{"id":730,"date":"2011-04-14T15:13:07","date_gmt":"2011-04-14T13:13:07","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=730"},"modified":"2021-08-14T09:31:29","modified_gmt":"2021-08-14T07:31:29","slug":"bini-tal-knisja","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=730","title":{"rendered":"Bini tal-Knisja"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><span style=\"font-size: large;\"><strong>L-ISTORJA TAL-BINI TAL-KNISJA TA\u2019 SAN PAWL TAR-RABAT<\/strong><span style=\"font-size: x-small;\"><\/span><\/span><\/p>\n<p>Mal-hajt tal-bieb principali tal-Knisja ta\u2019 San Pawl, minn naha ta\u2019 gewwa, fuq in-nicca ta\u2019 Gesu\u2019 Nazzarenu, hemm skrizzjoni kbira mnaqqxa fl-irham li tfakkar it-tmiem minn kollox tal-bini tal-knisja, li giet imkabbra, mibnija mill-gdid u dotata b\u2019kull ma kienet tehtieg minn-nobbli sinjura Guzmana Navarra mill-parrocca taghna. Bir-ragun kollu ghalhekk inqisu \u2018l Guzmana bhala l-fondatrici tal-knisja tal-llum. Dik ta\u2019 qabilha kienet giet konsagrata mill-isqof Royas fl-1571 u tlestiet fl-1578.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_1.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_1.jpg\" border=\"0\" alt=\"knisja_1.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Naghtu qabel xejn it-traduzzjoni bil-malti ta\u2019 din l-iskrizzjoni: \u201cFis-sena 1683 in-nobbli Guzmana Navarra bniet mill-gdid mill-pedamenti, bi flusha, f\u2019din is-sura aktar sabiha, it-tempju li ta\u2019qabilna kienu ddedikaw lill-Appostlu San Pawl Nawfragu, li sittax-il mitt sena ilu f\u2019dan il-post kien xandar il-kelma t\u2019Alla. Hija ghanietha u ddotata b\u2019renta ta\u2019 kull sena.\u201d<\/span><\/span><\/p>\n<p>Guzmana Navarra kienet tat bidu ghall-bini tal-knisja tletin sena qabel izda x-xoghol kien ha wisq aktar zmien milli kien mistenni. Mhux ghax kien hemm xoghol ta\u2019 tletin sena jew ghax ma kienx hemm haddiema, izda ghax waqaf ghal darbtejn minhabba cirkostanzi li ser insemmu.<\/p>\n<p>Il-bidu tal-bini sar fl-1653, izda mbaghad waqaf; fl-1664 rega\u2019 tkompla barra l-kappellun ta\u2019 San Stiefnu; dan ta\u2019 l-ahhar ittellgha u tlesta ghal kollox mill-1680 sal-1683. Dan it-taghrif ninsabu f\u2019posizzjoni li natuh minhabba kuntratt bil-wisq importanti li b\u2019xorti tajba sibna fl-arkivju tan-nutar Nikola Allegritto bejn Guzmana Navarra u zewg imghallmin ghat-tkomplija tal-knisja li l-bini taghha kien beda u waqaf hafna snin qabel. Aktar taghrif fuq il-bini rrizulta mill-Visti Pastorali ta\u2019 dawk it-tletin sena u minn kittieba ta\u2019 dak iz-zmien.<\/p>\n<p><strong>MIN KIENET GUZMANA NAVARRA<\/strong><\/p>\n<p>Guzmana kienet ir-raba\u2019 wild tat-tabib Giovanni Cumbo bin Gakbu u ta\u2019 Cornelia Navarra bint Pawlu. Hija twieldet fil-parrocca taghna fl-1600. Fit-22 ta\u2019 Gunju 1625 izzewget lil Lorenzo Cassar mill-Imdina: minn dan iz-zwieg ma twieldux tfal. Mietet ta\u2019 87 sena, fit-30 ta\u2019 Jannar 1687 wara li lahqet lestiet u gawdiet ghal erba\u2019 snin shah il-bini tal-Knisja. Tinsab midfuna fil-kappellun ta\u2019 Sant\u2019Anton li hu guspatronat taghha.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_2.