Sehem il-Banda fil-Festi organizzati mill-Arcikonfraternita’ tas-Sagrament tar-Rabat

IL-BANDA FIL-FESTI ORGANIZZATI
MILL-ARCIKONFRATERNITA’ TAS-SAGRAMENT TAR-RABAT

Mill-Vizti Pastorali li saru fil-Knisja Parrokkjali, illum Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat insibu li kwazi dejjem issemmiet is-Solennita’ ta Corpus Domini li kienet u ghada ssir il-Hadd fost l-Ottava mill-Arcikonfraternita’ tas-SSmu. Sagrament. Ir-Rabtin imqanqlin mil-fidi lejn Gesu Ewkaristija dejjem raw li jorganizzaw din il-festa bl-ahjar mod.

L-Ahhar zmien tal-Kavallieri ta’ San Gwann.

corpus_1.jpg

Mill-kotba tal-kontijiet tal-Fratellanza ta’ l-1795, insibu li saru zewg hlasijiet ghall-muzika fil-festa ta’ Corpus Domini. Sar hlas ghall-Maestro di Cappella li ha hsieb il-muzika fil-knisja u sar hlas ta’ 6 skudi lid-daqqaqa li hadu sehem fil-processjoni. (‘Alli suonatori intervenuti nella processione.’)

Fiz-zmien li qeghdin nitkellmu minnu nsibu li f’Malta kien hawn hdax-il Regiment tal-Milizja li kull wiehed minnhom kellu l-Banda tieghu. Dawn kienu maghmulin minn tnabar u fifra (suffara). Il-Battaijun tar-Rabat u l-Imdina kellu 4 tnabar u wiehed bis-suffara. Mela ghalissa nistghu nahsbu li l-imsemmija daqqaqa setghu kienu dawn. Fis-sentejn ta’ wara, jigifieri fl-1796 u 1797 ghal-Festa ta Corpus id-daqqaqa hadu 5 skudi. Fil-kont tal-Festa ta’ l-1798 ma nsibux li hadu sehem “suonatori” u dan jista’ jaghti l-kaz minhabba illi l-Maltin ma tantx kellhom mohh li jiccelebraw bhas-soltu fil-festi ghax il-gzira kienet ghaddeija minn tahwid kbir. Malta kienet ghada kif ghaddiet ghal taht il-hakma tal-Francizi.

L-Imblokk tal-Franicizi fl-ibliet.

F’dan iz-zmien missirijietna tant organizzaw tajjeb il-battaljuni taghhom li sal-banda iffurmaw f’kull wiehed li kellhom. Izda dawn il-baned kienu ffurmati minn tnabar biss u dik tar-Rabat issa kellhu 2 tnabar. Fil-kwartier generali tal-Kmandant in Kap tal-Maltin, Alex John Ball, f’Sant’ Anton kien hemm banda wkoll izda din kienet maghmula minn strumenti tar-ram u ta’ l-ghuda. Bhala Surmast kellha lil Censu Cumbo mill-Belt.

Naqraw li meta missirijietna raw li l-qaghda taghhom kulma tmur qed tissahhah aktar, billi dejjem ghaddejja mit-tajjeb ghall-ahjar, filwaqt li dik tal-Francizi, imblukkati fl-ibliet, izjed titwiegher u tehzien minn jum ghal iehor, regghu bdew jaghmlu dawk il-Festi li kienu qatghu minhabba l-gwerra li kellhom mal-Francizi. Ir-Rabtin ma qaghdux lura milli jiccelebraw huma wkoll bhas-soltu l-Festa Principali ta’ Corpus Domini u mill-kontijiet tal-Festa ta’ l-1799 insibu li “alli suonatori nella processione” thallsu 4 skudi. Il-hlas juri li l-grupp ta’ daqqaqa seta kien inqas minn dawk ta’ l-1795 u 1796.

Malta taht il-hakma ta’ l-Inglizi.

