{"id":817,"date":"2011-04-14T17:57:55","date_gmt":"2011-04-14T15:57:55","guid":{"rendered":"http:\/\/crm.rabatmalta.com\/sanpawl\/?page_id=817"},"modified":"2011-04-14T17:57:55","modified_gmt":"2011-04-14T15:57:55","slug":"sehem-il-banda-fil-festi-organizzati-mill-arcikonfraternita-tas-sagrament-tar-rabat","status":"publish","type":"page","link":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=817","title":{"rendered":"<!--:mt-->Sehem il-Banda fil-Festi organizzati mill-Arcikonfraternita&#8217; tas-Sagrament tar-Rabat<!--:-->"},"content":{"rendered":"<p><!--:mt--><span style=\"font-size: large;\"><strong>IL-BANDA FIL-FESTI ORGANIZZATI<br \/>\nMILL-ARCIKONFRATERNITA\u2019 TAS-SAGRAMENT TAR-RABAT<\/strong><br \/>\n<span style=\"font-size: x-small;\"><\/p>\n<p>Mill-Vizti Pastorali li saru fil-Knisja Parrokkjali, illum Kolleggjata ta\u2019 San Pawl tar-Rabat insibu li kwazi dejjem issemmiet is-Solennita\u2019 ta Corpus Domini li kienet u ghada ssir il-Hadd fost l-Ottava mill-Arcikonfraternita\u2019 tas-SSmu. Sagrament. Ir-Rabtin imqanqlin mil-fidi lejn Gesu Ewkaristija dejjem raw li jorganizzaw din il-festa bl-ahjar mod.<\/p>\n<p><strong>L-Ahhar zmien tal-Kavallieri ta\u2019 San Gwann.<\/strong><\/p>\n<p><\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/corpus_1.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/corpus_1.jpg\" border=\"0\" alt=\"corpus_1.jpg\" width=\"400\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Mill-kotba tal-kontijiet tal-Fratellanza ta\u2019 l-1795, insibu li saru zewg hlasijiet ghall-muzika fil-festa ta\u2019 Corpus Domini. Sar hlas ghall-Maestro di Cappella li ha hsieb il-muzika fil-knisja u sar hlas ta\u2019 6 skudi lid-daqqaqa li hadu sehem fil-processjoni. (\u2018Alli suonatori intervenuti nella processione.\u2019)<\/p>\n<p>Fiz-zmien li qeghdin nitkellmu minnu nsibu li f\u2019Malta kien hawn hdax-il Regiment tal-Milizja li kull wiehed minnhom kellu l-Banda tieghu. Dawn kienu maghmulin minn tnabar u fifra (suffara). Il-Battaijun tar-Rabat u l-Imdina kellu 4 tnabar u wiehed bis-suffara. Mela ghalissa nistghu nahsbu li l-imsemmija daqqaqa setghu kienu dawn. Fis-sentejn ta\u2019 wara, jigifieri fl-1796 u 1797 ghal-Festa ta Corpus id-daqqaqa hadu 5 skudi. Fil-kont tal-Festa ta\u2019 l-1798 ma nsibux li hadu sehem \u201csuonatori\u201d u dan jista\u2019 jaghti l-kaz minhabba illi l-Maltin ma tantx kellhom mohh li jiccelebraw bhas-soltu fil-festi ghax il-gzira kienet ghaddeija minn tahwid kbir. Malta kienet ghada kif ghaddiet ghal taht il-hakma tal-Francizi.<\/p>\n<p><strong>L-Imblokk tal-Franicizi fl-ibliet.<\/strong><\/p>\n<p>F\u2019dan iz-zmien missirijietna tant organizzaw tajjeb il-battaljuni taghhom li sal-banda iffurmaw f\u2019kull wiehed li kellhom. Izda dawn il-baned kienu ffurmati minn tnabar biss u dik tar-Rabat issa kellhu 2 tnabar. Fil-kwartier generali tal-Kmandant in Kap tal-Maltin, Alex John Ball, f\u2019Sant\u2019 Anton kien hemm banda wkoll izda din kienet maghmula minn strumenti tar-ram u ta\u2019 l-ghuda. Bhala Surmast kellha lil Censu Cumbo mill-Belt.