{"id":720,"date":"2011-04-14T14:27:27","date_gmt":"2011-04-14T12:27:27","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=720"},"modified":"2021-08-14T09:47:23","modified_gmt":"2021-08-14T07:47:23","slug":"il-kullegg-wignacourt","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=720","title":{"rendered":"Il-Kulle\u0121\u0121 Wignacourt"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_2.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignright\" style=\"border: 0pt none;\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_2.jpg\" alt=\"kullegg_2.jpg\" width=\"250\" height=\"304\" border=\"0\"><\/a>L-isba\u0127&nbsp;tifikira li l-Kavallieri \u0127allew fir-Rabat hi bla dubju l-FONDAZZJONI WIGNACOURT, dik l-istituzzjoni li l-Gran Mastru Alof de Wignacourt waqqaf permezz ta\u2019 Bolla Magistrali u l-Papa Pawlu V ikkonferma bi Brevi biex johloq kullegg ta\u2019 Kappellani ta\u2019 l-Ordni li jofficjaw kif jixraq fil-Grotta ta\u2019 San Pawl.<\/p>\n<p>Alof de Wignacourt gie maghzul Gran Mastru fl-1601 meta l-Ordni kien stabbilixxa ruhu fis-sod f\u2019Malta. Dan il-Gran Mastru ta\u2019 s-sehem shih tieghu biex l-Ordni isahhah gheruq u jinhabb mill-Maltin u beda wkoll jikkoltiva t-tradizzjonijiet lokali li jorbtu ma\u2019 l-identita kulturali Maltija, fosthom it-tradizzjonijiet Pawlini ta\u2019 gziritna u ghalhekk l-interess fil-Grotta fejn waqqaf dan il-Kullegg. Ma kien qatt ser jirnexxilu jiehu post hekk ghaziz ghad-Djocesi taht idejh kieku mhux minhabba c-cirkostanza ta\u2019 l-eremita spanjol, Juan Benegas, li fired il-grotta mill-Parrocca u beda jippromovi l-qima tal-post fuq bazi nternazzjonali. L-Ordni ghenu kemm felah u zieghel bih sakemm fl-1617 wiret il-Grotta bil-benefikati kollha li saru ghaliha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_1.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignleft\" style=\"border: 0pt none;\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_1.jpg\" alt=\"kullegg_1.jpg\" width=\"250\" height=\"361\" border=\"0\"><\/a>Ferhan b\u2019dan l-akkwist kbir, Wignacourt haseb biex jivvalorizzah kemm jista u johloq istituzzjoni li taghmillu giegh. Bl-atti tan-Nutar Pietru Callus tad-29 ta\u2019 Jannar 1619, xtara ghall-valur ta\u2019 5000 skud bosta artijiet f\u2019Ghawdex, minn flusu, u bihom ghamel fondazzjoni ta\u2019 kullegg ta\u2019 4 kappillani u kjeriku biex jofficjaw kuljum fil-grotta. Il-Fondazzjoni (forma ta\u2019 Bolla Magistrali) tinsab registrata fl-atti tan-Nutar Giovanni Tolossenti waqt li l-Brevi tal-Papa li bih il-Grotta giet dikjarata Kolleggjata Gerosolimitana iggib id-data 11 ta\u2019 Jannar 1620.<\/p>\n<p>L-ghan tal-Gran Mastru Wignacourt intlahaq tajjeb ghax mal-medda tas-snin u bl-amministrazzjoni wisq ghaqlija ta\u2019 l-istess kolleggjali r-renti zdiedu sew b\u2019mod li l-Kolleggjali setghu izejnu t-tempju b\u2019opri sbieh u wkoll ikabbru ghal darba u darbtejn il-Knisja ta\u2019 San Publiju u l-Kunvent. Taw kummissjonijiet lill-aqwa pitturi, skulturi u argentiera ta\u2019 zmienhom, byhal Mattia Preti, Gian Nikol Buhagiar, Francesco Zahra, Melchiorre Gafa\u2019, Pietro Papaleo, Carlo Troisi u ohrajn. Fil-kamp tal-kostruzzjoni qabbdu bhala arkitetti lil Lorenzo Gafa\u2019, Buonamici, Salvu Borg u Petruzzo Debono, ilkoll ben visti kemm mill-Ordni u kemm mill-Maltin. Hekk il-kappella dedikata lil San Publiju mibnija ghall-ewwel darba minn Benegas tkabbret u nbniet mill-gdid l-ewwel minn Lorenzo Gafa\u2019 u mbaghad minn Salvu Borg. L-istess Kunvent, li ahna nghidulu l-Kullegg, minn dar zghira inbena mill-gdid, imbaghad kompla tkabbar fil-bidu tas-seklu 18 u tlesta kif inhu llum fis-sena 1749.