{"id":732,"date":"2011-04-14T15:14:51","date_gmt":"2011-04-14T13:14:51","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=732"},"modified":"2021-08-14T09:46:50","modified_gmt":"2021-08-14T07:46:50","slug":"mt-il-knisja-ta-san-pawl-fl-1736","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=732","title":{"rendered":"Il-Knisja Ta&#8217; San Pawl Fl-1736"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><\/p>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong>IL-KNISJA TA&#8217; SAN PAWL FL-1736<span style=\"font-size: small;\"><br \/>\nkif deskritta mill-Isqof Alpheran<\/span><span style=\"font-size: x-small;\">&nbsp;<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-isqof ta&#8217; Malta Paul Alpheran de Bussan, ta&#8217; nisel Franciz minn Aix-de-Provence, li dam imexxi l-Knisja tal-gzejjer taghna ghal 29 sena ( 1728- 1757 ), baqa&#8217; mfakkar mhux biss ghal-hegga pastorali tieghu fid-djocesi taghna, imma wkoll ghad-deskrizzjoni sabiha u dettaljata tal-knejjes taghna fl-atti taz-zjarat Pastorali tieghu. Huwa kien devot kbir ta&#8217; l-Appostlu Missierna San Pawl. Huwa hadem hafna ghall-edukazzjoni tal-Kleru u bena s-Seminarju fl-Imdina, huwa kkonsagra bosta knejjes fosthom dik ta&#8217; San Publiju fir-Rabat fl-1731 u ghamel 4 Vizti Pastorali li l-atti taghhom huma minjiera ta&#8217; taghrif fuq il-hajja religjuza u fuq l-istorja tal-Knejjes taghna. L-atti ta&#8217; l-ewwel zjara li sehhet fis-snin 1728-29, huma aqsar minn dawk tat-tlieta l-ohra u wiehed jifhem ghaliex, billi kien ghadu kif jibda l-hidma tieghu ta&#8217; isqof, izda l-ohrajn fihom gmiel ta&#8217; deskrizzjonijiet u taghrif. F&#8217;dan l-artiklu qasir se nati xi punti interessanti mill-atti tat-tieni zjara tieghu (1736-1740) li tinsab konservata fl-arkivju tal-Kurja fil-Furjana.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">&nbsp;<\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong><br \/>\n<\/strong><strong><\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_2.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_2.jpg\" border=\"0\" alt=\"1736_2.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-isqof Alpheran beda u temm din iz-zjara nhar il-Hadd 8 ta&#8217; April 1736, akkompanjat mill-Vigarju Generali l-Kan. Adrian Gurgion u mill-Kan. Guzeppi Costanzo. Din kienet l-ewwel Knisja Parrokkjali li zar wara l-Katidral fl-Imdina skond il-procedura tas-soltu billi l-parrocca ta&#8217; San Pawl fir-Rabat kienet tikkomprendi t-territorju kemm tar-Rabat kif ukoll ta&#8217; l-Imdina u kienet maqghquda mal-hames dinjita&#8217; tal-Kapitlu tal-Katidral. L-arcipriet kien Dun Klement Cuschieri.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">Iz-zjara saret b&#8217;dan l-Ordni: Wara l-kant tal-antifona &#8220;Sacerdors et Pontifex&#8221;u dak tat-&#8220;Te Deum&#8221; l-isqof ta l-barka solenni tieghu u bierek il-mejtin midfuna fil-Knisja, izda billi dak inhar kien ftit indispost ma marx ibierek ukoll lil dawk midfunin fil-karnierja u fiz-Zuntier. Huwa ghamel il-Vizita tat-Tabernaklu, tal-Fonti tal-Maghmudija, taz-zjut imqaddsa, tal-Altar Maggur, l-altar tal-Kor, il-hames altari tan-naha tal-Vangelu, il-hamsa l-ohra tan-naha ta&#8217; l-epistola, il-Grotta ta&#8217; San Pawl, in-navata pincipali, il-Kor, il-Presbiterju, il-konfessjonarji, il-pulptu, l-orgni, il-bibien tal-Knisja, il-karnierja, iz-Zuntier jew cimiterju, l-kampnar, u z-zewg sagristiji.