{"id":765,"date":"2011-04-14T15:55:20","date_gmt":"2011-04-14T13:55:20","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=765"},"modified":"2011-04-14T15:55:20","modified_gmt":"2011-04-14T13:55:20","slug":"triq-il-konti-ruggieru","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=765","title":{"rendered":"<!--:mt-->Triq il-Konti Ru\u0121\u0121ieru<!--:-->"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt-->Triq il-Konti Ruggieru &#8211; Stil uniku t\u2019armar<\/p>\n<p>Fost l-armar fit-toroq ghall-festi taghna; zgur li l-armar li kien jitpogga fi Triq il-Konti Ruggieru kien jispikka fuq it-toroq l-ohra. Dan minhabba l-unicita\u2019 ta\u2019 l-istil t\u2019 armar li kien jintuza. Kienet tinghata importanza kbira fuq l-armar fl\u2019ajru. It-triq kienet tizejjen b\u2019liedna tal-karti kkuluriti. Kull sena kienu jigu ppreparati disinni ta\u2019 festuni differenti li kienu jinkludu emblemi li jirraffiguraw lis-Sagrament. Dawn l-emblemi kienu jkunu mzejna bil-liedna u fin-nofs ta\u2019 kull pavaljun kienet tiddendel linfa. Zgur li dan l-armar kollu kien jirrikjedi xoghol kbir matul is-sena; l-aktar meta wiehed iqis li minhabba li l-armar kien ikun maghmul mill-karti kien ikollu jsir kollu gdid kull sena.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_2.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_2.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_2.jpg\" width=\"300\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Il-Gaj t\u2019Onfohlu<\/p>\n<p>F\u2019dal iz-zmien kull triq kienet tintrama minn ghadd ta\u2019 dilettanti li kienu joqghodu fiha jew fl-inhawi taghha. Il-gaj li kien jarma Triq il-Konti Ruggieru kien immexxi minn certu Guliermu Micallef (Ta\u2019 Onfohlu). Fost dawk li kienu jkunu mieghu insibu lil Kelinu Tonna, Wigi Borg, Ganni Cachia, Kelinu Cachia, Pawlu Ciangura, Kristinu Scerri, Pawlu Sammut, Frenc Ciantar, Guzeppi Abela (ix-Xlokk), Wistin Tonna, Majsi Tonna, Ganni Zammit u Pawlu Borg. Dawn kienu jiltaqghu ta\u2019 kuljum fil-hanut ta\u2019 mastrudaxxa li kellu Guliermu, fi Triq il-Kullegg u hemm kienu ta\u2019 kull sena jahdmu d-disinni bil-liedna tal-karti tal-kulur. Il-flus biex jinxtara l-materjal kienu jingabru minn fost in-nies li kienu joqghodu fit-triq u benefatturi ohra.<\/p>\n<p><strong>L-Armar <\/strong><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_6.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_6.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_6.jpg\" width=\"250\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Ghalkemm zgur li l-parti ta l-armar ta\u2019 l-ajru kienet l-aktar spettakolari; it-triq kienet tizzejjen ukull b\u2019armar iehor. Dawn kienu jinkludu sittax-il antarjolu b\u2019sett bandalori u sittax il-kolonna bi tlett faccati. Fuq dawn kienu jintramaw pilandri tal-liedna. Wara l-gwerra bdew jintramaw pilandri tal-hadid li kienu jinxteghlu bid-dawl. Il-gastri ta\u2019 dawn il-kolonni kienu wkoll differenti minn dawk li wiehed hu mdorri jara; ghax kellhom il-forma ta\u2019 rukkell. Dawn il-pilandri baqghu jintramaw sas-sebghinijiet ; meta twaqqfu minhabba legislazzjoni li kienet tillimita l-konsum ta\u2019 dawl fil-festi.<\/p>\n<p>Kienu jintramaw ukoll tnax il-kolonna ohra li fuqhom kienu jitpoggew sett angli. Erbgha minn dawn l-angli, li kienu jitpoggew f\u2019salib it-toroq, kienu jzommu pilandra li kienet tinxteghel. Ta\u2019 min jinnota li minn dawn il-pilandri hargu l-pilandri z-zghar li jintramaw mal-pedestall ta\u2019 San Pawl u ma\u2019 l-arkatura fuq iz-zuntier; kif ukoll dawk li jintramaw ma\u2019 l-ark ta\u2019 Triq il-Vittorja. L-angli kienu nhadmu l-Hamrun.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_5.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_5.