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_2.jpg\" border=\"0\" alt=\"knisja_2.jpg\" width=\"400\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Minn dan it-taghrif jirrizulta li l-kunjom veru ta\u2019 xbubitha hu Cumbo u kunjomha ta\u2019 mizzewga hu Cassar. Izda hi dejjem gabet il-kunjom t\u2019ommha, Navarra.<\/span><\/span><\/p>\n<p>Fil-parrocca taghna ghandna zewg ritratti-pittura taghha. Wiehed juri lil Guzmana bil-wieqfa hdejn id-dar taghha tar-Rabat, faccata tal-Knisja, bil-Knisja u z-zuntier, zewg opri taghha, lesti ghal kollox. Donnu dan ir-ritratt tpitter biex jirraprezenta lill-Guzmana bhala l-fondatrici tal-Knisja. F\u2019idejha mbaghad ghandha l-pjanta tal-Knisja ta\u2019 San Pawl. Ir-ritratt l-iehor hu pittura ta\u2019 Gannikol Buhagiar u sar fl-1735 mir-rettur tal-guspatronat ta\u2019 San Anton u jinsab fis-sagristija, mal-hajt ta\u2019 l-istess kappellun. L-istemma jew l-arma ta\u2019 Guzmana tinsab f\u2019hafna postijiet fil-knisja, fuq il-qabar taghha, fiz-zewg kwadri, fuq it-titular, fil-fided li tat.<\/p>\n<p><strong>TINBEDA L-KNISA FL-1653<\/strong><\/p>\n<p>Kien fis-sena 1653 u zgur wara t-3 ta\u2019 Gunju li nghata bidu ghall-bini ta\u2019 knisja akbar u isbah li l-htiega taghha kienet ukoll qed tinhass kemm ghal raguni ta\u2019 prestigiu kif ukoll minhabba hsarat. Il-pjanta saret mill-arkitett militari ta\u2019 l-Ordni, Francesco Buonamici. Ix-xoghol beda fi zmien l-arcipriet Don Andrea Galea. Twaqqghet is-sagristija l-qadima u t-tribuna u bdiet tinbena l-parti l-gdida li kellha tikkonsisti fil-pilastri magguri li fuqhom imbaghad titla\u2019 l-koppla kif ukoll il-kappelluni. Jidher li x-xoghol ma damx sejjer snin twal sa ma waqaf.<\/p>\n<p>Is-sena 1653 nafuha minghand il-Kommendatur Fra Bortolomeo Dal Pozzo, li x-xoghol ma kienx ghadu beda fit-3 ta\u2019 Gunju jirrizulta mill-vista pastorali ta\u2019 l-isqof Balaguer li f\u2019dik il-gurnata zar il-parrocca, iddeskriva l-altari u s-sagristija izda ma semma ebda hjiel ta\u2019 twaqqigh u ta\u2019 bini gdid. Izda meta l-istess isqof zar il-knisja fil-vista ta\u2019 wara, fit-18 ta\u2019 April 1656, huwa kkummenta li l-knisja kienet qed tinbena mill-gdid, li kellha s-sagristija u t-tribuna mwaqqghin, li kellha tinbena l-koppla u l-kappelluni u li l-benefatturi kienu Lorenzo Cassar u martu Guzmana. Lilhom il-vizitaturi heggewhom ferm biex ikomplu dik l-opra qaddisa.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_3.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_3.jpg\" border=\"0\" alt=\"knisja_3.jpg\" width=\"400\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Din id-deskrizzjoni donnha tatik x\u2019tahseb li almenu l-ewwel fazi kellha tkun biss it-tkabbir bla ma titwaqqa l-korsija. Il-Vista ta\u2019 wara li saret fil-5 ta\u2019 Gunju 1662 ma rrapurtat l-ebda progress u halliet ukoll barra l-isem ta\u2019 Guzmana: haga li tatik x\u2019tahseb li x-xoghol kien ga waqaf.<\/span><\/span><\/p>\n<p>Ghidna li l-arkitett kien Buonamici, kif jirrizulta mill-kuntratt li fl-1664 Guzmana stess ghamlet ghat-tkomplija tax-xoghol. Meta qabbdet lil Buonamici, Guzmana kienet qed tqabbad bniedem ta\u2019 hila u esperjenza, inginier militari li l l-Ordni gab minn Lucca u li ghex fostna mill-1635 sal-1659. Dan Buonamici ma kienx gdid ghar-Rabat ghax ftit snin qabel, il-kollegjali kienu gabuh biex jiddisinja dak il-bini sabih li kellu jservi ghar-residenza taghhom, il-Kullegg. Insibu fl-ewwel volum tal-kontijiet hlas ta\u2019 5 tari\u2019 ghat-trasport ta\u2019 dan l-inginier biex jaghmel il-pjanta tal-Kullegg u spiza ta\u2019 218 skud ghall-bini ta\u2019 l-ewwel parti tieghu. Forsi kien il-gmiel ta\u2019 dak l-istil gdid u sabih fl-aqwa tieghu li hajjar lil Guzmana tqabbad lil istess perit jaghmlilha l-pjanta tal-knisja u jtella\u2019 bini li ma jaghmilx ghajb lil dar ta\u2019 residenza vicina.