<\/p>\n<p>Naqraw li meta missirijietna raw li l-qaghda taghhom kulma tmur qed tissahhah aktar, billi dejjem ghaddejja mit-tajjeb ghall-ahjar, filwaqt li dik tal-Francizi, imblukkati fl-ibliet, izjed titwiegher u tehzien minn jum ghal iehor, regghu bdew jaghmlu dawk il-Festi li kienu qatghu minhabba l-gwerra li kellhom mal-Francizi. Ir-Rabtin ma qaghdux lura milli jiccelebraw huma wkoll bhas-soltu l-Festa Principali ta\u2019 Corpus Domini u mill-kontijiet tal-Festa ta\u2019 l-1799 insibu li \u201calli suonatori nella processione\u201d thallsu 4 skudi. Il-hlas juri li l-grupp ta\u2019 daqqaqa seta kien inqas minn dawk ta\u2019 l-1795 u 1796.<\/p>\n<p><strong>Malta taht il-hakma ta\u2019 l-Inglizi.<\/strong><\/p>\n<p>Wara l-imblokk fl-1800 insibu li l-ewwel festa li saret fl-Imdina kienet dik tal-Karnival. Fil-Palazz tal-Granmastru saru Akkademja, Kuncert u Ballu u hadet sehem il-Banda ta\u2019 Sant\u2019Anton. Ta\u2019 dan is-servizz il-Banda thallset 5 skudi u nofs. Fl-istess sena din il-Banda insibuha tiehu sehem ukoll fil-Festa ta\u2019 Corpus Domini fl-Imdina u l-Imnarja.<br \/>\nMalli l-Francizi cedew u sehh il-ftuh ta\u2019 l-ibliet insibu li l-Battaljuni Maltin inhallu u kulhadd telaq lejn pajjizu. Hawnhekk ghandna x\u2019nifhmu li l-Baned tal-Battaljuni sfaxxaw. Izda fl-1800 u l-1801 fil-kotba tal-kontijiet ta\u2019 l-Arcikonfraternita\u2019 tas-Sagrament insibu li d-daqqaqa thallsu 5 skudi u 6 tari (1800) u 5 skudi (1801) rispettivament talli daqqew fil-Festa ta\u2019 Corpus Domini tar-Rabat. Mela hawnhekk wiehed jaghmel osservazzjoni u jghid li d-daqqaqa li ssemmew s\u2019issa mill-1795 \u2018l hawn ma kellhom x\u2019jaqsmu xejn mal-Battaljuni ghax kieku kienu sfaxxaw huma wkoll. Fl-Imdina ma nsibux li hadu sehem daqqaqa ghall-Imnarja ta\u2019 l-1801 u dan ikompli jikkonferma li d-daqqaqa li jissemmew f\u2019Corpus tar-Rabat huma Rabtin u mhux dawk ta\u2019 Sant\u2019Anton ghax din il-Banda kienet sfaxxat ukoll.<\/p>\n<p>Kif diga semmejna mac-cedir tal-Francizi l-Battaljuni sfaxxaw, izda hafna mill-Maltin li servew fl-imblokk regghu ngaggaw suldati mill-gdid fost l-ohrajn fil-Battaljun tal-Veterani biex jaqdu bhala Pulizija. Dawn il-Veterani gew ikkwartjati fil-Palazz tal-Gvernatur u b\u2019Surmast tal-Banda kellhom il Censu Cumbo dak li rajna f\u2019Sant\u2019 Anton. Hawnhekk twaqqfet l-ewwel Banda tal-Pulizija.<\/p>\n<p><\/span><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/Marc_siegha.