{"id":722,"date":"2011-04-14T14:28:24","date_gmt":"2011-04-14T12:28:24","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=722"},"modified":"2021-08-14T09:50:02","modified_gmt":"2021-08-14T07:50:02","slug":"l-arcikonfraternita-tas-ssmu-sagrament","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=722","title":{"rendered":"L-Ar\u010bikonfraternita tas-Ssmu Sagrament"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><br \/>\n<\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_1.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_1.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_1.jpg\" width=\"200\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Malta kienet ilha 45 sena taht il-hakma tal-Kavalieri u go Malta kienu jghixu hafna nies ta\u2019 kultura, barranin u mimlijin b\u2019ideat godda li kienu qed jixterdu fl-Ewropa. Fil-kamp religjuz kienu qed jinxterdu hafna ideat Luterani li jichdu t-taghlim tradizzjonali tal-Knisja, fosthom il-qima lejn l-Ewkaristija u taghlim iehor. Biex tilqa\u2019 dawn l-ideat u ssahhah id-dixxiplina, il-Knisja ghamlet il-Koncilju ta\u2019 Trento li dam sejjer mill-1545 sa l-1563. Hafna mill-ideat Luterani kienu wkoll xterdu Malta kemm mill-kavalieri u kemm mill-Maltin, anki sacerdoti, li kienu studjaw barra u qraw il-kotba ta\u2019 l-awturi li kienu jxerrdu dawk l-ideat.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>Il-Parrocca Taghna<\/strong><\/span><\/span><\/p>\n<p>Ir-Rabat u l-Imdina kien fihom biss 800 ruh. Malta kienet maqsuma f\u201910 parrocci u dik ta\u2019 San Pawl barra s-swar kienet wahda minnhom. Il-kappillani ta\u2019 dawn il-parrocci kienu jridu jattendu ghall-kor fil-Kattidral ta\u2019 l-Imdina. Il-kappillan tar-Rabat b\u2019rispett lejn it-tradizzjonijiet Pawlini tal-Parrocca kien jissejjah Cappellano Maggiore imma fil-1535 beda jissejjah Arcipriet. Mill-1569 sas-1601 kien Arcipriet Don Leondardo de Agatiis.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_2.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_2.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_2.jpg\" width=\"350\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fi zmien il-parrokat ta\u2019 De Agatiis u ftit qabel l-ideat Luterani kienu xterdu sewwa fir-Rabat tant li kien hawn xirka, msejha Confraternita dei Buoni Cristiani li kienet izzomm laqghat regolari u sahansitra l-membri taghha kienu litaqghhu bil-lejl il-Fiddien u jiccelebraw l-ewkaristija more lutheranorum, bhall-Luterani. Dan jirrizulta mix-xhieda ta\u2019 l-istess membri meta kienu tressqu u gew processati mill-Inkwizizzjoni. Id-direttur ta\u2019 din l-iskola kien Don Andrea Axac bin Darju mir-Rabat li fil-1560 gie arrestat u mressaq Ruma.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fost l-insara dawn l-ideat u dan in-nuqqas ta\u2019 qima lejn l-Ewkaristija holoq ukoll il-htiega ta\u2019 moviment ta\u2019 fidi u riparazzjoni u b\u2019dan il-ghan sa mill-1539 kienet twaqqfet f\u2019Ruma, b\u2019sede fil-knisja ta\u2019 S. Maria tal-Minerva, l-ewwel konfraternita tas-Sagrament u ghaxar snin wara giet moghtija d-dritt li ssieheb maghha l-konfraterniti tas-Sagrament li jitwaqqfu ghar-rebh ta\u2019 l-indulgenzi. F\u2019Malta wkoll sa mill-qedem twaqqfu xi fratellanzi tas-Sagrament u wahda minnhom fil-Parrocca taghhna, b\u2019sede taghha fil-Kattidral ta\u2019 l-Imdina. Ma nafux meta twaqqfet imma fit-30 ta\u2019 Dicembru 1545 bl-atti tan-nutar Brandanu Caxaro, l-isqof Cubelles ordna li tigi aggregata ma\u2019 dik tal-Minerva.<\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_3.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_3.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_3.jpg\" width=\"200\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Aktar tard din il-fratellanza spiccat, tant li fl-1757, Mons. Dusina fil-Vista tieghu sab li ma tezistix u waqqafha hu. Il-fratellanza mwaqqfa minn Dusina damet tezisti almenu sal-1802.