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">Fil-ghaxija mbaghad ta&#8217; l-istess jum l-Isqof amministra s-sagrament tal-Grizma lil 228 ruh, uhud minnhom kbar fl-eta&#8217;.<\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong>Il-Knisja li zar hija l-istess bini li ghandna llum, jigifieri dik li bdiet tinbena fl-1653 bl-ispejjez tan-Nobbli Cosmana Navarra, waqfet ghal xi zmien u tlestiet 30 sena wara fl-1683. Mhux il-kaz li nirrepetu hawn dak li ghadna naraw sallum izda nsemmu biss dak li kien hemm u ma nsibuhx illum ghax zdied jew gie mibdul tul il-medda tas-snin. Hekk per ezempju, il-Knisja kellha biss statwa wahda, dik ta&#8217; San Mikiel; kienu ghadhom ma gewx ordnati l-istatwa titolari ta&#8217; San Pawl, u dawk ta&#8217; Kristu Rxoxt, il-Kuncizzjoni, in-Nazzarenu u pariggu il-Maghmudija ta&#8217; Kristu minn San Gwann fuq il-battisteru. Barra l-Maggur, l-altari kienu kollha tal-gebel u tnejn minnhom kellhom dedikazzjoni differenti minn tallum. L-altari kollha kellhom lampier zghir quddiemhom.<\/p>\n<p>F&#8217;dan l-artiklu se nsemmi wkoll xi taghrif wisq interessanti li sibnih ghall-ewwel darba fl-atti ta&#8217; din il-Vizita. Inzid ukoll xi kummenti a bazi ta&#8217; taghrif minn dokumenti ohra. Nibdew mill-altari.<\/p>\n<p><\/strong><strong><\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_1.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_1.jpg\" border=\"0\" alt=\"1736_1.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR MAGGUR ma kienx dak ta&#8217; llum ta&#8217; rham alabastru abjad, mhallas mill-Mons. Salvatore Manduca, li sar gdid biex jesa&#8217; s-sett tal-kandelabri ta&#8217; Corpus, izda dak wisq sabih tar-rham kulurit li llum jinsab fil-Kappellun ta&#8217; San Stiefnu. Dan l-altar kien tlesta ghall-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja li saret mill-Isqof Gaspare Gori Mancini fil-21 ta&#8217; Settembru 1726. L-Isqof jiddeskrivi r-relikwi tal-qaddisin li hemm fih, San Fulgenz, San Severinu u Santa Venusta. Fuqu kien hemm sitt kandlieri tal-fidda u 4 filatteri tal-ebbanu ta&#8217; forma piramildali, mimlijin bir-relikwi, bis-sigilli u l-awtentiki taghhom. Ma nafx hux dawk li ghadna narmaw fit-2 ta&#8217; Novembru. Fit-tabernaklu kien hemm pissidi ferm antik bil-koppa tal-fidda li kellu sitt gnub. F&#8217;dan l-altar kienu jsiru zewg processjonijiet stazzjonali mill-Katidral, dik tad-29 ta&#8217; Gunju, li ghadha ssir sallum u ohra fil-11 ta&#8217; Jannar biex tfakkar it-terremot tal- 11 ta&#8217; Jannar 1693 li ghamel hsarat kbar fil-Katidral ta&#8217; l-Imdina u wkoll fil-Knisja taghna, izda li b&#8217;xorti tajba ma qatel lil hadd.