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/Marc_siegha.jpg\" border=\"0\" alt=\"Marc_siegha.jpg\" width=\"350\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: large;\"><span style=\"font-size: x-small;\">Fit-tigrijiet ta l-Imnarja ta\u2019 l-1802 insibu li hadu sehem xi daqqaqa li thallsu 2 xelini u sold izda mill-kotba tal-Gurati ma nsibux minn fejn kienu. Fil-Festa ta\u2019 Corpus tar-Rabat insibu li \u2018Per li suonatori per la proccesione\u2019 kien hemm 6 skudi. Fl-1803 ma nsibux li hadu sehem daqqaqa fit-tigrijiet ta\u2019 l-Imnarja, izda f\u2019Corpus tar-Rabat naraw li d-daqqaqa regghu thallsu 6 skudi. Hawnhekk naraw il-kontinwita\u2019 ta\u2019 l-element muzikali fil-Processjoni ta\u2019 Corpus Domini tar-Rabat. Fl-1804 izda ma nsibu li saru l-ebda hlasijiet lid-daqqaqa la fl-Imnarja u lanqas f\u2019 Corpus tar-Rabat. Ta\u2019 interess izda huwa l-fatt li f\u2019din is-sena l-Gurati tal-Belt bdew juzaw lil Banda ghat-tigrija ta\u2019 Santu Rokku. Il-Gurati ta\u2019 l-Imdina thajru u nsibu li ghall-Imnarja ta\u2019 l-1805 bdew jinqdew bid-daqqaqa tar-Rabat u ta\u2019 dan is-servizz bdew ihallsu 10 skudi. F\u2019Corpus tar-Rabat naqraw \u2018Pagati alli sonatoni per la proccesione\u2019 10 skudi wkoll. Mela hawnhekk nistghu nghidu li r-Rabtin x\u2019aktarx li zdiedu fin-numru. Mill-1805 sa l-1812 naraw li fil-kontijiet tal-Gurati kien jintuza hekk: \u2018Ai suonatoni della banda del Rabbato\u2019. Fil-kontijiet tal-Festa ta\u2019 Corpus tar-Rabat qatt ma nsibu mnizzel del Rabbato u dan jkompli jikkonferma li d-daqqaqa kienu Rabtin u twaqqfu sa mill-1795 biex jibdew jiehdu sehem fil-Festa Principali ta\u2019 Corpus Domini tar-Rabat. S\u2019issa rajna li l-unika festa fir-Rabat jew fl-Imdina li kellha l-element muzikali kontinwu kienet il-Festa ta\u2019 Corpus tar-Rabat.<\/p>\n<p>Fil-Festa ta\u2019 Corpus Domini ta\u2019 l-1806 u l-1807 id-daqqaqa hadu 10 skudi. F\u2019dawn is-sentejn insibu li meta l-Banda tar-Rabat kienet iddoqq fit-tigrijiet ta\u2019 l-Imnarja kienu jizdiedu bejn tnejn u erba\u2019 daqqaqa ohra mill-Belt.<\/p>\n<p>Fis-sentejn ta\u2019 wara ma nsibux li mal-Banda tar-Rabat daqqew xi barranin izda baqghet tiehu 10 skudi kemm ghall-Imnarja kif ukoll ghall-Festa ta\u2019 Corpus tar-Rabat. Fl-1810 lahaq Gvernatur ta\u2019 Malta Sir Hildebrand Oakes. Dan kien imdorri jara t-tigrijiet tal-Maltin u ghalhekk il-Banda tar-Rabat bdiet iddoqq ukoll fil-Barrakka waqt it-tigrijiet, barra li twassal lill-Gurati mill-Imdina sal-Barrakka u lura.<\/p>\n<p>Fl-1813 f\u2019Malta fegget il-pesta. Hawnhekk naraw li l-Maltin ma ghamlux festi tant li kemm fil-kontijiet tal-Gurati kif ukoll fil-kontijiet tal-Fratellanza tas-Sagrament ma nsibux hlasijiet ghall-Festi ta\u2019 l-Imnarja jew Corpus Domini.<\/p>\n<p>Fis-sena ta\u2019 wara nergghu naraw li l-Banda regghet bdiet tiehu sehem fit-tigrijiet ta\u2019 l-Imnarja kif ukoll ghal Corpus tar-Rabat. Mill-kontijiet tal-Gurati, izda ma nsibux minn fejn kienet din il-Banda. Hawn wiehed forsi jistaqsi jekk il-Banda tar-Rabat kienetx sfaxxat wara l-marda qerrieda tal-pesta. Izda jekk inqalbu l-kotba tal-kontijiet tal-knisja Parrokkjali taz-Zurrieq nsibu li bejn l-1814 u l-1816 il-banda tar-Rabat hadet sehem fil-Festa Titulari ta\u2019 Santa Katerina. Mela issa naraw li l-Banda tar-Rabat mhux talli ma spiccatx izda talli bdiet tiehu sehem f\u2019festi ta