Wara l-imblokk fl-1800 insibu li l-ewwel festa li saret fl-Imdina kienet dik tal-Karnival. Fil-Palazz tal-Granmastru saru Akkademja, Kuncert u Ballu u hadet sehem il-Banda ta’ Sant’Anton. Ta’ dan is-servizz il-Banda thallset 5 skudi u nofs. Fl-istess sena din il-Banda insibuha tiehu sehem ukoll fil-Festa ta’ Corpus Domini fl-Imdina u l-Imnarja.
Malli l-Francizi cedew u sehh il-ftuh ta’ l-ibliet insibu li l-Battaljuni Maltin inhallu u kulhadd telaq lejn pajjizu. Hawnhekk ghandna x’nifhmu li l-Baned tal-Battaljuni sfaxxaw. Izda fl-1800 u l-1801 fil-kotba tal-kontijiet ta’ l-Arcikonfraternita’ tas-Sagrament insibu li d-daqqaqa thallsu 5 skudi u 6 tari (1800) u 5 skudi (1801) rispettivament talli daqqew fil-Festa ta’ Corpus Domini tar-Rabat. Mela hawnhekk wiehed jaghmel osservazzjoni u jghid li d-daqqaqa li ssemmew s’issa mill-1795 ‘l hawn ma kellhom x’jaqsmu xejn mal-Battaljuni ghax kieku kienu sfaxxaw huma wkoll. Fl-Imdina ma nsibux li hadu sehem daqqaqa ghall-Imnarja ta’ l-1801 u dan ikompli jikkonferma li d-daqqaqa li jissemmew f’Corpus tar-Rabat huma Rabtin u mhux dawk ta’ Sant’Anton ghax din il-Banda kienet sfaxxat ukoll.

Kif diga semmejna mac-cedir tal-Francizi l-Battaljuni sfaxxaw, izda hafna mill-Maltin li servew fl-imblokk regghu ngaggaw suldati mill-gdid fost l-ohrajn fil-Battaljun tal-Veterani biex jaqdu bhala Pulizija. Dawn il-Veterani gew ikkwartjati fil-Palazz tal-Gvernatur u b’Surmast tal-Banda kellhom il Censu Cumbo dak li rajna f’Sant’ Anton. Hawnhekk twaqqfet l-ewwel Banda tal-Pulizija.

Marc_siegha.jpg

Fit-tigrijiet ta l-Imnarja ta’ l-1802 insibu li hadu sehem xi daqqaqa li thallsu 2 xelini u sold izda mill-kotba tal-Gurati ma nsibux minn fejn kienu. Fil-Festa ta’ Corpus tar-Rabat insibu li ‘Per li suonatori per la proccesione’ kien hemm 6 skudi. Fl-1803 ma nsibux li hadu sehem daqqaqa fit-tigrijiet ta’ l-Imnarja, izda f’Corpus tar-Rabat naraw li d-daqqaqa regghu thallsu 6 skudi. Hawnhekk naraw il-kontinwita’ ta’ l-element muzikali fil-Processjoni ta’ Corpus Domini tar-Rabat. Fl-1804 izda ma nsibu li saru l-ebda hlasijiet lid-daqqaqa la fl-Imnarja u lanqas f’ Corpus tar-Rabat. Ta’ interess izda huwa l-fatt li f’din is-sena l-Gurati tal-Belt bdew juzaw lil Banda ghat-tigrija ta’ Santu Rokku. Il-Gurati ta’ l-Imdina thajru u nsibu li ghall-Imnarja ta’ l-1805 bdew jinqdew bid-daqqaqa tar-Rabat u ta’ dan is-servizz bdew ihallsu 10 skudi. F’Corpus tar-Rabat naqraw ‘Pagati alli sonatoni per la proccesione’ 10 skudi wkoll. Mela hawnhekk nistghu nghidu li r-Rabtin x’aktarx li zdiedu fin-numru. Mill-1805 sa l-1812 naraw li fil-kontijiet tal-Gurati kien jintuza hekk: ‘Ai suonatoni della banda del Rabbato’. Fil-kontijiet tal-Festa ta’ Corpus tar-Rabat qatt ma nsibu mnizzel del Rabbato u dan jkompli jikkonferma li d-daqqaqa kienu Rabtin u twaqqfu sa mill-1795 biex jibdew jiehdu sehem fil-Festa Principali ta’ Corpus Domini tar-Rabat. S’issa rajna li l-unika festa fir-Rabat jew fl-Imdina li kellha l-element muzikali kontinwu kienet il-Festa ta’ Corpus tar-Rabat.

Fil-Festa ta’ Corpus Domini ta’ l-1806 u l-1807 id-daqqaqa hadu 10 skudi. F’dawn is-sentejn insibu li meta l-Banda tar-Rabat kienet iddoqq fit-tigrijiet ta’ l-Imnarja kienu jizdiedu bejn tnejn u erba’ daqqaqa ohra mill-Belt.

Fis-sentejn ta’ wara ma nsibux li mal-Banda tar-Rabat daqqew xi barranin izda baqghet tiehu 10 skudi kemm ghall-Imnarja kif ukoll ghall-Festa ta’ Corpus tar-Rabat. Fl-1810 lahaq Gvernatur ta’ Malta Sir Hildebrand Oakes. Dan kien imdorri jara t-tigrijiet tal-Maltin u ghalhekk il-Banda tar-Rabat bdiet iddoqq ukoll fil-Barrakka waqt it-tigrijiet, barra li twassal lill-Gurati mill-Imdina sal-Barrakka u lura.

