{"id":715,"date":"2011-04-14T14:22:21","date_gmt":"2011-04-14T12:22:21","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=715"},"modified":"2021-08-14T09:48:51","modified_gmt":"2021-08-14T07:48:51","slug":"iz-zuntier-tal-parrocca","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=715","title":{"rendered":"Iz-Zuntier Tal-Parro\u010b\u010ba"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><\/p>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Kienet drawwa ta\u2019 hafna sinjuri, l-aktar fis-sekli 17 u 18, li xi darba f\u2019hajjithom jaghmlu tour kbir mal-pajjizi ta\u2019 l-Ewropa. Malta aktarx kienet tkun imdahhla f\u2019dawn il-vjaggi. Xi snin ilu gew publikati zewg disinji qodma ta\u2019 artist importanti li juru z-zuntier u l-knisja taghna minn barra, waqt li din kienet ghadha kemm bdiet tielgha u l-qadima jew partijiet minnha se jinhattu.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fl-1661 zaghzugh olandiz JACQUES HIERRY beda vjagg fl-Ewropa li kellu jdum erba\u2019 snin. Kien qed jakkompanjah olandiz iehor WILLEM SCHELLINKS (1623 &#8211; 1678) li kien disinjatur u incizur. Schellinks dam Malta ghal madwar hames gimghat. Fost id-disinji li ha ta\u2019 postijiet f\u2019Malta insibu tnejn fir-Rabat li juru z-zuntier.<\/span><\/span><\/p>\n<p><strong>ZEWG DISINJI TAZ-ZUNTIER<\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_5.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_5.jpg\" border=\"0\" alt=\"zuntier_5.jpg\" width=\"400\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Iz-zewg disinji li qed niddeskrivu huma storikament interessanti ghax barra li huma l-eqdem li ghandna, jahbtu maz-zmien li fihom kienet ghadha ma twaqqghetx il-knisja l-qadima u kien avanzat il-bini tal-gdida. Barra minn hekk juru z-zuntier ferm differenti minn kif nafuh illum, qabel ma nbena l-kumpless arkitettoniku tant sabih taz-zurziegha u meta kien ghad hemm l-Ghajn jew l-Ispiera ta\u2019 ilma gieri li kienet tinghata mportanza bhala marbuta ma\u2019 tradizzjoni Pawlina u kien hemm qanpiena li ssejjah lin-nies ghat-talb. Iz-zuntier kien bicca wahda u kont tista ssejjahlu ghalqa b\u2019gholja fuqu li mill-qedem kellha Salib. Kienet ghadha kemm instabet il-kripta tal-Maddalena mimlija ghadam u kien instab katakombi iehor li ftit wara rega\u2019 nghalaq. In-nies kienu jhossu li qeghdin jirfsu fuq l-oqbra ta\u2019 l-ewwel insara, jigifieri fuq il-katakombi li mill-foss il-barra jinsabu taht l-art kollha.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">L-ewwel disinn juri estensjoni minn-nicca tax-Xihan (Tal-Karmnu) sal-Grotta ta\u2019 San Pawl u donnu mehud minn xi mkien lejn Triq ir-Rebha meta quddiem iz-Zuntier u l-Knisja ma kien hemm l-ebda bini. Fih spjega ta\u2019 dawn il-hames dettalji.<br \/>\n1. Il-Knisja l-qadima ta\u2019 San Pawl. Dik il-Knisja li kienet qed tinbena fl-1575 u li mbaghad giet konsagrata fil-1578.<br \/>\n2. L-ghar fejn kien jorqod San Pawl.<br \/>\n3. Kappella taht l-art misjuba fl-1624 li giet deskritta bhala Katakombi ta\u2019 l-ewwel insara. Dokumenti ohra ta\u2019 l-epoka jikkonfermaw is-sejba ta\u2019 dan il-katakombi, wiehed mill-hafna li spiss kienu jinsabu u jergghu jinghalqu.<br \/>\n4. Il-post fejn ipprietka San Pawl. Dan hu l-attribut li Schellinks dejjem jaghti liz-Zuntier. Hekk ukoll missirijietna, li mill-qedem waqqfu SALIB.<br \/>\n5. Il-Knisja l-gdida mwaqqfa fl-1660 minn Donna Cosmana Casale. Il-fondatrici tal-Knisja kienet Cosmana Navarra. Ghadu ma rrizultax jekk Casale hux informazzjoni zbaljata moghtija lill-Schellinks jew inkella qari hazin tal-Manoskritt tieghu.<\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_4.