Is-Surmast Antonio kien gej minn familja ta’ muzicisti u l-ewwel edukazzjoni fil-qasam tal-muzika x’aktarx li hadha minghand missieru Epifanio. Lejn l-ahhar tas-seklu dsatax insibu il-Antonio Surmast Direttur tal-Baned Pinto ta’ Hal Qormi, La Stella tar-Rabat Ghawdex u San Mikiel ta’ Haz-Zabbar.
Fil-1893 kiteb Innu Nazzjonali lill-Konti Ruggieru. Dan l-Innu ghadu jindaqq sal-lum. Il-kliem bit-taljan kien sar mir-Rettur tal-Grotta ta’ San Pawl, il-Kanoniku Kolleggjali Gio Batta Micallef u aktar tard gie maqlub ghal Mati minn Dun Frans Camilleri.
Fl-1902 lahaq Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru fejn dam sa l-1920. Insemmu li taht idejh il-Banda ghamlet progress kbir. Kienet tigi mistiedna mill-Gvernatur Leslie Rundle biex iddoqq fil-Palazzi kemm ta’ San Anton kif ukoll tal-Buskett. Il-Banda kienet tkun mistiedna ukoll f’hafna mill-festi Maltin.
Fost ix-xogholijiet ta’ dan is-Surmast insibu: Innu Kbir lir-Rebbieha ta’ l-1565 kif ukoll Innu Vescovili li nkiteb fl-1915 ghall-okkazjoni ta’ l-Ingress ta’ l-Isqof Mauro Caruana. Dan l-Innu kien indaqq mill-istess Banda Konti Ruggieru li kienet akkumpanjata minn kor tat-ifal biex ikantaw dan l-Innu. Kiteb ukoll polka ‘L’Amicizia’.
Antonio Agius miet fit-28 ta’ Jannar 1934 u fil-funeral tieghu kien akkumpanjat mill-Banda Konti Ruggieru. Jinsab midfun fil-qabar numru wiehed fil-Karnierja ta’ l-Oratorju ta’ San Guzepp tar-Rabat.