Fl-1813 f’Malta fegget il-pesta. Hawnhekk naraw li l-Maltin ma ghamlux festi tant li kemm fil-kontijiet tal-Gurati kif ukoll fil-kontijiet tal-Fratellanza tas-Sagrament ma nsibux hlasijiet ghall-Festi ta’ l-Imnarja jew Corpus Domini.

Fis-sena ta’ wara nergghu naraw li l-Banda regghet bdiet tiehu sehem fit-tigrijiet ta’ l-Imnarja kif ukoll ghal Corpus tar-Rabat. Mill-kontijiet tal-Gurati, izda ma nsibux minn fejn kienet din il-Banda. Hawn wiehed forsi jistaqsi jekk il-Banda tar-Rabat kienetx sfaxxat wara l-marda qerrieda tal-pesta. Izda jekk inqalbu l-kotba tal-kontijiet tal-knisja Parrokkjali taz-Zurrieq nsibu li bejn l-1814 u l-1816 il-banda tar-Rabat hadet sehem fil-Festa Titulari ta’ Santa Katerina. Mela issa naraw li l-Banda tar-Rabat mhux talli ma spiccatx izda talli bdiet tiehu sehem f’festi ta rhula ohra. Il-banda tar-Rabat naraw ukoll li kellha element tajjeb tant li mill-istess kontijiet taz-Zurrieq nsibu li wiehed mid-daqqaqa ta’din il-banda kien idoqq l-orgni wkoll. (Nota: Fil-knisja Parrokkjali tar-Rabat insibu li f’dawn iz-zminijiet kellha organisti lil Pietro Chircop u Gioacchino Micallef. Dan ta’ l-ahhar f’dan iz-zmien ukoll kien organista fil-Katidral ta’ l-Imdina. Minn jaf jekk xi hadd minn dawn setax kien idoqq mal-banda tar-Rabat?).

Sadanittant mill-1815 sa l-1819 fil-kotba tal-Arcikonfraternita’ tas-Sagrament ma nsibux hlasijiet ghal banda izda nibdew naraw li l-muzika kollha tal-festa ta’ Corpus kienet tidher taht kont wiehed.


Fl-1820 nergghu niltaqghu mal-Banda fil-Festa ta’ Corpus Domini tar-Rabat. ‘Per suono della banda’nsibu 10 skudi. Minn hawn naraw kemm il-banda tar-Rabat twaqqfet mir-Rabtin, gewwa r-Rabat u ghal Festa Princdipali tar-Rabat, Corpus Domini.

Mill-1822 sal-Festa ta’ Corpus ta’ l-1830 naraw li l-Banda kienet tiehu 8 skudi u mhux aktar 10 skudi. Fil-kontijiet dejjem niltaqghu mal-frazijiet, “Ai suonatori della banda”, “Per suono della banda”, “Alla banda”. Dan juri li l-Banda kienet tar-Rabat u ma kienx hemm ghalfejn joqghod jitnizzel del Rabbato. Fl-1824 izda nsibu li setghu zdiedu xi bandisti mal-Banda ghax fil-kontijiet naraw “Piu ai suonatori di banda”, 8 skudi.

irxoxt.jpg

Fil-festa ta’ Corpus ta’ l-1831 u l-1832 il-Banda regghet bdiet tiehu 10 skudi. Fl-1833 hadet 20 skud filwaqt fl-1834 u l-1835 “Per suono di banda” kien hemm 15-il skud u 12-il skud rispettivament. Fil-1836 niltaqghu ma nota nteressanti ferm fil-ktieb ta’ l-esito u naraw ‘per la banda pagati a Giuseppe Agius’ 15-il skud. Min seta kien dan Giuseppe Agius?