rhula ohra. Il-banda tar-Rabat naraw ukoll li kellha element tajjeb tant li mill-istess kontijiet taz-Zurrieq nsibu li wiehed mid-daqqaqa ta\u2019din il-banda kien idoqq l-orgni wkoll. (Nota: Fil-knisja Parrokkjali tar-Rabat insibu li f\u2019dawn iz-zminijiet kellha organisti lil Pietro Chircop u Gioacchino Micallef. Dan ta\u2019 l-ahhar f\u2019dan iz-zmien ukoll kien organista fil-Katidral ta\u2019 l-Imdina. Minn jaf jekk xi hadd minn dawn setax kien idoqq mal-banda tar-Rabat?).<\/p>\n<p>Sadanittant mill-1815 sa l-1819 fil-kotba tal-Arcikonfraternita\u2019 tas-Sagrament ma nsibux hlasijiet ghal banda izda nibdew naraw li l-muzika kollha tal-festa ta\u2019 Corpus kienet tidher taht kont wiehed.<\/p>\n<p><\/span><\/span><br \/>\n<span style=\"font-size: x-small;\">Fl-1820 nergghu niltaqghu mal-Banda fil-Festa ta\u2019 Corpus Domini tar-Rabat. \u2018Per suono della banda\u2019nsibu 10 skudi. Minn hawn naraw kemm il-banda tar-Rabat twaqqfet mir-Rabtin, gewwa r-Rabat u ghal Festa Princdipali tar-Rabat, Corpus Domini.<\/p>\n<p>Mill-1822 sal-Festa ta\u2019 Corpus ta\u2019 l-1830 naraw li l-Banda kienet tiehu 8 skudi u mhux aktar 10 skudi. Fil-kontijiet dejjem niltaqghu mal-frazijiet, \u201cAi suonatori della banda\u201d, \u201cPer suono della banda\u201d, \u201cAlla banda\u201d. Dan juri li l-Banda kienet tar-Rabat u ma kienx hemm ghalfejn joqghod jitnizzel del Rabbato. Fl-1824 izda nsibu li setghu zdiedu xi bandisti mal-Banda ghax fil-kontijiet naraw \u201cPiu ai suonatori di banda\u201d, 8 skudi.<\/p>\n<p><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/irxoxt.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/irxoxt.jpg\" border=\"0\" alt=\"irxoxt.jpg\" width=\"400\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: x-small;\">Fil-festa ta\u2019 Corpus ta\u2019 l-1831 u l-1832 il-Banda regghet bdiet tiehu 10 skudi. Fl-1833 hadet 20 skud filwaqt fl-1834 u l-1835 \u201cPer suono di banda\u201d kien hemm 15-il skud u 12-il skud rispettivament. Fil-1836 niltaqghu ma nota nteressanti ferm fil-ktieb ta\u2019 l-esito u naraw \u2018per la banda pagati a Giuseppe Agius\u2019 15-il skud. Min seta kien dan Giuseppe Agius?<\/p>\n<p>Fil-ktieb \u2018Musica Sacra a Malta\u2019 ta\u2019 Franco Bruni nsibu lista ta\u2019 nies li taw is-sehem taghhom bhala kantanti jew muzicisti fil-Katidral ta\u2019 l-Imdina. Hemm niltaqghu ma certu Giuseppe Agius li bejn l-1829 u l-1862 kien idoqq il-vjolincell. Nota nteressanti hija li hafna minn dawn il-muzicisti msemmija narawhom ukoll jaghtu l-kontribut taghhom fil-knisja Parrokkjali ta\u2019 San Pawl tar-Rabat. Insibu wkoll manuskritti muzikali fl-Arkivju ta\u2019 l-imsemmija Parrocca li huma ta\u2019 xi whud minn dawn il-muzicisti. Insemmu lil Franco Azzopardi, Pietro Paolo Bugeja, Don Michele Theuma, Aurelio Micallef u Grech Grandolini Luigi. Ta\u2019 min jghid ukoll li dawn il-muzicisti li jissemmew f\u2019dan il-ktieb kien hemm min kien mir-Rabat jekk mhux ukoll midhla sew