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR TAL-KOR, li jissejjah l-altar titolari, ghax qieghed taht it-titular, kien tal-gebel (dak tallum hu ta&#8217; l-irham). Dan jissejjah altar gdid, jigifieri ma kienx ilu wisq li sar. Ighid li fuqu kien hemm l-ikona (pittura fuq l-injam) wisq qadima li turi lil San Pawl, bil qeghda fil-maesta&#8217; kollha tieghu izda ma jiddeskrivix id-diversi partijiet ta&#8217; din l-ikona. Ighid biss li din giet &#8220;coloribus renovata&#8217; jigifieri mgedda fil-kulur, jew ahjar restawrata. Din l-ikona ghadha tezisti sallum, u fil-pannell tan-nofs hemm impingi l-isem tal-benefattur taghha, l-Arcipriet Don Leonardo de Agatiis, u s-sena 1588. Barra mill-kwadru tan-nofs fiha erba&#8217; pannelli izghar li juru l-Konverzjoni ta&#8217; San Pawl, il-Predikazzjoni tieghu, in-Nawfragju f&#8217;Malta u l-Martirju. Minn dokumenti ohra nafu li fl-imghoddi dan il-pannell kellu wkoll ix-xbihat tal-Madonna, San Pietru u San Gwann Battista. Dawn tnehhew biex il-kwadru l-qadim jigi mkittef u jkun jista&#8217; jiffittja bejn l-altar u l-gwarnic tat-Titolar il-Kbir. Izda meta dawn it-tlett xbihat tnehhew ma nafux. Fis-sena 1736 l-isqof isemmi li l-kwadru tan-Nawfragju diga kellu gwarnic pjuttost wiesgha ta&#8217; l-injam indurat, izda zgur mhux dak ferm sabih u wiesgha li ghandna llum u li sar mir-Rabtin lejn it-tmiem tas-seklu 19 u li tahtu hemm ukoll skolpit gwarnic tal-gebel.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">&nbsp;<\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong><br \/>\n<\/strong><strong><\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_3.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_3.jpg\" border=\"0\" alt=\"1736_3.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR TA&#8217; SAN ANTON ABBATI jinghad li hu guspatronat, u Abbazia mwaqqfa minn Cosmana Navarra. Kien izolat mill-knisja b&#8217;kancell tal-gews. L-isqof isemmi l-qaddisin impittra fil-kwadru kbir tieghu, jigifieri San Anton Abbati, San Filippu Neri u l-Erwieh tal-Purgatorju. Hemm fih imwaqqfa s-Sodalita&#8217; ta&#8217; l-erwieh. Jissemmew ukoll l-iskulturi fil-gebel li kien hemm madwar il-gwarnic tieghu izda bhal fil-kaz ta&#8217; l-altar ta&#8217; San Stiefnu, dawn kienu imkissra daqs mitt sena ilu. Dawn l-ornamenti barokki kienu jinsabu f&#8217;diversi knejjes u ghadhom jezistu sallum f&#8217;xi parrocci, fosthom Haz-zebbug. Fis-sena 1736 din l-abbazija kienet f&#8217;idejn l-Arcidjaknu Don Domenico Sciberras, isqof titolari ta&#8217; Epifanja. L-abbazija ma kelliex beneficjat, u kellha bhala sagristan lil Dun Tumas Galea.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR TA&#8217; SAN GWANN L-EVANGELISTA jinghad li hu guspatronat tal-familja Bonello. Il-kwadru tieghu juri lil San Gwann jikteb il-ktieb ta&#8217; l-Apokalissi. It-titolu ta&#8217; l-altar inghazel flok wahda mill-kappelli li kienu jinsabu fic-cimiteru jew Zuntier tal-Parrocca u li meta giet desagrata giet trasferita fil-parrocca.<\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\">FL-ALTAR TA&#8217; SANT&#8217;ANNA tissemma l-processjoni li kienet issir f&#8217;jum Sant&#8217;Anna bil-partecipazzjoni tal-Kapitlu tal-Katidral, tal-kleru u tal-Konfraterniti kif ukoll tal-magistrati tal-Kunsill Popolari bhala rizultat ta&#8217; weghda li kienet saret mill-istess Kunsill Poplari, jew Gvern lokali ta&#8217; Malta, fil-pesta tal-1676. Ta&#8217; min isemmi li f&#8217;dik l-okkazjoni kien jintrema palju bix-xbiha ta&#8217; Sant&#8217;Anna mpittrin fuq iz-zewg nahat tieghu. Dan llum jinsab fi stat wisq deperit fid-depozitu tal-Muzew. L-anzjani ghadhom jiftakru l-purcissjoni li kienet issir nhar il-festa u li nqatghet madwar hamsin sena ilu.