Il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju 2011 fis-7.30pm ġewwa l-Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat ġie nawgurata l-Orkestra “Paulus” b’element qawwi ta’ mużiċisti Rabtin.
Din is-serata wkoll, il-Kolleġġjata u Parroċċa ta` San Pawl tar-Rabat fetħet il-ftuħ tal-Festi Prinċipali u Titulari tagħha, fakkret b’għożża numru ta’ kommemorazzjonijiet, prinċipalment il-Beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II u ċ-ċentinarju mill-inawgurazzjoni tal-qniepen tal-knisja parrokkjali, preċiżament f’ Ottubru ta’ l-1911.