tal-knisja Parrokkjali ta\u2019 San Pawl. Insemmu lil Aurelio Micallef li ghadna nistghu naraw partitura ta\u2019 \u2018Tantum Ergo\u2019 mizmuma fl-arkivju tac-Cirkolu San Pawl u s-Socjeta\u2019 Filarmonika Konti Ruggieru u nsemmu wkoll lil Don Michele Theuma li ghadna wkoll naraw il-partitura tal-muzika u l-kliem li kien kiteb ghal marc \u201cLa Vittoria dei Rabbatani &#8211; 1902\u201d kif ukoll dik tal-Inno Marcia \u2018San Paolo\u2019 col coro di ragazzi. Mill-istess ktieb niltaqghu wkoll ma certu Alessandro Agius li bejn l-1 ta Frar ta l-1818 u Ottubru ta l-1822 kien idoqq il-vjolincell fil-Katidral. Dan ma seta kien hadd ghajr missier is-Surmast Epifanio Agius, l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat. Bejn l-1827 u l-1829 Banda t\u2019Ghawdex li daqqet fil-Festa ta\u2019 San Gorg kellha lis-Surmast taghha minn Notabile. Il-kelma Notabile, fiz-zmien li qed nitkellmu minnu tista tfisser jew l-Imdina jew ir-Rabat ghax f\u2019dan iz-zmien l-Imdina u r-Rabat kienu ghadhom Parrocca wahda.<\/p>\n<p>Fil-hlasijiet ta\u2019 wara ma niltaqghux aktar ma persuni li jidhru li kienu nkanigati mill-Banda tar-Rabat. Hawnhekk ukoll naraw li kienu qed ikunu anqas minn qabel. Izda issa nibdew naraw hlasijiet ghat-trattamenti li kienu nghataw lil-Banda. Fl-1838 nsibu \u2018Per la banda come dal ricevo\u2019 10 skudi u 6 tari u \u2018Per oglio, vino alla Banda e affitto di muscoli\u2019 4 skudi u 5 tari u fl-1839 \u2018Per Banda e vino\u2019 11 skudi 6 tari. Il-Banda tar-Rabat issa nibdew narawha tiehu sehem fil-Festi kollha li ghandha x\u2019taqsam maghhom l-Arcikonfraternita\u2019 tas-SSmu. Sagrament tar-Rabat. Fil-parti Straordinarie tal-ktieb ta\u2019 l-esito 1795-1846 naraw li mill-1836 il-Banda bdiet tiehu sehem fil-Festa ta l-Ghid il-Kbir: \u2018Per il Precetto Pasquale dell 1836, Polvere e banda\u2019 2 skudi 4 tari. Fl-1838 insibu \u2018Per la funzione di Pasqua del 1838. Polvere, matutino, Banda, elemosina del discorso e Banda per la processione della Terza\u2019 7 skudi 12 tari. Mela hawnhekk niltaqghu wkoll mal-Banda fit-Terza. Fl-1843 niltaqghu ma \u2018Pagati per Banda della Resurrezione\u201d 2 skudi 3 tari u 12.<\/p>\n<p><strong>Nofs is-seklu 19.<\/strong><\/p>\n<p>Lejn nofs is-seklu 19 f\u2019Malta nsibu riforma shiha fil-baned regimentali. L-gholja ta\u2019 l-Imtarfa u l-Buskett kienu mizghuda bil-kampijiet ta\u2019 dawn ir-Regimenti. Ghalhekk ma setax jonqos is-sehem ta\u2019 dawn il-baned fil-festa ta\u2019 Corpus tar-Rabat, sehem li bqajna narawh moghti anke f\u2019dan is-seklu.