<\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong><\/p>\n<div><span style=\"font-size: x-small;\">Jissemmew imbaghad zewg altari li llum igibu dedikazzjoni ohra. Dawn huma L-ALTAR TA&#8217; SAN KRISPIN U KRISPINJANU u L-ALTAR TA&#8217; SAN ELIGJU. Flokhom illum hemm l-altar tal-Qalb ta&#8217; Gesu u dak tad-Duluri. Ta&#8217; l-ewwel kienet tiehu hsiebu l-Konfraternita tal-Iskrapan waqt li tat-tieni kienet tiehu hsiebu l-Konfraternita&#8217; tal-Haddieda . Il-kwadru ta&#8217; Sant&#8217;Eligju ghadu sallum konservat fis-sagristija tal-parrocca u jgib id-data 1699 waqt li dak tal-qaddisin Krispin u Krispinjanu ma ghadux konservat. Il-kwadru attwali tad-Duluri kellu l-parti ta&#8217; fuq tispicca fit-tond u kien fl-arkata parigg in-Nicca ta&#8217; San Pawl fil-kappellun ta&#8217; San Stiefnu. Meta din infethet halli tghaqqad il-Knisja ma&#8217; l-Oratorju li nbena fl-ahhar mitt sena, il-kwadru gie trasferit flok dak ta&#8217; San Krispin u San Krispinjanu. Izda l-kwadru tad-Duluri ma kienx fil-Knisja fis-sena 1736 ghax kieku kien jissemma f&#8217;din il-Vista Pastorali.<\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: x-small;\">Nigu issa ghall-altari fin-naha l-ohra tal-Knisja, in-naha tas-sedja tac-celebrant, dari maghrufa bhala n-naha tal-epistola u nibdew mill-ALTAR TAL-KAPPELLUN TA&#8217; SAN STIEFNU. Dan il-kappellun beda jinbena malli tela&#8217; l-Gran Mastru Carafa li kkonceda b&#8217;diversi kondizzjonijiet lil Cosmana Navarra l-uzu tal-gnien wara l-Knisja ta&#8217; San Publiju, li l-Gran Mastru ta&#8217; qablu Cotoner kien innega l-permess li jintuza. Bil-bini ta&#8217; dan il-kappellun setgha jintemm il-bini tal-Knisja. Hawn l-Isqof Alpheran jerga&#8217; jsemmi l-ornamenti tal-gebel li kienu jzejnu l-prospettiva bhal fil-kaz tal-Kappellun ta&#8217; Sant&#8217;Anton. Isemmi li l-kwadru hu opra ta&#8217; Mattia Preti. Fil-fatt hu replika ta&#8217; kwadru identiku bhalu, illum misruq, li kien jinsab f&#8217;wahda mill-kommendi tal-Familja tal-Gran Mastru Carafa. Ma nafux liema minnhom sar l-ewwel. L-isqof izid li l-werrieta ta&#8217; Cosmana Navarra kienu ghadhom ma wettqux l-obbligu li Cosmana kienet rabtet bih lill-werrieta, jigifieri li ghal dan il-kappellun jikkummisjonaw lampier identiku ma dak tal-kappellun ta&#8217; San Anton minn idejn Melkjorre Gafa&#8217; jekk ikun ghadu haj, jew inkella minn idejn skultur kompetenti iehor. Dan jimplika li l-lampier wisq sabih ta&#8217; dan il-kappellun sar wara s-sena 1736.<\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: x-small;\">&nbsp;<\/span><\/p>\n<p><\/strong><strong><\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_4.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/1736_4.jpg\" border=\"0\" alt=\"1736_4.jpg\" width=\"200\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Nigu issa ghall-ALTAR TAL-KUNCIZZJONI. L-isqof ighid li dan l-altar qabel kien dedikat lill-Madonna tal-Grazzja izda bi ftehim mal-patruni inbidel f&#8217;altar tal-Kuncizzjoni taht kundizzjoni li jsemmi aktar tard. Isemmi wkoll taht il-kwadru titulari xbiha tax-xema tal-Bambin Gesu b&#8217;numru ta&#8217; ex-voti. L-ex-voti ma ghadhomx hemm u x-xbiha ta&#8217; Gesu&#8217; ma