<\/p>\n<p><strong>1646-1650: Jibda l-bini ta\u2019 Kunvent gdid<\/strong><\/p>\n<p>F\u2019dawn is-snin il-kunvent kellu l-ewwel rettur Malti ghax l-erbgha ta\u2019 qabel kienu barranin. Dan kien Girolamo Mamo, migjub hafna mill-Gran Mastru Lascaris li wkoll offrielu l-kariga ta\u2019 Prijur Generali. Dan Mamo habrek biex jinbnew kemm kunvent gdid kif ukoll dar gdida ghar-rettur. B\u2019xorti tajba l-pjanta ta\u2019 dan il-kunvent tinsab registrata fil-Cabreo tal-Grotta.<br \/>\nMir-registri tal-kontijiet nafu li bejn it-3 ta\u2019 Settembru 1646 u l-ahhar t\u2019Awissu 1650 intefqu fil-bini tal-kunvent 218skudi, 11 tari u 6grani. Il-bennej kien mastru Cornelo Vella waqt li l-arkitett kien Buonamici.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_5.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignright\" style=\"border: 0pt none;\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_5.jpg\" alt=\"kullegg_5.jpg\" width=\"350\" height=\"215\" border=\"0\"><\/a>Semmejna l-pjanta tal-kunvent. Din fiha wkoll 20 numru u tabella bl-ispjegazzjoni taghhom. Il-kunvent kellu zewg tirgien, wiehed komuni u garigor ghall-bejt. Kellu kmamar, logga, passaggi u gardin kif ukoll bieb ghal appartament ghall-frustieri. Taht il-kmamar kien hemm ir-refettorju, kcina, dispensa, mahzen, stalla u passag li jaghti ghall-grotta. Dan il-livell t\u2019isfel kien aktarx aktar baxx minn dak ta\u2019 llum.<\/p>\n<p><strong>1679-1680: Sottopassagg spazjuz mill-Kunvent ghall-Grotta<\/strong><\/p>\n<p>Daqs tletin sena wara l-bini tal-Kunvent, il-kollegjati hasbu ghal passagg taht l-art wisq aktar wiesa u dinjituz mill-passagg li seta kien hemm qabel kif indikat mill-pjanta. Biex ihaffruh qabbdu lill-arkitett Lorenzo Gafa\u2019. Minn naha tal-Kullegg fil-bidu ta\u2019 dan il-passagg hejjew ukoll balavostrar tal-gebel u karma zghira taht l-indana tat-tarag. B\u2019hekk enfasizzaw il-fatt li l-kunvent hu bicca mill-istess istituzzjoni tal-Grotta. L-ispiza lahqet 180 skudi waqt li Gafa\u2019 thallas 12 il-skud tal-assistenza tieghu.<\/p>\n<p><strong>1706-1708: Jitkabbar il-Kunvent<\/strong><\/p>\n<p>Ghal darb\u2019ohra f\u2019dawn is-snin il-kunvent kellu rettur Malti, Gwakkin Grech mahtur fl-1700 u fl-1706 maghzul ukoll prokuratur. Il-kunvent kien fi stat floridu u r-rettur\/prokuratur kien f\u2019pozizzjoni li jitlob li l-kollegjali jizdiedu fin-numru u s-salarju. Zieda fin-numru titlob ukoll tkabbir tal-post u din it-talba ghal tkabbir giet milqugha mill-Gran Mastru Perellos fid-29 ta\u2019 Novmebru 1706 u x-xoghol beda minnufih. Nhar il-Kuncizzjoni, 8 ta\u2019 Diecembru, tela\u2019 l-arkitett \u2013 din id-darba Mastru Salv Borg mis-Siggiewi biex ihejji l-pjanta. Il-hlas li rceva tal-assistenza tieghu kien 30skud u 10 tari.<\/p>\n<p>Insibu li ghall-Kappella inxtara kwadru titolari li juri lil San Pawl u San Publiju. Dan qam biss 8 skudi u nxatara m\u2019ghand Fra Pietro Erardi. Gie msejjah Mro. Mariuzzo Bremon biex ipitter l-iskannel tal-artal kif ukoll il-kurcifiss tar-refettorju. L-ispiza totali tal-bini lahqet is-somma ta\u2019 2869 skud, 4 tari u 3 grani.<\/p>\n<p><strong>1747-1749: Jitlesta ghall-kollox il-bini<\/strong><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_4.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignleft\" style=\"border: 0pt none;\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_4.jpg\" alt=\"kullegg_4.jpg\" width=\"250\" height=\"371\" border=\"0\"><\/a>L-ahhar zvilupp sar fi zmien ir-Rettur Tumas Sammut u fi zmien il-prokuratur Pietru Pawl Schembri meta l-Gran Mastru kien Pinto, benefattur iehor li rregala l-istatwa ta\u2019 San Pawl tar-rham fil-Grotta u xi paramenti sagri. L-ispiza din id-darba lahhqet skudi 1676, 5 tari u 15grani u saret bejn l-1747 u l-1749. L-arkitett kien Mastru Petruzzo Debono.