<\/p>\n<p><\/span><\/p>\n<table border=\"0\">\n<tbody>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/palk_KRuggieru.jpg\" target=\"_blank\"><img decoding=\"async\" src=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/palk_KRuggieru.jpg\" border=\"0\" alt=\"palk_KRuggieru.jpg\" width=\"350\" \/><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td><a href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/members\/rabatmaltacom\/sanpawl\/palk_KRuggieru.jpg\" target=\"_blank\"><\/a><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p><span style=\"font-size: x-small;\">Mill-kontijiet tal-Arcikonfraternita\u2019 tas-snin hamsin tas-seklu 19 ma nsibux riferenza specifikatament ghall-banda kif sibna s\u2019issa sa mill-1795. Dan ma jfissirx li ma haditx sehem xi banda. Dak li ma sibniex fil-kotba tal-Fratellanza nistghu nikkwotawh mill-gurnali ta\u2019 dak iz-zmien. F\u2019dan il-perjodu, fil-gurnali lokali nsibu deskrizzjoni tal-festi popolari Maltin. Tista\u2019 tghid li kienu juru x\u2019sar fil-festa. Hawn niltaqghu mal-frazijiet \u2018Banda musicale del Reggimento Maltese\u2019 jew \u2018Banda musicale\u2019. Fil-festa ta\u2019 Corpus il-banda tar-Regiment kienet tissemma\u2019 li hadet sehem lejliet il-festa. Nhar Corpus ma nsibux li tkun daqqet xi banda. Dan jista\u2019 jkun li jew veru li ma kienx hemm baned nhar il-festa jew inkella il-gurnali ma kienux qalu, ghax il-baned li jkunu hadu sehem ma kienux tar-Regiment.<\/p>\n<p>Fl-1858 nsibu li \u2018Banda musicale\u2019 hadet sehem fl-Ingress ta\u2019 l-Isqof filwaqt li fl-1859 naraw banda fit-translazzjoni tal-Korp ta\u2019 San Innocenz mill-Katidral ta\u2019 l-Imdina ghall-knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tar-Rabat. Fil-gurnal ma nsibux x\u2019banda kienet izda x\u2019aktarx li ma kienetx tar-Regiment ghax kieku kien jitnizzel \u2018Banda del Reggimento\u2019.<\/p>\n<p>Fis-snin sittin nerghu nsibu hlasijiet ghall-banda fil-festa ta l-Ghid il-Kbir filwaqt li l-gurnali lokali jibdew juruna li hadu sehem \u2018diverse bande musicali\u2019 ghall-festa ta\u2019 Corpus. Niltaqghu wkoll mal-frazi \u2018banda del paesani\u2019.<\/p>\n<p>Kif nistghu nahsbu kienu hafna dawk ir-Rabtin li nghaqdu mal-baned tar-Regiment u ghalhekk ma nsibuhiex difficli biex nghidu li issa dawn inghaqdu fi grupp ghalihom u bdew idoqqu bhala banda. Baned \u2018dei paesani\u2019 jew \u2018scelta banda musicale\u2019 insibuhom ukoll jiehdu sehem fil-Gimgha l-Kbira tal-Belt u l-Isla. Niltaqghu ma\u2019 dawn il-frazijiet fil-festi tal-Kuncizzjoni ta\u2019 Bormla u ta\u2019 San Pawl tal-Belt, kif ukoll fil-festi tal-Madonna tad-Duttrina u San Mattew tal-Qrendi.<\/p>\n<p>Fl-1868 insibu li fir-Rabat sar il-Palk bl-istatwa tal-Konti Ruggieru. Fid-deskrizzjoni tal-festa ta\u2019 Corpus ta\u2019 l-1869 insibu li hadu sehem dawn il-baned: \u2018Le Bande Musicali del 1mo. Batt. 6410 Reggimento, del 1mo. Batt. del 24to. Reggimento, della Real Artiglieria Maltese, ed un\u2019altra di paesani.<\/p>\n<p><strong>Is-sehem tal-Banda Konti Ruggieru.<\/strong><\/p>\n<p>Mid-dokumentazzjoni kollha li sibna sa issa naraw li r-Rabtin kienu mharrga sewwa fil-rnuzika kemm minhabba l-fatt li kienu jdoqqu mal-baned tar-Regiment kif ukoll mill-partecipazzojoni taghhom fil-muz\u00b1ika tal-knejjes.