IX-XOGHOL TAN-NAR FIL-FESTI TAGHNA
Il-festi taghna ta’ Corpus Domini u San Pawl jistghu jiftahru bi storja twila f’dak li ghandu x’jaqsam max-xoghol tan-nar. Il-fatt li kien biss fl-1990 li nfethet ufficjalment il-Kamra tan-Nar San Pawl ma jfissirx li qabel ma kienx hemrn numru ta’ nies li taw sahhithom u hinhom biex ir-Rabtin setghu kull sena jiccelebraw il-festa taghhom bhal irhula u bliet ohra. Fl-antik dan kien ifisser aktar sagrificcju u fuq kollox aktar periklu u sogru. It-trasport u l-finanzi kienu limitati. Dan kien iwassal biex id-dilettanti tan-nar jfittxu xi razzett imwarrab u fih jahdmu n-nar ghall-festa. Dan tista’ tghid li kien isir f’hafna rhula ta’ Malta u Ghawdex. Illum ghall-grazzja t’Alla, il-kmamar tan-nar, specjalment dawk godda, joffru kumdita biex wiehed jaghmel dan ix-xoghol b’aktar kumdita u f’izjed sigurta.
Dawn li gejjin huma biss noti dwar x’gara f’dan ir-rigward fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
In-numru ta’ dilettanti tan-nar Rabtin Pawlini kien dejjem wiehed kbir u fih kien jinkludi nies minn kull strata tali-hajja. Fost l-aktar antiki mill-ismijiet niltaqghu ma’ Guzeppi Bonnici (ta’ Lippin) haddied, Ninu Camilleri (ta’ Guzi), Karmnu Pace, Karmnu Farrugia (l-Ohxon), Pawlu Grima (ta’ Zezew), Pawlu Cutajar (Bejbet), Karmnu Fenech (Spanja) u ohrajn.
Dawn kien jahdmu fil-foss ta’ wara l-Parrocca. It-tmexxija kienet f’idejn Guzi Bonnici. Dan Bonnici kien maghruf sew ghax-xoghol tan-nar. Ta’ min isemmi li dan il-gaj kien hadem xi xoghol ghall-kompetizzjoni li kienet saret fl-okkazjoni taz-zjara li kien ghamel il-Prince of Wales.
Fl-1921 fl-aqwa tal-pika bejn iz-zewg baned fir-Rabat, Guzeppi kien hadem ukoll murtal li baqa’ jissejjah Gilju ta’ San Guzepp. F’dawn iz-zminijiet kien gara incident meta Pawlu Grima sofra xi griehi waqt li kien qed jipprepara xi maskli ghall-festa ta’ Corpus. Dan ma kienx l-akbar incident ghal dan il-grupp li semmejna hawn fuq ghax l-istess grupp kellu jghaddi minn haga ferm aghar.
Qabel ma nbniet is-sagrestija u s-sala ta San Pawl kif nafuha llum, kien hemm sagrestija izghar u sala izghar fuq. F’din is-sala matul is-sena kien isir hafna xoghol konness mal-festa. Kien ukoll isir xoghol tan-nar zghir bhal musketterija. Darba minnhom grupp ta’ nies kompost fost l-ohrajn minn Leli Pace (mastrudaxxa), Dun Robbie Calleja, Karmnu Farrugia, Karmnu Fenech, Zaren Farrugia u Ganni Cachia (ta’ Radoss) kienu qeghdin jimlew xi musketterija. Ghal din kienu qed juzaw tahlita pura talpitassa. F’hin minnhom bla ma jaf hadd kif, din hadet in-nar u weggghet serjament lil Leli Pace. Dan ittiehed malajr minn shabu stess lejn l-isptar ta’ Santu Spirtu fir-Rabat li jinsab ftit il-boghod mill-Parrocca. Wara l-interventi li sarulu mit-tobba, ghalkemm Leli baqa’ haj, il-kundizzjoni tieghu baqghet sejra ghall-aghar sakemm wara tmint ijiem halla din id-dinja. Leli Pace jinsab midfun fil-kannierja ta’ San Pawl.
Dan l-istess grupp kien hadem ukoll il-wirja spettakolari ta’ loghob tan-nar li kienet saret fl-okkazjoni tal-festi centinarji ta’ Corpus u l-Kungress Ewkaristiku tal-1933. Il-gbir ta’ fondi ghall-loghob tan-nar f’dak iz-zmien kien isir minn Karmnu Fenech (Spanja) u Karmnu Farrugia.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija hafna drabi l-festi kienu jigu ccelebrati fuq skala zghira fil-knisja. Ghalhekk l-attivita’ fil-qasam tal-loghob tan-nar kellha titnaqqas u f’xi zmien tieqaf ghal kollox. Il-poplu kien qed jisma’ bizzejjed hsejjes ta’ bombi u sparar li kienu jfakkruh biss f’korrimenti u mwiet.
Kien fl-1946 li Biagio Galea flimkien ma’ Cikku Giordmaina bdew jirsistu biex jghaqqdu mill-gdid grupp tan-nar billi l-ewwel jigbrulhom il-fondi mehtiega. Dan gara wara li Leli Brincat (il-Babx) heggeg lill-Cikku biex jergghu jibdew jahdmu xi nar ghall-festa. Cikku kkonsutta ma’ Dun Pietru Pawl Micalief, prokuratur tal-Fratellanza ta’ San Pawl u flimkien ma Biagio Galea ftiehmu li wara l-marc ta’ lejliet il-festa ssir gabra specjali. Ftit wara twaqqaf kumitat ghal dan il-ghan li kien jinkludi lil Cikku Giordmaina, Ganni Micallef, Wenzu Formosa u Pawlu Gauci. Aktar tard zdied ma’ dawn is-Sur Guzeppi Borg.
