VINCENZO CIAPPARA (1928 – 1978)

 

ciappara.jpg

 

Vincenzo Ciappara twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Novembru 1890 minn Carmelo u Paola nee Psaila. Ta’ ghaxar snin Vincenzo kien student il-Liceo, izda wara li missieru rebah vjolin huwa thajjar jitghallem il-muzika. Meta kellu erbatax-il sena beda jdoqq il-vjolin fil-knejjes u dahal fil-kappella ta’ Mro. Anton Nani. Bejn l-1907 u 1-1939 kien idoqq ma l-Orkestra tat-Tejatru Rjal. Matul l-ahhar tmintax-il sena huwa kien il-professur tal-vjola ta’ l-istess Tejatru b’rakkomandazzjoni ta’ l-Impressarju l-Kav. De Lancellotti. Vincenzo baqa’ jistudja l-muzika, l-ewwel wahdu u mbaghad fl-Istitut ta’ Pawlinu Vassallo. Aktar tard tghallem l-armonija u l-orkestrazzjoni taht Mro. Karlu Diacono u zied tkisser fl-istrumentazzjoni tal-banda taht Mro. Aurelio Doncich. 

ciappara2.jpg

 

Mill-1928 Vincenzo Ciappara baqa’ Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru sa l-1978. Matul dawn il-hamsin sena l-Banda Konti Ruggieru ghamlet successi kbar. Jibqghu jissemmew fost tant programmi vokali u strumentali dawk ta’ l-1930 meta izzanznet l-istrumentatura l-gdida tal-Banda, fl-1935 meta l-Banda Konti Ruggieru hadet sehem fil-Gublew tal-Fidda tar-Re Gorg V, l-1938 meta ndaqq l-Innu lir-Rebbieha ta’ 1565, komposizzjoni ta’ Ciappara fil-Pjazza tal-Palazz fil-Belt Valletta, l-1944 ghall-okkazjoni ta gheluq l-75 sena tal-Banda Konti Ruggieru, l-1947 meta ndaqqet il-famuza Sinfonija numru 5 ta’ Beethoven, l-1960 ghall-okkazjoni tac-Centenarju Pawlin u l-1969 meta l-Banda Konti Ruggieru ccelebrat il-100 sena mit-twaqqif ufficcjali taghha. 

Is-Surmast Ciappara izda ma kellux id-don tad-Direzzjoni biss. Huwa kompozitur ta’ ghadd kbir ta’ marci brijjuzi. Insemmu li f’dan il-qasam huwa kellu successi kbar. Il-marci tieghu ‘Lilibet’, ‘Victory’ u ‘Coronation March 1953’ li huwa kiteb ghall-Banda Konti Ruggieru kienu gew ikklassifikati l-ewwel f’konkorsi mniedija mill-BBC. Ikkompona bosta Innijiet fosthom Innu Popolari il San Pawl (1946), Innu lil Kristu Rxoxt (1974) u Innu Marc lill-Konti Ruggieru (1976). Insibu numru sabih ta’ marci funebri li Ciappara kiteb ukoll ghall-Banda Konti Ruggieru fosthom ‘In Memoriam’ li hu dedikat lill-bandisti mejtin u ‘Mater Dolorosa’. Ikkompona ukoll: ‘Livia’ fantasija originali, ‘Amore e Musica’, ‘Vicino al Mare’, ‘Sorrisi’, ‘Bianca e Rossa’, ‘Malta’ u ‘Anima e Pace’, lkoll marci sinfonici, l-intermezz ‘Un Mazzo di Fiori’ u l-preludju in Re ‘Empire Unity’ li gie esegwit ukoll fil-British Institute. Kiteb ukoll xogholijiet sagri bhal Quddies, Tantum Ergo, Antifoni ‘Sactae Paule’ kif ukoll l-Innu tat-Tridu ta’ San Pawl.

Fl-1974 Vincenzo Ciappara talab il-Kumitat tal-Banda Konti Ruggieru biex jigi maghzul is-successur tieghu. Ghalkemm Ciappara kien irtira mid-direzzjoni huwa baqa’ attiv bil-kitba gdida u arrangamenti ta’ muzika.

Vincenzo Ciappara miet nhar il-Hadd 29 ta’ Lulju 1979 fl-eta ta’ 89 sena. Fil-funeral tieghu li sar gewwa r-Rabat kienet akkumpanjat il-Banda Konti Ruggieru u kienu bosta l-Baned li gew biex jaghtuh l-ahhar tislima.

Fuq parir ta’ Mro. Karlu Diacono, Vincenzo Ciappara beda jidderiegi l-orkestri. Idderiega fit-Tejatru Rjal u f’tejatri ohra, f’diversi knejjes fosthom fil-Kolleggjata tar-Rabat u bl-approvazzjoni ta’ l-Arcisqof ghal tliet snin huwa ghamilha ta’ sostitut ‘Maestro di Cappella’ tal-Katidral.

Vincenzo Ciappara kien Surmast Direttur tal-Baned Annunzjata (Tarxien), De Rohan (Zebbug), La Vittoria (Mellieha), Prince of Wales (Vittoriosa) u King’s Own (Valletta). Gie mitlub ukoll biex jidderiegi il-Baned La Stella u Leone (Ghawdex) kif ukoll ‘concerts’ u operetti tal-’Bank Sports Association’ u l-‘ballets’ mill-alljevi tal-Principessa Poutiantine Tabone.

Il-Kumitat tal-Banda Kings Own wara li Cappara kien ilu jidderiegi din il-Banda ghal sentejn talbu biex jibqa’ Direttur tal-Banda, izda Ciappara ma accettax ghax huwa kien diga Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru u din il-Banda Rabtija ghalih kienet diga l-ewwel.

Comments are closed.