“San Pawl Barra s-Swar”
Ma dak li kitbu dawn l-istorici nistghu nzidu, barra dak li nsemmu aktar ‘il quddiem, dak li qalu l-Kanonci tal-Kattidral fl-1617 u li jinsab registrat fl-Atti Kapitolari ta’ l-istess Knisja, jigifieri li: “Il-Grotta Mqaddsa ta’ San Pawl hija l-bazi u l-pedament tal-Veskovat, tal-Kattidral u tal-Kanonikati”, u espressjonijiet ohra bhal dawn; u fil-prokura li ghamlu fl-atti tan-Nutar Andrea Allegritto biex jaghmlu kawza Ruma rregistraw dan il-kliem: “Dicta Sancta Crypta cum sit vere fundamentum Catherdralis Ecclesiae a que etiam dependit Episcopatus hujus Dioecesis Melitevane.”
U billi sas-sena 313 ma kienx permess lill-insara li jibnu knejjes pubblici, dan il-GHAR illi llum insibuh taht l-isem ta’ “Il-Grotta Mqaddsa ta’ San Pawl” sa din is-sena 313 baqa’ l-unika knisja fejn kienu jingabru l-insara Maltin. Izda, billi sa dak iz-zmien in-numru ta’ fidili kien kiber sewwa, appena fl-imsemmija sena 313 l-Imperatur Kostantinu bl-editt ta’ Milan ta’ l-liberta’ lill-insara ghall-kumdita’ taghhom inbniet knisja fil-berah maghquda haga wahda mal-Grotta, u saret il-PROTO-PARROKKJALI, il-KATTIDRALI, il-MATRICI tal-KNEJJES kollha ta’ Malta.
Hekk hu l-Origini tal-Knisja ta’ San Pawl barra s-swar, tar-Rabat.
Dan jaqbel ukoll ma’ dak li l-kbir Kommentatur ta’ l-Atti Apostolici, l-Alapide, fuq dak li qalulu skond it-tradizzjoni Patrijiet ghorrief, halla miktub: “Fit-tielet lok li San Pawl qaghad Malta tliet xhur, skond it-tradizzjoni huwa flimkien ma’ S. Luqa, Aristarku, Trofimu u shabu ohrajn ghammar f’certu GHAR fis-subborg tal-belt il-qadima li ghalhekk gie mizmum b’venerazzjoni kbira tant li, HDEJH BNEW KNISJA LI GHAL BOSTA SEKLI KIENET IL-MATRICI U L-EPISKOPALI TAL-GZIRA KOLLHA”.
Din il-parrokkjalita’ u maternita’ l-Knisja ta’ San Pawl barra s-Swar, tar-Rabat, ma tilfitha qatt.
Fid-dokument l-aktar antic li ghandna fuq il-parrocci ta’ Malta, jigifieri fir-Ruolo li fl-1436 ghamel l-Isqof Senatore de Mello, insibuha taht l-isem ta’ LA CAPPELLA DI S. PAULO DI FORA.
Mill-provi favur din il-PARROKKJALITA’ migjubin fil-kawza li saret bejn din il-Knisja u l-Kattidral quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju, fejn, billi, z-zewg partijiet kontendenti sostnew it-tnejn li l-PARROCCA (kif effettivament kienet) kienet wahda, gie propost id-dubju: “Liema hija l-Parrocca? Il-Knisja ta’ San Pawl barra s-Swar, jew il-Kattidral?”. Izda “ghal mument”, din il-Kongregazzjoni ghal dan id-dubju rrispondiet fl-1898, “non esse inter loquendum”, jigifieri “ma tindahalx”; ghidna “ghal mument”, ghaliex kif naraw iktar ‘il quddiem din l-istess Kongregazzjoni fil-21 t’April 1917, u “per esclusione” kienet irroslviet minghajr tlaqlieq dan id-dubju favur il-Knisja ta’ San Pawl barra s-Swar, tar-Rabat, u qabel, fl-1902 isseparat minn xulxin lil dawn iz-zewg knejjes.
Minn fost dawn il-provi naghzlu dawn li gejjin.
Li kwalunkwe beneficcju kurat huwa kompost minn zewg elementi, jigifieri: mill-jus percipiendi fructus (dritt li tiehu r-renti), u mill-officium sacrum (uffizzju sagru).
Issa huwa fatt, li l-Kattidral lill-Arcipriet ma kien jaghtih l-ebda pensjoni, anzi mill-istess Abela u minn “Accordio” rregistrat fl-Arkivju tal-Gvern jirrizulta: “Li l-Arcipriet tal-Kattidral ir-renti li kellu kien” jigborhom mill-beni li kienu jappartjenu esklussivament lill-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl barra s-Swar, tar-Rabat; ghaliex il-Prependa Arcipretali tal-Kattidral giet iffurmata mill-beni li kellha l-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl barra s-Swar. U mill-banda l-ohra “hadd ma jista’ jichad li l-Arcipriet tal-Kattidral ma kienx jista’ jezercita l-ministeru tieghu bhala KURAT ta’ San Pawl barra s-Swar tar-Rabat, qabel ma jiehu, kif effetivament kien jiehu, pussess ta’ Kappillan f’din il-Knisja. U ghalhekk jekk beneficcju minhabba l-uffizzju jirrizulta car li l-KNISJA TA’ SAN PAWL BARRA S-SWAR KIENET IL-PARROCCA U MHUX IL-KATTIDRAL.