F’dak iz-zmien il-grupp tan-nar kien maghmul minn Pawlu Grima, Kristinu u Leli Borg (ta’ l-Erlekkin), Pawlu w Ganni Vella, Grezzju Bugeja, Zaren Farrugia, Guzeppi Sammut (tal-Kappilian), Wenzu Formosa, Leli Brincat (il-Babx), Ninu w Guzeppi Ciantar, Guzeppi Micallef (l-Eklissi), Pawlu Micallef (tal-Pupa), Wigi Bugeja, Felic Galea, Ganni Bugeja, Ganni Gauci, Karmenu Camilleri, Pietru Tanti (is-Sahharin) u ohrajn. Jghin lil dawn fil-manifattura ta’ sfafar u loghob zghir kien hemm ukoll Charlie Baldacchino. Wara xi zmien inghaqdu wkoll ma’ dawn Pawlu Azzopardi (Kasuri) u Damjan Bugeja. Guzeppi Aquilina, Pawlu Micalief u Guzeppi Scerri kienu jaghtu daqqa t’id ukoll f’dak li hu gbir ta’ flus.
Ghall l-ewwel ix-xoghol kien isir f’razzett imwarrab fis-Swatar limiti tar-Rabat filwaqt li n-nar kien jinharaq mil-foss ta’ wara l-Parrocca, minn taht is-Saqqajja u mill-ghalqa ta’ Guzeppi Bugeja (il-Grun) fejn illum jinsabu l-‘grounds’ tad-DepiroYouth Centre. Ma rridux hawn ninsew insemmu l-kontribut ta’ hafna nies ohra li kienu jiddubbaw karti, kartun u materjal iehor ghall-manifattura ta’ l-istess nar. Ohrajn kienu jghinu fil-brim ta’ l-iskratac. Katald Cachia u l-familja, sidien ta’ St. Paul’s Bakery ghal zmien twil pprovdew minghajr hlas it-tqiq biex tinhadem il-kolla ghall-murtali.
Pawlu Micallef (in-Nemsa) kien jiehu hsieb jitma’ lill-grupp tan-nar fil-granet tal-festa billi jipprovdi l-ikel mill-forn tieghu.
Lejn l-ahhar tas-snin hamsin in-nar beda jinhadem fir-razett ta’ Guzeppi Bugeja (il-Grun). Filwaqt li mill-grupp li semmejna qabel spiccaw xi whud, inghaqdu ohrajn fosthom DunAnton Bugeja (li kien jghin hafna fil-gbir tal-flus), Charles Giordmaina (Qajfas), Louis Borg, Guzeppi Scerri u Toni Brincat (Bahbah). Bdew jitrawmu wkoll zghazagh ohra fosthom Ninu Camilleri u Joe Theuma.
Izda l-aqwa sena ghall-isbah spettaklu ta’ loghob tan-nar li qatt kellna fir-Rabat kienet is-sena 1960 meta gie mfakkar id-19-il Centinarju minn Nawfragju ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl. Din l-okkazjoni giet iccelebrata bil-kbir fil-Parrocca taghna u ghal dan il-ghan il-grupp tan-nar hadem bis-shih. Ingabret is-somma ta’ £822.14s 2d minn gbir u lotteriji. Il-parti l-kbira kienet dovuta minn xiri ta’ materjal minghand Joseph Dalli & Sons u minghand is-sur Zerafa. Id-dilettanti tan-nar f’din l-okkazjoni irregalaw bugija tal-fidda biex tintrama fuq il-gradenzini ta’ l-artal maggur fil-festi ta’ Corpus u San Pawl.
Dawk li jiftakru l-1960 zgur li ma jinsewx il-kaxxa ta’ waqt il-hrug tal-purcissjoni li kien fiha eluf ta’ bombi u beraq flimkien ma’ mijiet ta’ parachutes li hafna minnhom waslu sal-pjazza tal-parrocca. Dan l-avveniment jibqa’ uniku ghax-xoghol kbir u ta’ livell tant gholi li rnexxielhom jipproducu r-Rabtin Pawlini.
Ghallum ser niefqu hawn. J’Alla jghaddi ftit aktar zmien u xi hadd iehor jiddeciedi li jirrakkonta x’jiftakar li sar fl-istorja tal-loghob tan-nar. Kienet il-hidma ta’ dawn li semmejna hawn fuq u ta’ ohrajn li stajna bi zball hallejna barra, li wasslet biex minn generazzjoni ghall-ohra rnexxielna nibqghu nzommu hajja din it-tradizzjoni marbuta ma’ l-imhabba li r-Rabtin ghandhom lejn il-festi ta’ Corpus u ta’ San Pawl. Bil-ghajnuna t’Alla din it-tradizzjoni illum ghadha hajja u aqwa minn qatt qabel. Dan ghaliex illum ix-xoghol qed isir minn grupp ta’ zghazagh u rgiel fil-Kamra tan-Nar San Pawl. J’Alla l-Mulej jibqa’ jhares l-hidma ta’ dawn shabna u jbieghed minnhom kull periklu.
Aktar Dettaliji
Ix-Xoghol tan-Nar fil-Festi Taghna (Il-Festi Taghna 1998)