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_5.jpg\" width=\"250\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Ma\u2019 l-erbgha antarjoli li kienu jitpoggew f\u2019salib it-toroq kienu jintramaw erbgha kolonni li llum jintramaw bhala trofej fi Triq San Pawl. Fuq dawn il-kolonni kienet titpogga vaska kbira li kienet timtela bil-palm.<\/p>\n<p>Mat-tieni antarjolu minn kull tarf tat-triq kienu jintramaw sett trofejiet (triangli). Dawn l-erbgha trofejiet huma antiki; u nsibu li qabel ma kienu jintramaw fi Triq il-Konti Ruggieru kienu jintramaw fuq is-Saqqajja ghall-festa li kienet tfakkar il-helsien tal-Maltin mill-hakma gharbija mill-Konti Ruggieru fl-1090; li kienet tigi ccelebrata kull sena fit-8 ta\u2019 Settembru.<\/p>\n<p>L-ewwel u t-tielet antanjolu li ma kellhomx trofejiet kienu jintramaw bil-palm permezz ta\u2019 gancijiet tal-hadid li kienu jitwahhlu ma\u2019 l-antarjoli. Bejn kull antarjolu kienu jintramaw zewg kolonni; wahda b\u2019pilandra u l-ohra b\u2019anglu.<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_7.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_7.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_7.jpg\" width=\"250\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>F\u2019nofs it-triq kienet tintrama kuruna kbira bil-pendenti taghha jaslu sa kull kantuniera. Din il-kuruna ma baqghetx tintrama minhabba li meta tinhakem mir-rih; kienet qed tikkawza hsara strutturali fil-hitan li kienet tkun imdendla maghhom. Barra minn hekk fit-tarf faccata tat-triq, in-naha ta\u2019 Triq il-Buskett kien jintrama l-Anglu tal-Kolonna (li llum jintrama f\u2019tarf Triq il-Kbira) ; filwaqt li man-naha ta\u2019 l-iskola kienet tintrama l-pilanbda l-kbira (li wkoll illum qed tintrama fi Triq il-Kbira). Ix-xoghol fuq il-kolonni ta\u2019 dan l-armar kien sar mid-dilettanti stess fl-Imdina, fil-hanut ta\u2019 Censu (imsejjah il-Landa) li kien jaghmel it-twiebet. Dan il-hanut kien jinsab fejn illum hemm ix-Xara Palace Hotel. L-istatwa ta\u2019 l-anglu kienet inhadment, bhall-angli l-ohra, l-Hamrun.<\/p>\n<p>Bhal kull grupp iehor li kien jarma xi triq fil-festi taghna il-grupp ta\u2019 Triq il-Konti Ruggieru ken dejjem jara kif jista\u2019 jsebbah it-triq aktar. Fost il-pjanijiet li kien hemm ghal din it-triq insibu li kien hemm il-hsieb li jinbidlu l-kolonni ta\u2019 l-angli u minflok isiru kollha parigg l-anglu tal-kolonna.<\/p>\n<p>Jum il-Festa<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_8.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_8.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_8.jpg\" width=\"300\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Nhar Corpus filghodu, Guliermu u Pawlu, maghruf bhala l-Bambocc, kienu jarmaw tapit ahmar tul Triq il-Konti Ruggieru kollha, Ta\u2019 min jinnota li tapit bhal dan kien jintrama f\u2019toroq ohra wkoll tul it-triq tal-processjoni izda din id-drawwa bdiet proprju minn Triq il-Konti Ruggieru. In-nies kienu johorgu il-qsari fuq il-bankini u kienu jwaddhu l-fjuri fit-triq minn fejn ikun se jghaddi s-Sagrament. Kienu jintramaw ukoll bramel bil-weraq tar-rand. Dawn il-bramel inhadmu ta\u2019 l-apposta ghat-triq u kienu dekorati bi skulturi t\u2019ucuh ta\u2019 ljuni. Tul it-triq kienu wkoll jintramaw gastri bl-incens. Meta kien ikun ir-rih flok it-tapit kien jitwaddab ir-rand ma l-art.<\/p>\n<p>1933: Il-Kungress Ewkaristiku Parrokjali<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_10.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_10.