<\/p>\n<p>Ghal din l-ispiza l-volumi tal-kontijiet jaghtu dettalji b\u2019tant ismijiet ta\u2019 haddiema, waqt li jissemmew hafna balavostri tal-gebel, tarag gdid, zewg dispensi, kmamar ohra, skultura ghall-kappella u ghal-faccata (fjammi u salib), 6 gandlieri ta\u2019 l-injam u bankijiet. Jidher li x-xoghol principali, barra antiporta gdida isfel, kien koncentrat fis-sular ta\u2019 fuq, l-aktar fil-gmiel tal-kappella li hemm. Din il-kappella tbierket mir-rettur Sammut nhar it-22 t\u2019Ottubru 1748 u wara giet ccelebrata fiha l-ewwel quddiesa kantata. Kellha wkoll kwadri godda, il-Kurcifiss u tahtu d-Duluri, it-tnejn ta\u2019 certu livell artistiku. Il-pittur Don Carlo Dimech zeba\u2019 l-artal qisu rham. Ix-xoghol tal-bini, mibdi f\u2019Marzu 1747 tlesta f\u2019Dicembru 1749.<\/p>\n<p><strong>Uzu tal-Kunvent<\/strong><\/p>\n<p>Ghal mijiet ta\u2019snin dan il-bini serva bhala residenza u dar ta\u2019 studju u talb ghall-kollegjali. Ir-regoli tal-klawsura kienu stretti hafna, ghax il-kolleggjali kienu religjuzi. Biex isiefru riedu l-kunsens miktub tal-Gran Mastru.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_3.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img loading=\"lazy\" decoding=\"async\" class=\"alignright\" style=\"border: 0pt none;\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/kullegg_3.jpg\" alt=\"kullegg_3.jpg\" width=\"350\" height=\"278\" border=\"0\"><\/a>Meta telqu l-Kavallieri u l-Gvern Ingliz ha f\u2019idejh l-amministrazzjoni, spiccat it-tmexxija ghaqlija tal-beni u l-introjti naqsu sew tant li kultant bilkemm kienu jlahhqu ma\u2019 l-ispejjez. Il-Kolleggjali issa kienu qassisin djocesani, joqghodu fil-kunvent izda aktar tard, kienu jzommu l-kamra bhala studju u mhux bhala residenza. Il-Gvern kemm il-darba kien tefa\u2019 ghajnejh fuq il-bini u xtaq juzah ghal xi uzu li mhux skond l-iskop tal-fondazzjoni u l-kollegjali kienu ccaraw il-kwistjoni mal-gvernatur O\u2019Farrell. Fi zmienna parti mill-Kullegg kienet tintuza bhala skola; fil-gwerra bhala centru tar-refugjati u protection office, kif ukoll centru ghall-ghaqdiet religjuzi jew filantropici.<\/p>\n<p>Fil-1962 il-propjeta\u2019 tal-Kullegg ghaddiet esklussivament f\u2019idejn il-parrocca li maghha regghet inghaqdet il-Grotta. Illum il-Kullegg iservi principalment bhala Muzew tal-Parrocca fejn isiru wkoll diversi wirjiet. L-awla Kapitolari tal-Kapitlu tinsab wkoll fil-Kullegg.<\/p>\n<p>Aktar dettalji:<br \/>\nMons G Azzopardi \u2013 Il-Kullegg: Bini Storiku tal-Kavallieri ta\u2019 San Gwann (Il-Festi Taghna 1986)<!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-isba\u0127&nbsp;tifikira li l-Kavallieri \u0127allew fir-Rabat hi bla dubju l-FONDAZZJONI WIGNACOURT, dik l-istituzzjoni li l-Gran Mastru Alof de Wignacourt waqqaf permezz ta\u2019 Bolla Magistrali u l-Papa Pawlu V ikkonferma bi Brevi biex johloq kullegg ta\u2019 Kappellani ta\u2019 l-Ordni li jofficjaw kif jixraq fil-Grotta ta\u2019 San Pawl. Alof de Wignacourt gie maghzul &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=720\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":11,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-720","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/720","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=720"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/720\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16978,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/720\/revisions\/16978"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/11"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=720"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}