Di piu jirrizulta wkoll f’din il-kwistjoni, li meta l-Arcipriet tal-Kattidral kien jonqos mill-Kor tal-Kattidral, ghalkemm waqt l-ezercizzju tal-ministeru tieghu bhala Kurat, kien jigi ppuntat. Kieku l-Kattidral kien il-Parrocca, l-Arcipriet ma kien jista’ jigi ppuntat fil-kaz li l-assenza tieghu tkun ikkagunata minhabba l-ezercizzju tal-ministeru tieghu.
B’din id-decizjoni, billi z-zewg partijiet sostnew bis-shih – u kif effettivament kien – fil-kawza ta’ qabel ta’ bejniethom, li l-parrocca kienet wahda, indirettament u kontra dak li kienet qabel irrispondiet bin-“non esse interloquendum”, l-istess Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju giet iddikjarat: li verament il-Parrocca kienet wahda u kienet dik ta’ San Pawl barra s-Swar, tar-Rabat, u li per eskluzjoni sa l-1902 (meta saret id-dismembrazzjoni msemmija) il-Kattidral qatt ma kien parrocca.
Il-Knisja li hemm illum bdiet tinbena fl-1653 u tlesties fl-1681 permezz tal-generozita’ tan-Nobbli Sinjura Gusmana Navarra. Qabel l-1653 kein hemm knisja ohra, li kienet qiegheda tinbena (flok ohra qabilha wkoll) fl-1575, kif jirrizulta mill-Vizta Pastorali ta’ Mons. Duzina. Dan jinsab ikkonfermat ukoll:
i) mill-Vizta Pastorali ta’ l-Isqof Cubellas ta’ l-1555, fejn dan l-isqof kien ordna li jsir inventarju ta l-beni gjogali u paramenti ta’ din il-knisja, u fil-25 ta’ Gunju ordna li tinbena mill-gdid;
ii) mit-testment tan-nobbli gurat Andrea Manduca li sar fl-atti tan-Nutar Brandano Cascaro fil-11 ta’ Gunju 1551;
iii) mill-Memorjal li l-Arcipriet tal-Kattidral De Surdo kien indirizza fl-1539 lill-Vigarju ta’ dak iz-zmien Dun Gius. Manduca;
iv) mill-fondazzjoni tal-quddies li ordna Orlando Tonna fl-atti tan-Nutar Lorenzo Farrugia fid-29 ta’ Marzu 1491; u
v) milli kien ordna Cataldo Cosborilla fil-Atti tan-Nutar Antonio Azzopardi dwar il-5 t’Awissu 1414.
Minn dan jidher li f’din is-sena, jekk mhux l-istess knisja li flokha kien ordna li ssir ohra l-imsemmi Isqof Cubelles, probabbilment ohta qabilha, u forsi dik li minnha gie trasferit il-Kattidral ta’ gewwa l-Imdina, kienet tezisti wkoll.
Li kienet tezisti wkoll fi zmien id-dominju tas-Seracini, ghalkemm ma nistghux nghidu f’liema stat dak iz-zmien kienet tinsab, huwa cert, ghaliex fis-sena 878 naqraw fl-ittra ta’ Patri Teodosio li “Il-wisq qassis Isqof ta’ Malta kien prigunier, saqajh marbuta bil-ktajjen fil-habs ta’ Palermo”. Mill-ittra tal-Papa San Girgor il-Kbir bejn l-ahhar tas-seklu sitta u l-bidu tas-seklu seba’, jirrizulta wkoll li din il-knisja kienet wieqfa, ghaliex il-Papa kiteb lill-Arcisqof ta’ Sirakuza biex iwaqqaf minn Isqof lil Lucillo, li dak iz-zmien kien Isqof ta’ Malta, u li kien abbuz mill-poter tieghu; qablu, fis-sena 501, Malta kellha isqof lil Costantino, u kif iridu jghidu xi kittieba w storici, fis-sena 451 kellha Isqof lil Acacio. Dak kollu jqarrabna dejjem lejn is-sena 313 meta setghet tinbena l-ewwel knisja pubblika ta’ San Pawl barra s-Swar fuq il-Grotta Mqaddsa tieghu, billi l-Imperatur Costantino ta’ l-liberta’ lill-insara bil-famuz Editt ta’ Milan.
Aktar Dettalji:
Nutar F. Catania – Il-Knisja Matrici u Proto-Parrokkjali ta’ Malta “San Pawl Barra s-Swar” (“MATRIX TOTIUS INSULAE A.D.60-1960” li gie ppublikat mill-Parrocca tar-Rabat fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji tan-Nawfragju ta’ San Pawl u tad-Dsatax-il Mitt Sena tal-Fondazzjoni tal-Knisja ta’ San Pawl Matrici u Proto-Parrokkjali ta’ Malta)