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_4.jpg\" border=\"0\" alt=\"zuntier_4.jpg\" width=\"400\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">It-tieni disinn huwa ntitolat: Il-post fejn San Pawl ippriedka f\u2019Malta. L-ispjega turi wkoll hames dettalji.<br \/>\n1. Id-dahla ghall-ghar jew kappella misjuba fl-1624. Mill-istampa jidher li ma kenitx wisq il-boghod mill-kripta tal-Maddalena.<br \/>\n2. Ghar mimli bl-ghadam li l-kappella tieghu hi wkoll imzejna bl-ghadam. Il-kripta tal-Maddalena. L-istoriku Abela jistqarr li meta nstabet, kellha numru kbir ta\u2019 katavri \u2018akkatastati\u2019 fiha (katasta fuq ohra).<br \/>\n3. Il-post fejn San Pawl kien jitlob u jipprietka. Simbolikament rapprezentat mis-Salib taz-Zurziegha.<br \/>\n4. Ghajn ta\u2019 ilma gieri li hareg ghat-talb ta\u2019 San Pawl. Tradizzjoni llum mitlufa fir-Rabat. L-ilma hu simbolu tal-hajja gdida tal-maghmudija.<br \/>\n5. Bicca mill-knisja ta\u2019 San Pawl. Il-Knisja l-gdida ta\u2019 Guzmana.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>IZ-ZUNTIER FIL-QEDEM: ZMIEN IR-RUMANI<\/strong><\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_6.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_6.jpg\" border=\"0\" alt=\"zuntier_6.jpg\" width=\"250\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fiz-zmien li fih gie San Pawl fostna, il-belt qadima ta\u2019 Malta kienet tasal sac-centru tar-Rabat u bhal dik tal-lum kienet imdawwra b\u2019foss. Il-Knisja ta\u2019 San Pawl u l-Grotta jinsabu propju fil-foss, li bicca minnu ghadu jidher wara l-Knisja. Gewwa l-Belt ma kienx isir dfin izda mill-foss il-barra hu kollu mimli oqbra. Iz-Zuntier ikopri wkoll almenu parti mill-foss u ghalhekk fih insibu taht l-art diversi oqbra u katakombi bhal dawk li ddeskriva fil-gurnali u fid-disinji tieghu Schellinks.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>FIL-MEDJU EVU<\/strong><\/span><\/span><\/p>\n<p>Meta l-Gharab fil-Medju Evu cekknu l-Belt, iz-zuntier inbidel f\u2019cimiteru nisrani anness mal-Grotta ta\u2019 San Pawl. Mill-bidu nett dan ic-cimiteru kiseb qima u devozzjoni u nsibuh dokumentat ghall-ewwel darba fis-sena 1366 &#8211; data wisq qadima fid-dokumentazzjoni ta\u2019 monumenti Maltin. Warajh ghandna diversi referenzi f\u2019testmenti tas-seklu 15 li lkoll saru fl-atti tan-nutar Luqa Sillato. Hekk fit-12 ta\u2019 Settembru 1440 Giacomo Manduca halla fit-testment tieghu legat ghall-Kappella ta\u2019 Santa Margerita fiz-Zuntier u dan ifisser li din diga\u2019 kienet mibnija. Fl-4 ta\u2019 Jannar 1442 Bernardu Janer ordna li tinbena kappella fic-cimiteru taz-zuntier, biex fiha jitqieghdu l-fdalijiet tieghu.<\/p>\n<p><strong>ZMIEN IL-KAVALLIERI TA\u2019 SAN GWANN<\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_2.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_2.jpg\" border=\"0\" alt=\"zuntier_2.jpg\" width=\"250\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Id-devozzjoni lejn ic-cimiteru ta\u2019 San Pawl tant kotrot li dan ic-cimiteru gie moghni bl-indulgenzi u l-privileggi tal-Campo Santo ta\u2019 Ruma kif ukoll tac-cimiteru ta\u2019 San Gakbu f\u2019Campostella, Spanja. L-eremit spanjol Fra Juan Beneguas li diga\u2019 kien Malta fl-ahhar tas-seklu 16 ippromova l-qima tal-grotta u mhabba f\u2019hekk iz-zuntier rega\u2019 ha importanza aktar minn qabel. Mhux ta\u2019 min ihalli barra li diga\u2019fl-20 ta\u2019 Lulju 1549 l-Arcipriet tar-Rabat Don Matteo de Surdo kien indirizza memorjal lill-Vigaiju Generali Mons. Guzeppi Manduca li fih tkellem fuq il-qima kbira tal-barranin fil-qedem li kienu jhallu li jridu jindifnu fic-cimiteru tal-Grotta (iz-Zuntier) u sejjah lill-Grotta bic-cimiteru taghha bhala santwarju apostoliku. Kien ghalhekk li fl-1608 l-Inkwizitur Leonetto della Corbara iddecieda li jsejjah xhieda denji u jigbor taghrif bil-gurament dwar ic-cimiteru u l-Grotta. Sejjah fost l-ohrajn lil Dun Anton Bartolo, Vigarju Generali tad-Djocesi li gie rregistrat li qal \u201c&#8230;&#8230; minn ckuniti smajt bhala tradizzjoni mill-Maltin tal-qedem il-fama publika li c-cimiteru marbut mal-Grotta kellu qima u devozzjoni mhux biss fost il-Maltin izda wkoll fost il-barranin li minn kullimkien kienu jigu jzuru l-grotta u dawk minnhom li jmutu hawn kienu jhallu li jridu jindifnu f\u2019dan ic-cimiteru li hu vicin tal-grotta.