Fl-1661 zaghzugh olandiz JACQUES HIERRY beda vjagg fl-Ewropa li kellu jdum erba’ snin. Kien qed jakkompanjah olandiz iehor WILLEM SCHELLINKS (1623 – 1678) li kien disinjatur u incizur. Schellinks dam Malta ghal madwar hames gimghat. Fost id-disinji li ha ta’ postijiet f’Malta insibu tnejn fir-Rabat li juru z-zuntier.
ZEWG DISINJI TAZ-ZUNTIER
L-ewwel disinn juri estensjoni minn-nicca tax-Xihan (Tal-Karmnu) sal-Grotta ta’ San Pawl u donnu mehud minn xi mkien lejn Triq ir-Rebha meta quddiem iz-Zuntier u l-Knisja ma kien hemm l-ebda bini. Fih spjega ta’ dawn il-hames dettalji.
1. Il-Knisja l-qadima ta’ San Pawl. Dik il-Knisja li kienet qed tinbena fl-1575 u li mbaghad giet konsagrata fil-1578.
2. L-ghar fejn kien jorqod San Pawl.
3. Kappella taht l-art misjuba fl-1624 li giet deskritta bhala Katakombi ta’ l-ewwel insara. Dokumenti ohra ta’ l-epoka jikkonfermaw is-sejba ta’ dan il-katakombi, wiehed mill-hafna li spiss kienu jinsabu u jergghu jinghalqu.
4. Il-post fejn ipprietka San Pawl. Dan hu l-attribut li Schellinks dejjem jaghti liz-Zuntier. Hekk ukoll missirijietna, li mill-qedem waqqfu SALIB.
5. Il-Knisja l-gdida mwaqqfa fl-1660 minn Donna Cosmana Casale. Il-fondatrici tal-Knisja kienet Cosmana Navarra. Ghadu ma rrizultax jekk Casale hux informazzjoni zbaljata moghtija lill-Schellinks jew inkella qari hazin tal-Manoskritt tieghu.
1. Id-dahla ghall-ghar jew kappella misjuba fl-1624. Mill-istampa jidher li ma kenitx wisq il-boghod mill-kripta tal-Maddalena.
2. Ghar mimli bl-ghadam li l-kappella tieghu hi wkoll imzejna bl-ghadam. Il-kripta tal-Maddalena. L-istoriku Abela jistqarr li meta nstabet, kellha numru kbir ta’ katavri ‘akkatastati’ fiha (katasta fuq ohra).
3. Il-post fejn San Pawl kien jitlob u jipprietka. Simbolikament rapprezentat mis-Salib taz-Zurziegha.
4. Ghajn ta’ ilma gieri li hareg ghat-talb ta’ San Pawl. Tradizzjoni llum mitlufa fir-Rabat. L-ilma hu simbolu tal-hajja gdida tal-maghmudija.
5. Bicca mill-knisja ta’ San Pawl. Il-Knisja l-gdida ta’ Guzmana.
IZ-ZUNTIER FIL-QEDEM: ZMIEN IR-RUMANI
FIL-MEDJU EVU
Meta l-Gharab fil-Medju Evu cekknu l-Belt, iz-zuntier inbidel f’cimiteru nisrani anness mal-Grotta ta’ San Pawl. Mill-bidu nett dan ic-cimiteru kiseb qima u devozzjoni u nsibuh dokumentat ghall-ewwel darba fis-sena 1366 – data wisq qadima fid-dokumentazzjoni ta’ monumenti Maltin. Warajh ghandna diversi referenzi f’testmenti tas-seklu 15 li lkoll saru fl-atti tan-nutar Luqa Sillato. Hekk fit-12 ta’ Settembru 1440 Giacomo Manduca halla fit-testment tieghu legat ghall-Kappella ta’ Santa Margerita fiz-Zuntier u dan ifisser li din diga’ kienet mibnija. Fl-4 ta’ Jannar 1442 Bernardu Janer ordna li tinbena kappella fic-cimiteru taz-zuntier, biex fiha jitqieghdu l-fdalijiet tieghu.
ZMIEN IL-KAVALLIERI TA’ SAN GWANN
Daqs 70 sena wara Guzmana Navarra bniet fiz-Zuntier dak il-monument li jikkostitwixxi kumpless arkitettoniku mill-aktar simpatiku, u hija wkoll geddet is-salib li kien hemm mill-qedem u ziedet statwa tal-gebel ta’ San Pawl, kopja tal-istatwa tar-Rham li hemm isfel fuq l-artal tal-Grotta. Fl-istess zmien iz-Zuntier kien zviluppa f’21 kappella li l-Isqof Molina fl-1678 ghamel lista shiha taghhom. Illum kollha mirduma barra dik tal-Maddalena u in parti dik ta’ San Mikiel li jixirqilha tigi koltivata ahjar.
SEKLU 20
F’dan is-seklu z-Zuntier intuza ghal hafna funzjonijiet straordinarji li taghhom jezistu ritratti storici: il-quddiesa tal-Gublew tal-1933 mill-Isqof Vascancellos; il-precett tat-tfal fl-1960 mill-Kardinal Marella; iz-zjara tal-Papa Gwanni Pawlu II fl-1990 u tant ohrajn. Fl-1983, l-Arcisqof Guzeppi Mercieca inawgura f’nofs iz-Zuntier plynth li jfakkar ix-xorti kbira ta’ Malta li tissemma fl-Iskrittura. Dan il-plynth jirriproduci xi versi mit-test bibliku tal-Atti li fihom il-visitatur u nawfragu San Luqa jitkellem mill-imgieba generuza ta’ missirijietna u l-laqgha sabiha li ghamlu lil Pawlu.
Aktar dettalji:
Mons G Azzopardi – Iz-Zuntier jew Cimiterju ta’ San Pawl fir-Rabat (Il-Festi Taghna 1984)