Ghajn ta’ San Bastjan – Festa

Festa

Il-lejla haduni maghhom nara l-festa. Xejn gdid hdejn San Bastjan, imma hdejn San Frangisk rajt it-tazzi taz-zejt mixghulin. Kemm huma sbieh! Imdendlin ma brazzi tal-hadid ghamla ta’ frieghi tas-sigar, il-bozoz qishom frott. Hemm sofor, hodor qishom msiebah il-lejl, homor lewn l-inbid meta zzomm it-tazza kontra d-dawl u kohol iteptpu bhal kwiekeb. Qishom id-dawl imsahhra li naraw biss fil-holm.

ghsb_6.jpg

Fi Strada Rjali hafna nies lebsin ta nhar ta Hadd. Bandier u pavaljuni minn kull kulur u hafna izjed dwal.

X’ghageb hawn! Il-banda ddoq marc, bil-katuba u l-platti jirbhu lil kulhadd fl-istrobju. Il-qniepen idoqqu kollha f’daqqa, u n-nies tpacpac, tidhak, iccapcap. Hdejn San Pawl hemm zewg pilandri (piramidi?) imissu mas-shab, qishom sigar ta’ l-awrakarja, u mghobbijin b’fanali fuq fanali ta’ kull lewn. Iz-ziju refghani fuq rasu, u mill-gholi nista’ nara l-bahar ta’ wcuh u kpiepel bojod tat-tibna jimlew il-pjazza. Hawn riha qawwija tal-gassijiet li qed iqabbdu z-zghazagh u li jixeghlulhom wicchom bi dwal qawwija hodor, homor u bojod.

Fuq il-bjut bdew iqabbdu t-trikkitrakki. Kexkxuni u ridt ninzel malajr u ghal ftit ma tgerbibtx. Tgeddist ma djul iz-zija, u tgeddist izjed meta bdew il-murtali tal-bomba. Qatt ma smajt hoss hekk tal-biza’. Inhosshom mhux biss f’widnejja, li nsodd bil-qawwi, izda fl-istonku. Tgeddist u bkejt imwerwer u riedu johorguni mill-folla. Imma ma setghux ghax madwar l-istatwa tal-Konti Ruggieru, merfugha fuq l-ispallejn, bda l-brijju, u bdiet niezla xita ta’ karti mqattgha rqaq u zagarelli tal-karti mwaddbin minn naha ghall-ohra tat-triq u mill-gallariji.

Iz-ziju kellu jerga’ jerfaghni biex ma jghaffgunix. Ghalkemm imwerwer u wicci mahsul bid-dmugh ma stajtx ma narax lill-Konti Ruggieru ghaddej minn quddiemi, riekeb fuq ziemel ixheb. Kellu wiccu roza u sabih bil-wardiet, qisu ta’ mara u mhux ta’ ragel gwerrier, u f’idu kellu salib zghir, liebes libsa tal-landi wkoll. Min jaf kemm icekcek il-Konti Ruggieru meta jimxi, u kemm ihoss bard!

Regghu il-murtali u ergajt twerwirt. U ghalxejn xtrawli l-qubbajt taz-Zlant, ghax ma ridtx niskot.

Kellhom johorguni.

Comments are closed.