Joseph Vella, twieled gewwa l-Belt Victoria t’Ghawdex minn Ganni u Annunzjata nee Attard fid-9 ta’ Jannar 1942. Tghallem il-pjanu u l-vjolin taht missieru li kien Surmast Direttur tal-banda La Stella ta’ l-istess belt. Kompla l-istudji muzikali tieghu ma diversi Kulleggi taht Professuri barranin fejn fl-1967 kiseb il-‘Fellowship Diploma’ fil-komposizzjoni mill-Kullegg tal-Muzika ta’ Londra. Fl-1970 huwa attenda kors intensiv fl-Italja fil-komposizzjoni moderna taht Franco Donadoni u fid-direzzjoni taht Franco Ferrara. Fl-1971 gab il-B.Mus. mill-Universita’ ta’ Durham u fl-1972 rega’ attenda kors taht l-istess Franco Ferrara fit-Tejatru La Fenice ta’ Venezja.
Ta’ 16-il sena s-Surmast Vella kkompona l-ewwel bicca muzika li kienet ‘Three Mood Pieces’. Minn dakinhar bhala kompositur huwa kiteb xogholijiet kemm orkestrali, chamber u korali. Hafna minn dawn il-komposizzjonijiet gew esegwiti fl-Italja, Franza, il-Germanja, il-Portugall, l-Ingilterra, l-Irlanda, it-Turkija, l-Istati Uniti u fil-Lvant Imbieghed. Kiteb ukoll l-Oratorji ‘Madonna tas-Sacro Cuor’, ‘Demm fuq il-Verna’ kif ukoll il-Kantata ‘Il-Belt Rebbieha’. Lis-Surmast Vella nsibuh ukoll kompozitur ta’ marci brijjuzi, marci funebri, innijiet u xogholijiet ohra sagri bhal antifoni u quddies fosthom il-Quddiesa in Re Maggiore.
Bhala Direttur is-Surmast Vella dderiega hafna orkestri fl-Ewropa kif ukoll fil-Gappun. Lahaq Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru fl-1974, u proprju fl-1999 meta il-Banda Konti Ruggieru ccelebrat gheluq l-25 anniversarju ta’ dan l-avveniment l-Banda Konti Ruggieru harget CD bil-komposizzjonijiet tal-Professur Vella.
Lis-Surmast Vella nsibuh ukoll jiehu nteress kbir fil-komposizzjonijiet Maltin u Taljani tas-17 u t-18-il seklu li jinsabu fl-arkivji muzikali tal-Katidral ta’ l-Imdina. Bil-kuncerti li huwa jaghti minn zmien ghal zmien u bil-ghajnuna ta’ muzicisti Maltin u l-Kor li huwa waqqaf bl-isem ‘Akkademja’ wiehed qieghed japprezza aktar it-talent muzikali lokali.