\u201d<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Daqs 70 sena wara Guzmana Navarra bniet fiz-Zuntier dak il-monument li jikkostitwixxi kumpless arkitettoniku mill-aktar simpatiku, u hija wkoll geddet is-salib li kien hemm mill-qedem u ziedet statwa tal-gebel ta\u2019 San Pawl, kopja tal-istatwa tar-Rham li hemm isfel fuq l-artal tal-Grotta. Fl-istess zmien iz-Zuntier kien zviluppa f\u201921 kappella li l-Isqof Molina fl-1678 ghamel lista shiha taghhom. Illum kollha mirduma barra dik tal-Maddalena u in parti dik ta\u2019 San Mikiel li jixirqilha tigi koltivata ahjar.<\/span><\/span><\/p>\n<p><strong>SEKLU 20<\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_7.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_7.jpg\" border=\"0\" alt=\"zuntier_7.jpg\" width=\"350\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/zuntier_7.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fil-bidu tas-seklu 20, u sewwasew fl-1906, il-kappillan Dun Salv Chircop ghamel trasformazzjoni fiz-Zuntier billi tella\u2019 l-hitan tan-nofs u ghamel il-passagg. Fi zmienu gew ukoll skolpiti dawk il-figuri ta\u2019 l-erwieh u l-gastri tal-gebel li tant jixirqu f\u2019cimiteru izda li jirrikjiedu tiswija. Fl-istess zmien instabet waqt ix-xoghol skrizzjoni wisq qadima mal-blat tas-sur lejn id-direzzjoni tal-Grotta f\u2019zewg versi: CRYPTA &#8211; SANCTI PAULI.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">F\u2019dan is-seklu z-Zuntier intuza ghal hafna funzjonijiet straordinarji li taghhom jezistu ritratti storici: il-quddiesa tal-Gublew tal-1933 mill-Isqof Vascancellos; il-precett tat-tfal fl-1960 mill-Kardinal Marella; iz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fl-1990 u tant ohrajn. Fl-1983, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca inawgura f\u2019nofs iz-Zuntier plynth li jfakkar ix-xorti kbira ta\u2019 Malta li tissemma fl-Iskrittura. Dan il-plynth jirriproduci xi versi mit-test bibliku tal-Atti li fihom il-visitatur u nawfragu San Luqa jitkellem mill-imgieba generuza ta\u2019 missirijietna u l-laqgha sabiha li ghamlu lil Pawlu.<\/span><\/span><\/p>\n<p><span style=\"font-size: x-small;\"><br \/>\nAktar dettalji:<br \/>\nMons G Azzopardi &#8211; Iz-Zuntier jew Cimiterju ta\u2019 San Pawl fir-Rabat (Il-Festi Taghna 1984) <\/span><\/p>\n<p><!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kienet drawwa ta\u2019 hafna sinjuri, l-aktar fis-sekli 17 u 18, li xi darba f\u2019hajjithom jaghmlu tour kbir mal-pajjizi ta\u2019 l-Ewropa. Malta aktarx kienet tkun imdahhla f\u2019dawn il-vjaggi. Xi snin ilu gew publikati zewg disinji qodma ta\u2019 artist importanti li juru z-zuntier u l-knisja taghna minn barra, waqt li din kienet &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=715\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":11,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-715","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/715","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=715"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/715\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16983,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/715\/revisions\/16983"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/11"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=715"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}