettur tas-Santwarju Nazzjonali Grotta ta’ San Pawl. Aktar tard fis-seklu ghoxrin il-kliem ta’ dan l-Innu Marc gie maqlub ghal Malti mill-Poeta Dun Frans Camilleri.

Sabiex nkomplu napprezzaw ir-raguni ghaliex din il-Festa kienet popolari ghandna nifhmu li l-Konti Ruggieru kien dejjem meqjus bhala benefattur kbir ta’ pajjizna b’mod specjali ghaliex huwa mizmum li heles lil Malta mill-hakma Gharbija u waqqaf il-Katidral ta’ l-Imdina. Illum il-gurnata studjuzi ta’ l-era Normanna qeghdin izommu li kien l-istess Konti Normann li seta’ beda il-Krocjati ghal Art Mqaddsa. Dan il-fatt li nikkonsidraw lil Konti Ruggieru bhala persunagg kbir nibqghu narawh ukoll mill-programmi muzikali li kienet ttella’ l-Banda Konti Ruggieru ghal Festa tal-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fi Pjazza Saqqajja. Fil-kartolina li harget ghal Festa tal-Konverzjoni f’Jannar 1930 naqraw hekk:

patrijottika_2.jpg


Il 25 Gennajo 1930 nella Chiesa Cattedrale ed Arcivescovile
di Malta fondata dal magnanimo Conte Ruggiero si celebra’ la
Festa della Conversione dell’Appostolo S. Paolo.
Nello stesso giorno la Filarmonica che porta il nome
del Grande Apostolo nostro Padre e del magnanimo Fondatore
rallegra’ il publico in Piazza Sakkaja Rabato
dalle 3-30p.m. in avanti con un scelto programma musicale.’

Festa Civika fir-Rabat

Nhar il-Hadd, 12 t’Ottubru 1896 saret Festa fir-Rabat sabiex tfakkar l-Ghaqda ta’ Malta ma l-Ingilterra. Il-Banda Konti Ruggieru hadet sehem ukoll f’din il-Festa flimkien mal–Baned L’Isle Adam, Duke of Edinburgh, Prince of Wales u tal-King’s Own Lancaster Regiment.

Il-Festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru fir-Rabat u f’Had-Dingli

Saz-zmien qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija kienet baqghet tigi ccelebrata l-Festa Nazzjonali lil Konti Ruggieru, meta mbaghad il-Festa ta’ kull Settembru bdiet tkun aktar meqjusa bhala l-Festa li tfakkar meta Malta harget rebbieha fuq l-ghadu Tork fit-8 ta’ Settembru 1565. Hekk per ezempju nsibu li ghal Festa ta’ Settembru ta’ l-1910, il-Banda Konti Ruggieru daqqet l-Inno agli Eroi del 1565, komposizzjoni tas-Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru, Antonio Epifanio Agius.

Proprju fl-ewwel sena wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-Kumitat tal-Banda Konti Ruggieru hajjar lil xi whud minn Had-Dingli li kellhom ghal qalbhom dak kollu marbut ma dan ir-Rahal sabiex jibdew jorganizzaw il-Festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, Festa li kif qed naraw kellha origini fondi hafna fir-Rabat. Proprju hekk gara, u id-Dinglin stiednu lill-istess Banda Konti Ruggieru sabiex tesegwixxi Programm Muzikali. Din il-Festa Nazzjonali f’Had-Dingli baqghet issir sal-1939, proprju qabel faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet baqghet tigi mistiedna dejjem il-Banda Konti Ruggieru.

patrijottika_7.jpg

Il-Festa li tfakkar it-8 ta’ Settembru kompliet tikber sewwa fir-Rabat fis-snin ghoxrin tas-seklu ghoxrin meta il-Banda Konti Ruggieru kienet taht id-Direzzjoni tas-Surmastrijiet Giuseppe Vitaliti (1920 – 1927) u Francesco Bellizzi (1927 – 1928.) Mill-programmi ta’ din il-Festa naraw li Pjazza Saqqajja kienet tigi armata sewwa u mixghula. Il-Banda Konti Ruggieru kienet taghmel marc alla veneziana qabel il-programm muzikali. Kien proprju f’dawn iz-zminijiet ukoll meta il-Banda Konti Ruggieru kienet tigi indirizzata bhala Patrijottika.