Fil-ktieb ‘Musica Sacra a Malta’ ta’ Franco Bruni nsibu lista ta’ nies li taw is-sehem taghhom bhala kantanti jew muzicisti fil-Katidral ta’ l-Imdina. Hemm niltaqghu ma certu Giuseppe Agius li bejn l-1829 u l-1862 kien idoqq il-vjolincell. Nota nteressanti hija li hafna minn dawn il-muzicisti msemmija narawhom ukoll jaghtu l-kontribut taghhom fil-knisja Parrokkjali ta’ San Pawl tar-Rabat. Insibu wkoll manuskritti muzikali fl-Arkivju ta’ l-imsemmija Parrocca li huma ta’ xi whud minn dawn il-muzicisti. Insemmu lil Franco Azzopardi, Pietro Paolo Bugeja, Don Michele Theuma, Aurelio Micallef u Grech Grandolini Luigi. Ta’ min jghid ukoll li dawn il-muzicisti li jissemmew f’dan il-ktieb kien hemm min kien mir-Rabat jekk mhux ukoll midhla sew tal-knisja Parrokkjali ta’ San Pawl. Insemmu lil Aurelio Micallef li ghadna nistghu naraw partitura ta’ ‘Tantum Ergo’ mizmuma fl-arkivju tac-Cirkolu San Pawl u s-Socjeta’ Filarmonika Konti Ruggieru u nsemmu wkoll lil Don Michele Theuma li ghadna wkoll naraw il-partitura tal-muzika u l-kliem li kien kiteb ghal marc “La Vittoria dei Rabbatani – 1902” kif ukoll dik tal-Inno Marcia ‘San Paolo’ col coro di ragazzi. Mill-istess ktieb niltaqghu wkoll ma certu Alessandro Agius li bejn l-1 ta Frar ta l-1818 u Ottubru ta l-1822 kien idoqq il-vjolincell fil-Katidral. Dan ma seta kien hadd ghajr missier is-Surmast Epifanio Agius, l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat. Bejn l-1827 u l-1829 Banda t’Ghawdex li daqqet fil-Festa ta’ San Gorg kellha lis-Surmast taghha minn Notabile. Il-kelma Notabile, fiz-zmien li qed nitkellmu minnu tista tfisser jew l-Imdina jew ir-Rabat ghax f’dan iz-zmien l-Imdina u r-Rabat kienu ghadhom Parrocca wahda.

Fil-hlasijiet ta’ wara ma niltaqghux aktar ma persuni li jidhru li kienu nkanigati mill-Banda tar-Rabat. Hawnhekk ukoll naraw li kienu qed ikunu anqas minn qabel. Izda issa nibdew naraw hlasijiet ghat-trattamenti li kienu nghataw lil-Banda. Fl-1838 nsibu ‘Per la banda come dal ricevo’ 10 skudi u 6 tari u ‘Per oglio, vino alla Banda e affitto di muscoli’ 4 skudi u 5 tari u fl-1839 ‘Per Banda e vino’ 11 skudi 6 tari. Il-Banda tar-Rabat issa nibdew narawha tiehu sehem fil-Festi kollha li ghandha x’taqsam maghhom l-Arcikonfraternita’ tas-SSmu. Sagrament tar-Rabat. Fil-parti Straordinarie tal-ktieb ta’ l-esito 1795-1846 naraw li mill-1836 il-Banda bdiet tiehu sehem fil-Festa ta l-Ghid il-Kbir: ‘Per il Precetto Pasquale dell 1836, Polvere e banda’ 2 skudi 4 tari. Fl-1838 insibu ‘Per la funzione di Pasqua del 1838. Polvere, matutino, Banda, elemosina del discorso e Banda per la processione della Terza’ 7 skudi 12 tari. Mela hawnhekk niltaqghu wkoll mal-Banda fit-Terza. Fl-1843 niltaqghu ma ‘Pagati per Banda della Resurrezione” 2 skudi 3 tari u 12.

Nofs is-seklu 19.

Lejn nofs is-seklu 19 f’Malta nsibu riforma shiha fil-baned regimentali. L-gholja ta’ l-Imtarfa u l-Buskett kienu mizghuda bil-kampijiet ta’ dawn ir-Regimenti. Ghalhekk ma setax jonqos is-sehem ta’ dawn il-baned fil-festa ta’ Corpus tar-Rabat, sehem li bqajna narawh moghti anke f’dan is-seklu.

palk_KRuggieru.jpg

Mill-kontijiet tal-Arcikonfraternita’ tas-snin hamsin tas-seklu 19 ma nsibux riferenza specifikatament ghall-banda kif sibna s’issa sa mill-1795. Dan ma jfissirx li ma haditx sehem xi banda. Dak li ma sibniex fil-kotba tal-Fratellanza nistghu nikkwotawh mill-gurnali ta’ dak iz-zmien. F’dan il-perjodu, fil-gurnali lokali nsibu deskrizzjoni tal-festi popolari Maltin. Tista’ tghid li kienu juru x’sar fil-festa. Hawn niltaqghu mal-frazijiet ‘Banda musicale del Reggimento Maltese’ jew ‘Banda musicale’. Fil-festa ta’ Corpus il-banda tar-Regiment kienet tissemma’ li hadet sehem lejliet il-festa. Nhar Corpus ma nsibux li tkun daqqet xi banda. Dan jista’ jkun li jew veru li ma kienx hemm baned nhar il-festa jew inkella il-gurnali ma kienux qalu, ghax il-baned li jkunu hadu sehem ma kienux tar-Regiment.