<\/p>\n<p>Dwar il-bzonn ta\u2019 knisja gdida jitkellem Patri Pelagju kapuccin fl-istorja tal-Grotta li kiteb. Huwa jghid li l-knisja ta\u2019 qabel kienet \u2018torturata\u2019 bil-hsarat kemm tat-temp kemm tal-assedji. Izda ghaliex waqaf il-bini ma nafux fiz-zgur. Nafu biss li ghal wiehed mill-kappelluni, dak ta\u2019 San Stiefnu, kien mehtieg li Guzmana takkwista spazju li kien proprjet\u00e0 tal-Ordni u l-Granmastru ma riedx jatihulha. Ir-raguni hi li z-zewg knejjes li kienu jmissu ma\u2019 xulxin, il-Parrocca ta\u2019 San Pawl minn naha u l-Grotta b\u2019San Publiju fuqha, kienu wahda ta\u2019 l-isqof u l-ohra tal-Granmastru. Il-Grotta kienet ghaddiet f\u2019idejn l-Ordni fl-1617 u dan il-passagg qajjem tilwim kbir ta\u2019 gurisdizzjoni bejn iz-zewg mexxejja. Ma kienx ghathekk daqshekk facli ghal Guzmana li tiehu l-ispazju ghal dak il-kappellun u kellha tistenna mhux hazin sakemm qalghet il-permess mehtieg.<\/p>\n<p>Cirkostanza ohra setghet kienet it-tilwima li Guzmana kellha ma\u2019 l-arcipriet Gio. Antonio Cauchi dwar il-pretensjoni taghha li minhabba l-benefikati li ghamlet u kienet behsiebha taghmel, tindaqqilha l-qanpiena l-kbira fl-okkazjoni tal-mewt taghha, haga li d-dritt kanoniku ma kienx jippermetti.<\/p>\n<p><span style=\"font-size: x-small;\"><strong>TITKOMPLA L-KNISJA FL-1664<\/strong><\/span><\/p>\n<p>Izda fis-16 ta\u2019 April 1664 gewwa l-Imdina fl-atti tan-nutar Nikota Allegritto, Guzmana ghamlet kuntratt ma\u2019 Lorenzo Gaf\u00e0 bin Tumas mill-Birgu u ma\u2019 Pawluccju Farmusa miz-Zurrieq biex dawn ikomplu jibnu u jlestu l-knisja diga mibdija. Minn dan il-kuntratt hareg bosta taghrif:<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_4.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_4.jpg\" border=\"0\" alt=\"knisja_4.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">a)l-isem tal-arkitett Buonamici li kien ghamel il-pjanta u li l-pjanta tieghu kienet qed tigi murija lill-imghallmin biex jimxu fuqha. Nikkummentaw hawnhekk li meta sar dan il-kuntratt maz-zewg mghallmin, Buonamici kien diga halla Malta u l-post ta\u2019 inginier militari kien hadu l-Franciz Mederico Blondel.<br \/>\nb) ix-xoghot li kien diga tlesta: bicciet mill-kampnar u mill-knisja: din il-parti kienet dig\u00e0 iccangata.<br \/>\nc) ix-xoghol li kellu jsir: tinbena n-navata principali bil-faccata taghha, jigi ccangat il-paviment, jinbnew l-altari bl-iskannelli ta\u2019 fuqhom u t-tarag tahthom, isiru l-hwat ta\u2019 l-ilma mbierek u z-zewg nicec mal-hajt tal-bieb principali minn gewwa, jitlesta l-kampnar, tinbena jekk ikun mehtieg gallarija ghall-orgni, isir bokkaport ghall-karnierja u jigi perpetwat it-tarag li mill-knisja jaghti ghall-grotta.<br \/>\nd) taghrif fuq kwalit\u00e0 ta\u2019 gebel u barrieri, balavostri u ornamenti bl-arma ta\u2019 Guzmana li kellhom jitqeghdu fil-faccata u fl-arkata ta\u2019 kull artal.