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>Mons. Dusina<\/strong><\/span><\/span><\/p>\n<p>Wahda mill-mizuri li ha Mons Dusina fil-Vista tieghu bies isahhah il-fidi u l-qima fl-Ewkaristija kienet li jwaqqaf fil-parrocci l-fratellanzi tas-sagrament. Kopji tal-Vista dettaljata tieghu jinsabu f\u2019diversi arkivji u fihom wiehed isib ukoll kopja tad-digriet li bih gew imwaqqfa. Barra s-swar ta\u2019 l-Imdina huwa sab zewg fratellanzi qodma. Dawn kienu l-fratellanza ta\u2019 San Guzepp b\u2019sede fi knisja zghira fi-Rabat, aktarx wahda mit-22 kappella li kienu jdawru c-cimiterju ta\u2019 San Pawl u l-ohra l-fratellanza ta\u2019 San Mark, b\u2019sedi taghha fil-Knisja ta\u2019 San Mark, dik li tmiss mal-Kunvent tal-Patrijiet Agostinjani. Mons. Dusina sejjah ghalhekk il-fratelli ta\u2019 dawn iz-zewg fratellanzi u fissrilhom il-hsieb tieghu li jigborhom flimkien fi fratellanza wahda b\u2019isem gdid, dak ta\u2019 Fratellanza tas-Sagrament u b\u2019sede gdida, jigifieri fil-Knisja Parrokkjali ta\u2019 San Pawl. Dawn accettaw l-istedina u marru fil-Knisja ta\u2019 San Pawl bhala fratelli tas-Sagrament, kif naqraw fl-atti tal-vista, mqanqlin mill-imhabba lejn San Pawl. Hekk giet eretta fil-Parrocca ta\u2019 San Pawl il-fratellanza tas-Sagrament u assenjat lilha l-artal maggur. Mons. Dusina irregistra fl-atti tal-Vista l-ismijiet ta\u2019 l-ewwel fratelli li kienu: Pawlu Albano, Martin Albano, Butigieg, Decju, Xeberras, Luqa Allegritto, Andrea Calle, Nardu Zerzeppo, Luqa Xikluna, Antonju Spiteri, Alfons Vassallo, Vincenzo Stellini, Bertu Napolitano.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_8.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_8.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_8.jpg\" width=\"250\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Hekk mela twieldet il-fratellanza tas-Sagrament u hekk baqghet ghal qisu xi disghin sena. Iz-zewg fratellanzi b\u2019isem gdid u sede gdida kienu jaghzlu Rettur u officjali komuni. Hekk skond l-atti tan-Nutar Anglu Bartolo, iz-zewg fratellanzi ghazlu lil Mastru Gulju Allegritto bhala rettur u lil Mastru Paoloa Albano bhala Prokuratur fl-1575, waqt li fil-1579 fl-atti ta\u2019 l-istess nutar ghazlu lil Mastru Ambrogio Zammit bhala Rettur. Din l-ghaqda, wara xi 90 sena ntemmet. Dan kien fl-1664.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">L-istorja mela tal-fratellanza tas-Sagrament tinqasam fi tnejn: qabel l-1664, meta kienet tikkonsisti fl-ghaqda tal-fratellanzi ta\u2019 San Mark u San Guzepp u wara l-1664. Dwar l-ewwel perjodu ntennu dak li kiteb l-istoriku Patri Gorg Xerri, OFM fil-monografija tieghu fuq il-fratellanza ta\u2019 San Guzepp, jigifieri li fuq dan il-perjodu ma jezistux dokumenti, apparti xi riferenzi fil-Visti Pastorali u f\u2019xi atti notarili.<\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_7.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_7.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_7.jpg\" width=\"200\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Il-Visti pastorali ta\u2019 dan il-perjodu jaghmlu biss accenn ghall-fratellanza l-aktar billi jordnaw lill-prokuratur jipprezenta r-rendikont ta\u2019 l-amministrazzjoni u kultant isemmu l-ismijiet tar-Rettur jew prokuratur. Jatu hafna dettalji fuq l-artal maggur, li kien tal-gebel, titla\u2019 ghalih b\u2019zewg targiet tal-gebel u fuqu tabernaklu tal-inajm indurat. Got-tabernaklu kien jinzamm pissidi qadim b\u2019sitt ingnub (ta\u2019 forma sessangolari) tal-bronz bil-koppa tal-fidda u pissidi iehor ghat-tqarbin fil-knisja u teka jew kaxxa zghira ghat-tqarbin fil-kampanja.