jirrizultax li hi dik tallum ghax din hi wisq aktar moderna mis-sena 1736. Jissemmew ukoll iz-zewg kwadri laterali, dak ta&#8217; San Liborju, protettur mill-mard tal-gebla, li kien kabbar il-qima tieghu fostna l-Gran Mastru Cotoner li kien ibati b&#8217;dil-marda, u San Andrea Avellino. Dawn huma l-unici zewg kwadri laterali li jissemmew f&#8217;dil-vista ghalkemm illum hemm ohrajn fl-altari l-ohra, anki qaddisin protetturi ta&#8217; mard u disgrazzji, bhal terremoti u sajjetti. Dawn probabilment kienu ghadhom ma gewx esegwiti.<\/span><\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR TAS-SALIB hu dak li jigi wara dak tal-Kuncizzjoni. Il-kwadru sabih tieghu illum jinsab fil-Muzew tal-Parrocca, u minn dokumenti ohra nafu li kien ingieb minn Ruma bit-thabrik tar-ragel tas-sinjura Cosmana Navarra. Hafna ghadhom jiftakru l-kwadru tas-Salib f&#8217;dan l-altar u tahtu kien hemm is-sottokwadru tal-Madonna tal-Grazzja. Numru ta&#8217; snin ilu il-Kan. Mikiel Saliba prokuratur ta&#8217; l-altar kien zejjen dan is-sottokwadru bi kwarnic sabih tal-fidda u tellghu il-fuq fin-nofs fuq sfond ta&#8217; rham ahmar. Izda fl-1736 dan il-kwadru kien ghadu ma sarx ghaliex meta l-Isqof zar L-ALTAR TAS-SAGRA FAMILJA, li jigi warajh, huwa ighid li dan l-altar tas-Sagra Familja kien gie assenjat bhala guspatronat lill-Familja Cushieri biex isir l-altar tal-Kuncizzjoni fil-Vista Pastorali ta&#8217; qabel bil-kundizzjoni li dawn iridu jikkummissjonaw kwadru gdid tal-Madonna tal-Grazzja . Billi dan kienu ghadhom ma wettqux dan l-obbligu, l-isqof ordna li jekk ma jikkonformawx fi zmien xahar jitilfu d-dritt tal-Guspatronat.<\/span><\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">L-ALTAR TA&#8217; SAN MIKIEL, l-ahhar altar fil-Knisja, jissemma bhala l-altar tal-Konfraternita ta&#8217; San Mikiel imwaqqfa fl-4 ta&#8217; Mejju 1695. Il-kwadru titolari jinghad li hu kwadru celebri. Nafu li sar minn Mattia Preti fi xjuhitu u ghadha tezisti l-ircevuta ffirmata minnu. L-Isqof ma jsemmix l-isem tal-pittur, forsi minhabba l-fatt li l-istil ta&#8217; Preti fi xjuhitu kif wiehed jistenna kien inferjuri ghall-dak tal-aqwa zmien tieghu. Jissemma wkoll kapital ta&#8217; tnax il-skud mholli mill-Gran Mastru Nikol Cotoner minhabba li hu kien ittrasferixxa fil-Knisja ta&#8217; San Pawl il-kwadru qadim ta&#8217; San Mikiel li kien il-kwadru titolari tal-Kappella medjevali ta&#8217; San Mikiel is-Sincier (Sancir), fi Gnien is-Sultan. Din hi l-eqdem knisja fir-Rabat.<\/span><\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong>Wara z-zjara ta&#8217; l-altari, l-Isqof nizel jati qima lil San Pawl fil-Grotta mit-tarag li hemm f&#8217;nofs il-hajt tal-lemin tal-Knisja. Nizel iqim lil San Pawl bla ma ddeskriva l-altari u l-istatwi tal-Grotta billi dawn kienu f&#8217;idejn l-Ordni ta&#8217; San Gwann. Il-Grotta (mhux il-Knisja Parrokjali) kienet inghatat lill-eremit spanjol Fra Juan Benegas de Cordova, li wara cediha lill-Ordni, bil-kundizzjoni li jinzamm miftuh il-passagg mill-Knisja ghall-Grotta u d-dritt li l-Arcipriet u d-devoti ta&#8217; San Pawl jinzlu minnu. L-isqof fiz-zjara tieghu sahhah dan id-dritt. It-tarag ghadu hemm sallum ghalkemm meta l&#8211;parrocca ta&#8217; San Pawl inghaqdet mal-Grotta u saret Kollegjata , biex infethet arkata fil-hajt, dan il-passagg gie msaqqaf bl-irham. Hasra li ma ssaqqafx bi grada tal-hadid biex jibqa jidher u f&#8217;okkazjonijiet specjali jinfetah. Meta Cosmana Navarra bniet il-Knisja tallum kienet ghamlet kundizzjoni li dan it-tarag ma jintmessx u mhabba f&#8217;hekk l-arkitett kien marbut fit-tfassil tal-Knisja tant li b&#8217;differenza minn knejjes ohra ghamel zewg altari kull naha.