![]() |
Wara li kien ghadu kif spicca minn Surmast Direttur tal-Banda La Valette, fl-1920 huwa lahaq Surmast tal-Baned Konti Ruggieru u Queens Own ta’ l-Isla. Taht dan is-Surmast il-Banda Konti Ruggieru hadet xejra aktar professjonali u moderna u l-Banda kienet tghodd mas-sebghin bandist. Is-Surmast Vitaliti mill-ewwel beda jahdem biex tingieb strumentatura gdida ghall-Banda, holma li ma lahaqx jaraha ssehh.
Fost il-komposizzjonijiet tieghu nsibu bosta marci sinfonici bhal: ‘Il Grande Normanno’, ‘Sempre Forti’, ‘Amitie’, ‘Giulio Cesare u ‘Campane a Festa’. Kiteb ukoll marcia fantastica ‘Sylvana’, marcia militare ‘L’Armee’ u l-marci ‘Trinaeria’ u ‘Veramico’. Ghall-Banda ta’ l-Isla kiteb l-Innu Kbir fl-1921 ghall-okkazjoni ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Bambina. Izda zgur li l-aktar bicca xoghol li tibqa’ msemmija fl-istorja tal-Banda Konti Ruggieru hija l-Innu Ufficcjali ta’ l-istess Banda li huwa kiteb f’Mejju ta’ l-1929 ‘in segno di affettuoso ricordo’. Ta min isemmi li l-kliem ghal dan l-Innu inkiteb mill-istess Vitaliti u gie tradott ghall-Malti minn Kalcidon Sammut.
Minhabba sahhtu fl-1927 Giuseppe Vitaliti kontra qalbu kellu jhalli Malta u jerga’ jingabar Milan. Kien fi hsiebu jerga’ jirriftorna izda t-tobba kienu ordnawlu jibqa’ pajjizu fejn aktar tard huwa miet.