Fl-1858 nsibu li ‘Banda musicale’ hadet sehem fl-Ingress ta’ l-Isqof filwaqt li fl-1859 naraw banda fit-translazzjoni tal-Korp ta’ San Innocenz mill-Katidral ta’ l-Imdina ghall-knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tar-Rabat. Fil-gurnal ma nsibux x’banda kienet izda x’aktarx li ma kienetx tar-Regiment ghax kieku kien jitnizzel ‘Banda del Reggimento’.

Fis-snin sittin nerghu nsibu hlasijiet ghall-banda fil-festa ta l-Ghid il-Kbir filwaqt li l-gurnali lokali jibdew juruna li hadu sehem ‘diverse bande musicali’ ghall-festa ta’ Corpus. Niltaqghu wkoll mal-frazi ‘banda del paesani’.

Kif nistghu nahsbu kienu hafna dawk ir-Rabtin li nghaqdu mal-baned tar-Regiment u ghalhekk ma nsibuhiex difficli biex nghidu li issa dawn inghaqdu fi grupp ghalihom u bdew idoqqu bhala banda. Baned ‘dei paesani’ jew ‘scelta banda musicale’ insibuhom ukoll jiehdu sehem fil-Gimgha l-Kbira tal-Belt u l-Isla. Niltaqghu ma’ dawn il-frazijiet fil-festi tal-Kuncizzjoni ta’ Bormla u ta’ San Pawl tal-Belt, kif ukoll fil-festi tal-Madonna tad-Duttrina u San Mattew tal-Qrendi.

Fl-1868 insibu li fir-Rabat sar il-Palk bl-istatwa tal-Konti Ruggieru. Fid-deskrizzjoni tal-festa ta’ Corpus ta’ l-1869 insibu li hadu sehem dawn il-baned: ‘Le Bande Musicali del 1mo. Batt. 6410 Reggimento, del 1mo. Batt. del 24to. Reggimento, della Real Artiglieria Maltese, ed un’altra di paesani.

Is-sehem tal-Banda Konti Ruggieru.

Mid-dokumentazzjoni kollha li sibna sa issa naraw li r-Rabtin kienu mharrga sewwa fil-rnuzika kemm minhabba l-fatt li kienu jdoqqu mal-baned tar-Regiment kif ukoll mill-partecipazzojoni taghhom fil-muz±ika tal-knejjes.

Issa kien jonqos biss li tinfetah l-iskola tal-muzika ghar-Rabtin. Ghalhekk 17-il bandist kollha mir-Rabat u midhla sewwa tal-knisja Parrokkjali ta’ San Pawl flimkien mas-surmast Rabti Epifanio Agius marru ghand in-nutar G.M. Buhagiar biex hemm jaraw il-holma taghhom issehh. Prova ta’ kemm dawn l-irgiel kienu bandisti, u x’aktarx membri ta’ xi ‘banda dei paesani’ li kienet ilha s-snin tiehu sehem fil-festa ta’ Corpus, hija li dak-in-nhar tal-kuntratt kellhom jaghmlu l-ewwel kuncert.

Mill-kontijiet ta’ l-Arcikonfraternita’ naraw li l-ewwel servizzi ta’ din il-banda kienu il-processjoni tat-Terza u l-festa ta l-Grid il-Kbir. B’hekk din il-banda li aktar tard issemiet ghall-Konti Ruggieru kellha tkun il-kontinwazzjoni ta’ dawk l-ewwel daqqaqa li hadu sehem fil-processjoni ta’ Corpus Domini ta’ l-1795 u li mill-1836 insibuhom jiehdu sehem fil-festa ta’ l-Ghid il-Kbir.

Mill-1869 sal-gurnata tal-llum il-Banda Konti Ruggieru ghadha tiehu sehem attiv fil-festa ta’ Corpus Domini u l-Ghid il-Kbir, festi organizzati sa minn sekli ilu mill-Arcikonfraternita’ tas-Sagrament imwaqqfa kanonikament fil-25 ta’ Jannar 1575 fil-Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat.

Aktar Dettalji:
Aristarco Cefai – Sehem il-Banda fil-Festi organizzati mill-Arcikonfraterninta tas-Sagrament tar-Rabat (Il-Festi Taghna 1994)

Comments are closed.