<\/p>\n<p>Ghalkemm l-Isqof ma jiddeskrivix l-altari u l-istatwi tal-Grotta, huwa hass li jaghti taghrif storiku ta&#8217; nteress kbir li ma jinstabx f&#8217;sorsi ohra. L-isqof jaghti informazzjoni fuq it-tarag li kien jwassal fid-dahla ghall-Grotta ( li ghal hafna snin kienet l-unika dahla ghaliha) kif ukoll jaghti taghrif fuq pittura ta&#8217; San Pawl li kien hemm hdejn din id-dahla . Din kienet turi lil San Pawl bil-lifgha mdendla ma idu u bl-iskrizzjoni tahtu li tghid &#8220;Locus iste Sandtus est&#8221; li jfissru &#8220;Dan il-post hu qaddis&#8221;. L-isqof ighid li dan it-tarag u l-pittura saru bi spejjes tal-Kapitlu tal-Katidral li ta&#8217; pensjoni annwali ta&#8217; mitt skud u dan sar fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja mill-Isqof Martin Royas fl-1775, kif kienet tixhed skrizzjoni inciza fil-gebel u mwahhla fl-abside tal-Knisja. L-iskrizzjoni kienet: &#8220;Divo Paulo hujus insulae Tutelari ubi vivens Christum praedicaverat Martinus Royas Templum hoc Consecravit pridie Kalendas Julii MDLXXV&#8221;. Bil-Malti &#8220;L-Isqof Martin Royas fit-30 ta&#8217; Gunju 1575 ikkonsagra dan it-tempju, dedikat lil San Pawl, patrun ta&#8217; dil-Gzira, fil-post fejn huwa pprietka lil Kristu&#8221;.<\/p>\n<p><\/strong><strong><\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/fundazzjoni_7.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/fundazzjoni_7.jpg\" border=\"0\" alt=\"fundazzjoni_7.jpg\" width=\"300\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/fundazzjoni_7.jpg\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Bhala kummenti nghidu li l-bniedem li wettaq dan kien l-Arcipriet de Agatiis li tant habrek u stinka biex jottieni l-fondi ta&#8217; mitt skud mill-Kapitlu. Dwar il-pittura ta&#8217; San Pawl mad-dahla tal-Grotta, nghidu li b&#8217;xorti tajba hemm incizjoni taghha stampati fil-ktieb: &#8220;Aegptiaca Aervitus&#8221;&#8216; tal-vjaggatur Michael Heberer von Bretten (gharrrafna biha l-ewwel darba Dr Gorg Zammit Maempel). Heberer zar Malta darbtejn fl-1585 u 1588 u rriproduca din l-istampa fil-ktieb tieghu fl-1610. L-incizjoni saret mill-pittur Fredrich ta&#8217; Hammel li kien minn Heidelberg. Dwar l-iskrizzjoni fil-gebel nghidu li fil-Muzew tal-Parrocca ghad baqgha parti zghira minnha, li qabel kienet ingastata fil-hajt fil-Kripta tal-Maddalena.<br \/>\n<span style=\"font-size: x-small;\">Fin-nota storika tieghu l-Isqof Alpheran izid taghrif dwar il-qima li kabbar il-Kavalier Fra Juan Benegas de Cordova, dwar il-bini mill-gdid tal-Knisja ta&#8217; San Publiju mill-Ordni u jati t-test taz-zewg skrizzjonijiet li jfakkru l-konsagrazzjoni mill-istess isqof Alpheran fl-1731 tal-Knisja u ta&#8217; l-altar tal-Grotta.