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>L-Arkivju tal-Fratellanza<\/strong><\/span><\/span><\/p>\n<p>Bhalma fl-1575 jissemmew diversi ismijiet, fl-1664 jissemmew b\u2019isimhom 28 fratell barra r-rettur Pawlu Mifsud. L-istorja tal-fratellanza minn hawn il-quddiem hi kollha cara ghax ir-registri kollha jinsabu konservati tajjeb fl-arkivju tal-fratellanza li jinkludi inventarju, fosthom wiehed ta\u2019 l-istess arkivju fl-1845, kuntratti, minuti ta\u2019 konsulti u amminstrazzjoni. Parti nteressanti minn dan l-arkivju huma d-disinnji u l-abbozzi ta\u2019 opri li ghalkemm mhux kollha gew esegwiti, huma xi drabi ta\u2019 valur artisitiku superjuri.<\/p>\n<p>Hafna taghrif storiku johrog mill-inventarji. Nisiltu xi punti mill-inventarju tas-1782. Il-kumpanija tas-Sagrament li kienet iddahhal fis-sena 179 skudi, tari 5, grani 10, li 45 minnhom kienu mill-gabra fit-toroq ta\u2019 kull nhar ta\u2019 Hamis u mill-gabra bil-Bacir fit-toroq fil-Hadd ta\u2019 fuq Corpus. Kienet thallas skud fis-sena lill-organista, 3 skudi lil min ihejji t-torci ghall-vjatku, u 7 skudi fis-sena lil min jigbor ghall-festa kull nhar ta\u2019 hamis, u 5 grani kull darba li xi abbati kien johrog bic-censier ghall-vjatku. Ghall-qima lejn l-Ewkaristija kien hemm ostensorju tal-fidda bil-pedestall tal-fidda gisellat u ndurat, maghmul fl-1755 u diversi stendardi tal-fidda u salib tal-ebbanu mahdum Ruma fl-1776. Konna ghadna l-boghod mir-rikkezzi li l-Fratellanza ghandha llum.<\/p>\n<p><strong>Illum<\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_6.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_6.jpg\" border=\"0\" alt=\"sagrament_6.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/sagrament_6.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Tajna harsa lejn l-imghoddi, nixhtu l-harsa taghna wkoll lejn il-futur. Jekk fis-seklu sittax fostna kien hawn bruda u nuqqas ta\u2019 qima lejn l-Ewkaristija, xejn anqas illum. Jekk fl-imghoddi kien hawn il Confraternita dei buoni Cristiani illum il-Jehovah Witnesses mhux biss jiccahdu huma mill-ikel bnin ta\u2019 l-Ewkaristija izda jxerrdu dan it-taghlim. U l-fratellanza tas-Sagrament ghandha tezisti mhux biss biex il-membri taghha jigu akkumpanjati bl-istandard tal-fratellanza fl-assocjament taghhom qabel id-difna imma biex ixxerred u tqajjem ma\u2019 kullimkien mewga b\u2019sahhita ta\u2019 fidi, qima u hegga lejn Gesu\u2019 Ewkaristija billi tentuzjazma l-membri taghha biex jigu jzuruH u jirecevuH fit-tqarbin imqaddes u jxerrdu ma\u2019 kullimkien l-imhabba lejH.<\/span><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Aktar Dettalji :<br \/>\nMons. G Azzopardi \u2013 400 Sena ta\u2019 Storja (Tifkira tar-Raba Centinarju mit-Twaqqif ta\u2019 l-Arc tas-Ssmu Sagrament, 1975)<\/span><\/span><\/p>\n<p><!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Malta kienet ilha 45 sena taht il-hakma tal-Kavalieri u go Malta kienu jghixu hafna nies ta\u2019 kultura, barranin u mimlijin b\u2019ideat godda li kienu qed jixterdu fl-Ewropa. Fil-kamp religjuz kienu qed jinxterdu hafna ideat Luterani li jichdu t-taghlim tradizzjonali tal-Knisja, fosthom il-qima lejn l-Ewkaristija u taghlim iehor. Biex tilqa\u2019 dawn &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=722\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":11,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-722","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/722","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=722"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/722\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16987,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/722\/revisions\/16987"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/11"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=722"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}