<\/p>\n<p>Issa kien jonqos biss li tinfetah l-iskola tal-muzika ghar-Rabtin. Ghalhekk 17-il bandist kollha mir-Rabat u midhla sewwa tal-knisja Parrokkjali ta\u2019 San Pawl flimkien mas-surmast Rabti Epifanio Agius marru ghand in-nutar G.M. Buhagiar biex hemm jaraw il-holma taghhom issehh. Prova ta\u2019 kemm dawn l-irgiel kienu bandisti, u x\u2019aktarx membri ta\u2019 xi \u2018banda dei paesani\u2019 li kienet ilha s-snin tiehu sehem fil-festa ta\u2019 Corpus, hija li dak-in-nhar tal-kuntratt kellhom jaghmlu l-ewwel kuncert.<\/p>\n<p>Mill-kontijiet ta\u2019 l-Arcikonfraternita\u2019 naraw li l-ewwel servizzi ta\u2019 din il-banda kienu il-processjoni tat-Terza u l-festa ta l-Grid il-Kbir. B\u2019hekk din il-banda li aktar tard issemiet ghall-Konti Ruggieru kellha tkun il-kontinwazzjoni ta\u2019 dawk l-ewwel daqqaqa li hadu sehem fil-processjoni ta\u2019 Corpus Domini ta\u2019 l-1795 u li mill-1836 insibuhom jiehdu sehem fil-festa ta\u2019 l-Ghid il-Kbir.<\/p>\n<p>Mill-1869 sal-gurnata tal-llum il-Banda Konti Ruggieru ghadha tiehu sehem attiv fil-festa ta\u2019 Corpus Domini u l-Ghid il-Kbir, festi organizzati sa minn sekli ilu mill-Arcikonfraternita\u2019 tas-Sagrament imwaqqfa kanonikament fil-25 ta\u2019 Jannar 1575 fil-Kolleggjata ta\u2019 San Pawl tar-Rabat.<\/p>\n<p>Aktar Dettalji:<br \/>\nAristarco Cefai &#8211; Sehem il-Banda fil-Festi organizzati mill-Arcikonfraterninta tas-Sagrament tar-Rabat (Il-Festi Taghna 1994)<\/span><!--:--><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IL-BANDA FIL-FESTI ORGANIZZATI MILL-ARCIKONFRATERNITA\u2019 TAS-SAGRAMENT TAR-RABAT Mill-Vizti Pastorali li saru fil-Knisja Parrokkjali, illum Kolleggjata ta\u2019 San Pawl tar-Rabat insibu li kwazi dejjem issemmiet is-Solennita\u2019 ta Corpus Domini li kienet u ghada ssir il-Hadd fost l-Ottava mill-Arcikonfraternita\u2019 tas-SSmu. Sagrament. Ir-Rabtin imqanqlin mil-fidi lejn Gesu Ewkaristija dejjem raw li jorganizzaw din il-festa &#8230; <a class=\"continue-reading-link\" href=\"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/?page_id=817\"> Continue reading<\/a><\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":0,"parent":22,"menu_order":1,"comment_status":"closed","ping_status":"open","template":"","meta":{"footnotes":""},"class_list":["post-817","page","type-page","status-publish","hentry"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/817","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages"}],"about":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/types\/page"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fcomments&post=817"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/817\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":818,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/817\/revisions\/818"}],"up":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=\/wp\/v2\/pages\/22"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/sanpawl.rabatmalta.com\/index.php?rest_route=%2Fwp%2Fv2%2Fmedia&parent=817"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}