<\/span><\/span><\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<div><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Wara l-altari u z-zjara lil Grotta, l-isqof jikkummenta b&#8217;mod dettaljat fuq l-arkitettura tal-Knisja u dik tal-faccata ta&#8217; barra. Jinnota li fil-faccata tal-knisja l-istatwa fin-nicca fuq il-bieb tal-Knisja ta&#8217; San Publiju hija xbiha ta&#8217; San Pawl skolpita fl-irham abjad. Dan juri car li din l-istatwa wisq antika u arkajka kienet diga hemm fis-sena 1736, qabel ma l-Gran Mastru Pinto rregala l-istatwa prezenti skola tal-Bernini li hemm fil-Grotta llum. Isemmi wkoll li fil-kappellun ta&#8217; San Stiefnu kienet tinzamm go nicca ta&#8217; l-injam l-istatwa ta&#8217; San Mikiel skolpita fl-injam, bicca minnha ndurata u bicca mizbugha. Dan ghaliex l-Oratorju kien ghadu mhux mibni. Infatti l-Isqof jinnota li floku kien hemm sagristija, parigg l-ohra, fejn jigu konservati l-oggetti l-aktar goffi tal-knisja. Dwar il-pulptu ighid li titla ghalih minn tarag tal-gebel. Dan it-tarag ghad hemm tracci tieghu fid-dahla ghall-kappellun ta&#8217; San Anton. Meta jzur il-karnierja jinnota li l-altar hu dedikat lil S. Marija Maddalena u l-Erwieh tal-Purgatorju minhabba li fl-1640 kien instab b&#8217;kumbinazzjoni ghar bi xbiha tal-Maddalena. Meta zar il-kampnar innota li fih kien hemm biss zewg qniepen, wahda pjuttost kbira ordnata minn Cosmana Navarra u ohra izghar li nhadmet fl-1398 u li kellha minquxin il-kelmiet &#8220;Christus regnat, Christus imperat&#8221; u li kienet giet imbierka fl-1645. Meta sar is-sett ta&#8217; qniepen godda mill-kappillan Sammut, din tnizzlet mill-kampnar u tkissret.<\/span><\/span><\/span><\/strong><\/span><\/div>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><strong><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fl-ahhar taz-zjara l-Isqof Alpheran ta lista tal-kleru tal-Parrocca. Dawn jinkludu l-Vici Parroku Dun Mikiel Ang Mamo, 17 il-sacerdot, zewg suddjakni, 9 kjerici, u 6 kjerici mizzewga.<\/span><\/span><\/span><\/strong><\/span><\/p>\n<p><strong>Aktar Dettalji:<br \/>\nMons Gwann Azzopardi: IL-KNISJA TA&#8217; SAN PAWL FL-1736 kif deskritta mill-Isqof Alpheran (Il-Festi Taghna, 2003)<\/p>\n<p><\/strong><strong><\/strong><!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IL-KNISJA TA&#8217; SAN PAWL FL-1736 kif deskritta mill-Isqof Alpheran&nbsp; L-isqof ta&#8217; Malta Paul Alpheran de Bussan, ta&#8217; nisel Franciz minn Aix-de-Provence, li dam imexxi l-Knisja tal-gzejjer taghna ghal 29 sena ( 1728- 1757 ), baqa&#8217; mfakkar mhux biss ghal-hegga pastorali tieghu fid-djocesi taghna, imma wkoll ghad-deskrizzjoni sabiha u dettaljata tal-knejjes &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=732\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":11,"menu_order":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-732","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/732","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=732"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/732\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16976,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/732\/revisions\/16976"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/11"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=732"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}