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_10.jpg\" width=\"250\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Fl-1933 l-Arcikonfraternit\u00e0 tas-Ssmu. Sagrament sejhet Kungress Ewkaristiku fil-parrocca taghna sabiex tfakkar l-gheluq tad-dsatax il-Centinarju mit-twaqqif ta\u2019 l-Ewkaristija. Ma setax jonqos li l-preparamenti ghal avveniment importanti bhal dan jaffettwaw anke l-aspett estern tal-Festi taghna. Hekk gara fi Triq il-Konti Ruggieru. Guliermu w shabu, minn snin qabel, hasbu sabiex jippreparaw halli jiddekoraw lit-triq taghhom b\u2019mod spccjali kif kien jixraq ghal avveniment bhal dan. Ghalhekk insibu li fis-snin immedjatament qabel u wara l-1933, l-armar fl-ajru kien ferm differenti mis-soltu, rninhahba li ssaqqfet it-triq kollha. It-triq intramalha suffett b\u2019emblemi catti u linef imdendla minn certu emblemi. Jghaqqdu dawn l-emblemi flimkien kien hemm ghadd ta\u2019 disinni bil-liedna kkulurita. Ghalkemm it-triq issaqfet kollha kemm il-darba zgur li l-armar li ntrama fl-1933 kien ferm aktar sofistikat u spettakolari mis-snin l-ohra, kif wara kollox jixdhu r-ritratti li ttiehdu f\u2019din l-okkazjoni.<\/p>\n<p>1945 &#8211; Wara l-Gwerra<\/p>\n<p>Fl-ewwel snin wara l-gwerra minhabba li ma kienx jinghata permess sabiex jintrama armar ma\u2019 l-art, minflok bil-kolonni u l-antarjoli, it-triq kienet tintrama bi bnadar imwahhlin mal-hitan.<\/p>\n<p>Tibdil fi-Armar matul is-snin<\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_1.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_1.jpg\" border=\"0\" alt=\"crs_1.jpg\" width=\"300\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/crs_1.jpg\" target=\"_blank\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p>Naturalment, l-armar ta\u2019 kull triq jinbidel ferm matul is-snin. L-armar bil-liedna kkulurita baqa\u2019 jintrama fi Triq il-Konti Ruggieru sa ftit wara l-gwerra, bejn wiehed u iehor l-1948. Minn haw nil-quddiem inisbu lib dew jintramaw pavaljuni tad-drapp. L-ewwel sett ta\u2019 pavaljuni li kienu bl-iskrizzjonijiet fuq l-Ewkaristija kien u ngiebu r-Rabat minn Karmenu Tabone. Dawn il-pavaljuni kienu saru ghall-Kungress Ewkaristiku ta\u2019 l-1913. Dawn il-pavaljuni servew ftit u gew mibdula b\u2019sett gdid fil-hamsinijiet. Ghall-festi centinarji tal-Martirju ta\u2019 San Pawl fl-1967 sar sett gdid ta\u2019 pavaljuni u bandalori li baqghu jintramaw sal-1993, meta sar sett gdid.<\/p>\n<p>L-armar fl-art naqas hafna. Dan gara minhabba t-tibdil strutturali li sar fis-sittinijiet meta tkabbret il-pjazza. Ghadd t\u2019armar iccaqlaq minn postu sabiex il-pjazza tintrama b\u2019mod aktar xieraq. Kif diga ghedna, it-triq baqghet tintrama bil-pilandri sas-sebghinijiet. L-ahhar darba li ntramaw il-kolonni, li minflok issa bdew jintramaw bil-palm kien fil-bidu tat-tmeninijet \u2013 meta kienet qed issirilhom hafna hsara minhabba li kienu qed jintramaw taht il-bankina.<\/p>\n<p>Aktar Dettalji:<br \/>\nManuel Sapiano \u2013 Triq Konti Ruggieru \u2013 Stil Uniku t\u2019Armar (Il-Festi Taghna 1996)<!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Triq il-Konti Ruggieru &#8211; Stil uniku t\u2019armar Fost l-armar fit-toroq ghall-festi taghna; zgur li l-armar li kien jitpogga fi Triq il-Konti Ruggieru kien jispikka fuq it-toroq l-ohra. Dan minhabba l-unicita\u2019 ta\u2019 l-istil t\u2019 armar li kien jintuza. Kienet tinghata importanza kbira fuq l-armar fl\u2019ajru. It-triq kienet tizejjen b\u2019liedna tal-karti kkuluriti. &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=765\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":19,"menu_order":3,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-765","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/765","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=765"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/765\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":766,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/765\/revisions\/766"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/19"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=765"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}