Il-Kantata, ‘Lir-Rebbieha ta’ l-1565’ ta’ Vincenzo Ciappara

Fost ix-xogholijiet muzikali ta’ Vincenzo Ciappara, ir-Re tal-marci Maltin, li kien Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru bejn l-1928 u l-1979, insibu l-Kantata ‘Lir-Rebbieha ta’ l-1565’, li ghandha l-kliem tal-Kavallier Guze Muscat Azzopardi. Din il-Kantata tibqa’ l-aktar imsemmija meta l-Banda Konti Ruggieru taht id-direzzjoni ta’ l-istess Vincenzo Ciappara daqqetha fil-Pjazza tal-Palazz fil-Belt Valletta nhar id-9 ta’ Settembru 1938 proprju fil-Festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru. Din il-Kantata hija maghmula ghal tenur u baxx flimkien mal-kor tat-tfal.

Xogholijiet muzikali b’tema Patrijottika

patrijottika_1.jpg

Filwaqt illi qeghdin insemmu l-Kantata ta’ Vincenzo Ciappara tajjeb li naghtu harsa lejn xogholijiet ohra muzikali li jinsabu fl-arkivju muzikali rikk ta’ l-istess Banda Konti Ruggieru u li ghandhom tema patrijottika.

Ta’ min jinnota li fl-ewwel programm muzikali li tellghet il-Banda Konti Ruggieru f’Settembru ta’ l-1869 taht id-Direzjoni tas-Surmast Epifanio Agius hija daqqet il Quadrilla, Malta tas-Surmast Tommaso Galea. Wara li diga semmejna l-Innijiet tas-Surmast Agius, Inno Marcia Nazionale Conte Ruggiero u Inno agli Eroi del 1565, tajjeb insemmu wkoll l-Marcia Sinfonica Grande Normanno tas-Surmast Giuseppe Vitaliti. Din indaqqet mill-Banda Konti Ruggieru ghal Festa Nazzjonali fil-5 t’Ottubru 1924. Komposizzjoni ohra ta’ Vitaliti hija zgur l-Innu mmortali tal-Banda Konti Ruggieru miktub fl-1929. Dan l-Innu ghandu l-kliem bit-Taljan ta’ l-istess Surmast Vitaliti filwaqt illi s-Sur-Kalcidon Sammut kitbu bil-Malti.

patrijottika_4.jpg

Xogholijiet muzikali ohra ta’ Vincenzo Ciappara nsibu l-Marcia Sinfonica Bianca e Rossa, Bajda u Hamra, bhal kuluri tal-bandiera tal-Konti Ruggieru u ta’ Malta. Nsibu wkoll l-Marcia Sinfonika Malta. Hekk kif spiccat it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-baned Maltin dahlu gewwa l-Belt Valletta sabiex jiccelebraw ir-Rebha fuq l-ghadu Nazista, il-Banda Konti Ruggieru dahlet timmarcja bid-daqq tal-marc brijuz ‘Victory.’ Dan huwa zgur xoghol li huwa mfakkar minn kull banda ta’ Malta u Ghawdex. Meta qeghdin infakkru t-Tieni Gwerra Dinjija u lil Vincenzo Ciappara, rridu wkoll insemmu l-Elegy, ‘The Gallant Defenders of Malta’ miktuba fl-1943 sabiex tfakkar lil dawk il-Qalbiena li hallew hajjithom ghal Malta matul is-snin kiefra tal-Gwerra. Komposizzjoni ohra ta’ Ciappara huwa l-Innu Marc lil Banda Konti Ruggieru miktub fl-1976 ghal kliem tal-Poeta Dun Frans Camilleri. Dan l-Innu gie miktub sabiex jindaqq mill-Banda Konti Ruggieru fil-jiem tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl, specjalment nhar l-ahhar tat-Tridu tal-Festa Titulari meta l-Banda Konti Ruggieru ghada takkumpanja l-istatwa tal-Konti Ruggieru sabex tfakkar dik il-Festa Nazzjonali li bdiet ssir sa mill-1890.