<br \/>\ne) taghrif fuq prezz u zmien: il-bini kollu kellu jqum 1700 skud u kellu jinkludi x-xoghol li kien ilu sejjer mid-19 ta\u2019 Jannar. Inghata zmien ta\u2019 sena u nofs biex fih tigi skavata knisja sotterranea (jew kannierja). Il-hlas kellu jsir waqt ix-xoghol: parti thallset mal-kuntratt, thallset somma ta\u2019 460 skud akkont fis-26 ta\u2019 Mejju, u l-bqija fi drabi ohra.<\/span><\/span><\/span><\/p>\n<p>Jidher li l-Knisja l-gdida pjantata minn Buonamici u fdata lil Lorenzo Gaf\u00e0 u siehbu ma kenitx qed taghmel ghajb lill-bini maestuz tal-Kullegg ta\u2019 l-istess Buonamici izda zgur kienet qed taghmel ghajb lil dik il-kappella ckejkna ta\u2019 San Publiju mibnija fuq il-grotta li kienet tmiss mal-parrocca li kienet qed tinbena. Bl-ordni tal-Granmastru, fl-1665, Mederico Blondel, is-successur ta Buonamici ghamel akkordju ma\u2019 1-istess Lorenzo Gafa\u2019 biex jibni mill-gdid il-knisia ta\u2019 San Publiju, bi hlas ta\u2019 230 skud. Wara l-hlas registrat f\u2019hames ircevuti tan-nutar Nikola Allegritto, Gaf\u00e0 rcieva hlas addizzjonali ta\u2019 30 skud iehor. Hekk gara li Gaf\u00e0 kien qed jibni f\u2019daqqa zewg knejjes imissu ma\u2019 xulxin, il-Parrocca ta\u2019 San Pawl u l-Knisja ta\u2019 San Publiju. Mhux dik tal-llum, izda ohra li nhattet biex fl-1726 flokha titla dik tal-llum, pjantata u mibnija minn Salvu Borg tas-Siggiewi, mghallem li wara Gaf\u00e0 donnu kien migjub hafna mill-Ordni. Ma nafux jekk il-knisja ta\u2019 San Publiju li bena Gaf\u00e0 kenitx fuq pjanta ta\u2019 Blondel jew ta\u2019 Gaf\u00e0 stess jew haddiehor.<\/p>\n<p>Iz-zewg kuntratti ma\u2019 Lorenzo Gafa\u2019, dawk tal-1664 (S. Pawl) u 1665 (S. Publiju) huma ferm importanti ghall-karriera artistika ta\u2019 Gafa\u2019. Lorenzo Gafa\u2019 twieled fl-4 t\u2019Awissu 1639 u hadem hafna bhala bennej, skultur u arkiterr. Minn studji dwar il-hidma tieghu jissemmew madwar l-1666 xogholijiet zghar ta\u2019 prospettivi ta\u2019 altari fil-Belt (l-erwieh) u l-Birgu (S. Pietru u S. Skolasitka) izda ma jissemmewx kuntratti kbar. Dawn tar-Rabat, meta kellu biss 25 u 26 sena, jidhru li huma l-ewwel zewg kuntratti kbar tieghu. Barra dan huma nteressanti ghax jorbtu l-isem ta\u2019 Gafa\u2019 ma Buonamici u ma Blondel fi stil gdid barokk li kien diehel Malta u li Gafa\u2019 tah l-oghla forma tieghu.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_5.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_5.jpg\" border=\"0\" alt=\"knisja_5.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/knisja_5.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Dwar il-progress tal-Knisja ta\u2019 San Pawl ghandna taghrif fil-Visti Pastorali. Fis-7 ta\u2019 Jannar 1666 il-kappellun ta\u2019 San Anton kien tlesta (Visita ta\u2019 Bueno). Fis-1672 il-knisja kienet lesta ghal kollox (donnhom qatghu jieshom li ghad jinbena l-kappellun l-iehor) bir-rizorsi u d-devozzjoni ta\u2019 Guzmana. Jinghad li kellha erba\u2019 bibien u l-knisja hi msejha manifika (visita ta\u2019 Astiria).<\/span><\/span><\/span><\/p>\n<p>M\u2019hemm ebda dubju li Guzmana baqghet issebbah il-Knisja. Fl-1678 hija qeghdet it-titular il-gdid ta\u2019 Stefano Erardi bil-Glorja ta\u2019 San Pawl fuqu, waqt li s-sena ta wara hija arrikkiet iz-zuntier bl-istatwa ta\u2019 San Pawl fuq pedestall bi skrizzjonijiet, kopja tal-gebel ta\u2019 l-istatwa ta\u2019 San Pawl li Melkjorre Gaf\u00e0 ghamel fil-Grotta.<\/p>\n<p><strong>IL-KNISJA TITLESTA FIS-SNIN 1680-1683<\/strong><\/p>\n<p>Fit-2 ta\u2019 Mejju 1680 nhatar Granmastru gdid, Nicola Cotoner, Guzmana tenniet lilu t-talba taghha f\u2019dak l-istess jum u hut aha l-ispazju li kellha bzonn biex tlesti l-knisja. Il-kummissjaru tax-Xogholijiet ta\u2019 l-Ordni gie mitlub jirrelata u tal-permess li nghata talab kumpens mhux hazin ghax gieghel lil Guzmana tibni dik is-sagristija sabiha li hemm illum fil-knisja ta\u2019 San Publiju u taghmel tibdil fit-titular. It-titular tal-knisja ma kienx inkwadru izda statwa tal-injam induratau mqeghda go nicca li turi lil San Publiju. Guzmana kellha tghollija l-fuq u zzejjinha biex titgawda aktar. Meta gie biex jitwettaq dan l-ordni, gara xi haga. Il-kollegjali ddecidew li jnehhu l-istatwa u ghamlu minflokha t-titular sabih ta\u2019 Mattia Preti li juri l-Madonna liebsa s-salib ta\u2019l-Ordni bil-Bambin hdejha u lil San Publiju u San Gwann Battista. Ta\u2019 dan il-kwadru Preti ha 300 skud.<\/p>\n<p>Irridu nahsbu li Guzmana ma damitx ma tat bidu ghall-bini tal-kappellun u li x-xoghol sar taht is-sorveljanza ta\u2019 l-istess Gafa\u2019. Ma nstabux kuntratti u lanqas ghandna registri tal-kontijiet. Billi l-ispejjez thallsu mill-benefattrici l-ircevuti baqghu ghandha. Nafu minn Patri Pelagju li fl-istess zmien, taht id-direzzjoni ta\u2019 Gafa\u2019, giet riformata l-faccata tal-Knisja ta\u2019 San Publiju. Ma dan jaqel Fortunato Panzavecchia (li miet fl-1850) li jghid li ta\u2019 Gafa huma z-zewgt ignub tal-faccata tal-Knisja. Huwa jzid li Gafa\u2019 bena wkoll il-koppla tal-Knisja.<\/p>\n<p>Fl-14 ta\u2019 Dicembru 1683 Guzmana ghamlet att li bih ghaniet lill-knisja b\u2019dota rikka. Hija rat il-holma taghha mitmuma u ghalkemm kien ghad baqghu x\u2019jsiru l-ornamnenti u l-kwadru titulari tal-kappellun hija setghet tqis l-opra kompluta.<\/p>\n<p>Aktar dettalji:<br \/>\nMons Gwann Azzopardi &#8211; L-ISTORJA TAL-BINI TAL-KNISJA TA\u2019 SAN PAWL TAR-RABAT (Il-Festi Taghna, 1998)<br \/>\n<!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-ISTORJA TAL-BINI TAL-KNISJA TA\u2019 SAN PAWL TAR-RABAT Mal-hajt tal-bieb principali tal-Knisja ta\u2019 San Pawl, minn naha ta\u2019 gewwa, fuq in-nicca ta\u2019 Gesu\u2019 Nazzarenu, hemm skrizzjoni kbira mnaqqxa fl-irham li tfakkar it-tmiem minn kollox tal-bini tal-knisja, li giet imkabbra, mibnija mill-gdid u dotata b\u2019kull ma kienet tehtieg minn-nobbli sinjura Guzmana Navarra &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=730\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":11,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-730","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/730","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=730"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/730\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16961,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/730\/revisions\/16961"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/11"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=730"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}