Fl-arkivju muzikali tal-Banda Konti Ruggieru insibu wkoll komposizzjonijiet tal-Professur Joseph Vella, is-Surmast Direttur prezenti, b’tema patrijottika. Nirreferu ghal Poema Sinfonika Malta Rebbieha, li hija miktuba f’moviment wiehed bi tlett sezzjonijiet distinti. Dawn huma mmarkati Allegro Moderato, Tempo di Marcia Funebre u Allegro. F’din l-atmosfera ta’ ferh, biex jaghti xejra Nazzjonali, il-kompozitur jikkwota referenzi qosra mill-Innu Malti. Komposizzjoni ohra hija l-Innu Rewwixta. Ghal l-okkazjoni ta’ gheluq il-125 sena mit-twaqqif tas-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru, il-Professur Joseph Vella kkompona Omaggio Banda Conte Ruggiero.

L-Innu Malti u fatti ohra

patrijottika_5.jpg

Jekk qeghdin insemmu l-Konti Ruggieru u l-Patrijottizmu ma nistghux ma nsemmux is-serata tejatrali li saret fit-Tejatru Adelfi tar-Rabat nhar il-Hadd, 27 ta’ Mejju 1923. Il-Kumpanija Filodrammatika ‘Amore’, li l-membri taghha kienu jiffrekwentaw il-Kazin San Pawl tellghu (nikkwotaw lill-istess manifest ta’ l-1923) Rappresentazioni Patriottica bil famus Dramm Storicu b’6 atti u xi quadri ta Aureliu Camilleri, ‘Il Conti Ruggieru f’Malta jeu Helsien tal Maltin mis-Seracini’. Din is-serata saret b’risq il-Festa ta’ Corpus Domini u fl-intervalli l-Banda Konti Ruggieru kellha ddoqq programm muzikali taht id-Direzzjoni tas-Surmast Giuseppe Vitaliti. Irridu nghidu li Aurelio Camilleri, l-awtur ta’ dan id-dramm kien jifforma parti mill-Kumitat Organizzattiv tal-Festa Nazzjonali lill-Konti Ruggieru tal-1893. Fil-fatt f’dak il-Kumitat huwa kien jokkupa l-posizzjoni ta’ Revizur tal-Kontijiet.

Li huwa interessanti u hafna mportanti ghal dan kollu li qeghdin nghidu huwa l-fatt illi fl-istess manifest li hareg naqraw li f’dik il-lejla Patrijottika kellu jitkanta ghall-ewwel darba fil-pubbliku l-INNU MALTI proprju fit-8 u nofs.

Fatti zghar ohra li jghinuna nifhmu ahjar is-sehem patrijottiku li tat is-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru huwa li fl-Assemblea Nazzjonali tas-7 ta’ Gunju 1919, il-President effettiv tas-Socjeta’ il-Konti Nobbli Dottor Alfredo Caruana Gatto kellu sehem importanti. Huwa kien tela’ fis-Senat fl-ewwel legislatura ta’ l-1921 jirraprezenta lin-Nobbilta’. F’din il-legislatura nsibuh Ministru tal-Gustizzja fejn dam jokkupa din il-kariga sa Ottubru 1922.

Il-President Emeritus tas-Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru, is-Sur Publius Farrugia flimkien mas-Sur Antonin Spiteri li kien Segretarju tas-Socjeta’ kienu hadu sehem f’isem l-istess Socjeta’ San Pawl Banda Konti Ruggieru fl-Assemblea Nazzjonali ta’ l-1944.

Malta Indipendenti, Malta Repubblika, Malta Hielsa

Ma setax jonqos ghalhekk illi l-Banda Konti Ruggieru tiehu sehem fil-Festi li kienu saru f’Malta fl-1964 meta Malta saret Indipendenti, fl-1974 meta Malta saret Repubblika u fl-1979 meta Malta saret Hielsa minn kull okkupazjoni barranija.

Illum il-gurnata, il-Kumitat Amministrattiv ta’ l-istess Banda Konti Ruggieru qieghed jahseb sabiex il-Programm Muzikali mtella’ ghal okkazjoni ta’ Jum ir-Rabat f’Settembru, jkollu Tema Patrijottika, sabiex tibqa’ mfakkra dik it-tradizzjoni mibdija minn missirijietna sa minn ghexur ta’ snin ilu.

Aktar Dettalji:
Aristarco Cefai – ‘Patrijottika’: Titolu moghti lil Banda Konti Ruggieru (Il-Festi Taghna 2003)

Comments are closed.